Diskussjoni:Arċerija

Latest comment: sena ilu by ToniSant in topic Tindif tar-referenzi

Hawnhekk jew Wiktionary?

Żidt il-kelma qawwies.

M'iniex ċert immodifika

Użajt il-kelma qawwies. Għandi nżidha hawn jew f'wiktionary? ATM622 (d) 18:54, 31 Diċembru 2022 (UTC)Wieġeb

https://mt.m.wikipedia.org/wiki/Strate%C4%A1ija_militari - hawn fejn użajt il-kelma "qawwies" - minflok archer ATM622 (d) 18:57, 31 Diċembru 2022 (UTC)Wieġeb

Sibt kif inżid definizzjoni go Wikidata https://m.wikidata.org/wiki/Q890527.... ATM622 (d) 19:19, 31 Diċembru 2022 (UTC)Wieġeb

Qabel xejn, grazzi ħafna tal-kontribuzzjonijiet tiegħek! U grazzi akbar tad-diskussjoni. Huwa b'hekk li jkollna proġetti aħjar. Issa, skont Id-dizzjunarju t'Aquilina, archer huwa arċier jew qawwas. Ma nafx fejn sibt qawwies int, imma skont Aquilina din mhux il-kelma alternattiva għal arċier. Għaldaqstant, (1) se nirranġa l-wikidata li għamilt int, (2) se nneħħi l-artiklu bl-isem Qawwies. Dan l-aħħar punt importanti ukoll għax il-artiklu li hemm bżonn huwa wieħed bil-Malti għal Archery, għax dak donnu li huwa l-format ippreferit fl-enċikolopedija. Is-sena t-tajba! -- ToniSant (d) 11:43, 1 Jannar 2023 (UTC)Wieġeb
Ara https://m.wikidata.org/wiki/Talk:Q108429#Typos_in_Maltese_language fejn indikajt żbalji ortografiċi. M'għandix jedd nibdilha. ATM622 (d) 00:50, 2 Jannar 2023 (UTC)Wieġeb

Tindif tar-referenzi immodifika

Prosit tassew @ATM622 tal-ħidma tiegħek fuq dan l-artiklu! Issa hemm bżonn induru ftit ir-referenzi għax fihom diversi żbalji jew bżonn ta' tiswija. Dan l-aktar peress li s-sistema taċ-ċitazzjonijiet ma taħdimx l-istess bejn lingwi differenti. Se nibda nnaddaf xi ħaġa jien stess, pero jekk trid tipprova tirranġa xi ħaġa inti wkoll naħseb ikun tajjeb. Jiena mhux se nagħmel wisq għalissa, anke biex ma nidħlux fuq xulxin. Grazzi! -- ToniSant (d) 13:23, 2 Jannar 2023 (UTC)Wieġeb

Ftehimna, komplejt inżid miegħu....issa ħa mnaddaf ir-referenzi. ATM622 (d) 17:21, 2 Jannar 2023 (UTC)Wieġeb

Lesti...qatt mhu perfett imma ħa sura. Saħħiet. ATM622 (d) 17:56, 2 Jannar 2023 (UTC)Wieġeb

Iva, ħafna aħjar hekk! Biż-żmien ikompli jitjieb anke għax kontributuri oħra jagħmlu aktar mill-modifiki meħtieġa. Biċċa xogħl tajba ħafna, prosit! -- ToniSant (d) 18:00, 2 Jannar 2023 (UTC)Wieġeb
Interessanti l-passaġġ...ċess-->strateġija-->strateġija militari --> qawwiesa!!-->arċerija. ATM622 (d) 18:12, 2 Jannar 2023 (UTC)Wieġeb
Interessanti tassew il-passaġġ! Din hija n-natura ta' enċiklopedija wara kollox, le? F'laqgħat ta' Wikimeda Community Malta spiss nitkellmu dwar il-bżonn ta' artikli aktar ġenerali dwar suġġetti li jkollna interess speċifiku fihom. Dan tiegħek huwa eżempjju eċċellenti. Fuq is-suġġett taċ-ċess stess fadal ħafna artikli utli x'jinħolqu bil-Malti u ċert li dawn iwasslu wkoll għal oħrajna relatati magħhom. Per eżempju, anke sempliċiment il-biċċiet li bihom jintlab iċ-ċess, ir-Re, ir-Reġina, l-Isqof eċċ, dawn bil-kemm għandna artikli dwarhom bħala kunċett aħseb u ara bħala xi ħaġa taċ-ċess. Hemm lok ukoll biex isir diżambigwazzjoni, per eżempju bejn Re bħala sultan ta' art jew poplu, u Re fiċ-ċess. Ħerqan ħafna nara kif se tkompli int issa, @ATM622! -- ToniSant (d) 11:57, 3 Jannar 2023 (UTC)Wieġeb
Return to "Arċerija" page.