Chiliadenus bocconei

speċi ta' pjanta mill-familja Asteraceae


-Chiliadenus bocconei, magħrufa bil-Malti bħala t-Tulliera Selvaġġa u t-Tulliera ta’ Malta, hija pjanta perenni mill-familja Asteraceae.[1][2] Hija endemika għall-Gżejjer Maltin.[1][3]

Chiliadenus bocconei
Klassifikazzjoni xjentifika
RenjuPlantae
OrdniAsterales
FamiljaAsteraceae
ĠeneruChiliadenus
speċi Chiliadenus bocconei
Brullo, 1979

Din il-pjanta tikber bħala arbuxxell u hija komuni fix-xagħri, fl-irdum, fil-ħitan, kif ukoll fil-widien viċin il-baħar.[2][4]  Tikber fil-ħofor u fix-xquq tal-blat.[2][5] Bejn Awissu u Novembru iċ-Chiliadenus bocconei twarrad bi fjuri sofor.[2]

Filwaqt li ċ-Chiliadenus bocconei hija endemika għall-Gżejjer Maltin, speċi relatati mill-ġeneru Chiliadenus jikbru f’postijiet oħra fil-bqija tar-reġjun tal-Mediterran bħaċ-Chiliadenus saxatilis u Chiliadenus Montanus fost oħrajn.[6]

Referenzi

immodifika
  1. ^ a b "Chiliadenus bocconei Brullo | Plants of the World Online | Kew Science". Plants of the World Online (bl-Ingliż). Miġbur 2024-08-04.
  2. ^ a b ċ d Mifsud, Stephen (2002-08-23). "Chiliadenus bocconei (Maltese Fleabane) : MaltaWildPlants.com - the online Flora of the Maltese Islands". www.maltawildplants.com (bl-Ingliż). Miġbur 2024-08-04.
  3. ^ "Chiliadenus bocconei Brullo". www.gbif.org (bl-Ingliż). Miġbur 2021-12-14.
  4. ^ Buhagiar, J. A., Camilleri–Podestà, M. T., Cioni, P., Flamini, G., & Pistelli, L. (2015). Essential oil composition of summer and winter foliage of Chiliadenus bocconei. Natural Product Communications, 10(7), 1934578X1501000748.
  5. ^ Haslam, S.M., Sell, P.D., Wolsely, P.A. (1977). A Flora of the Maltese Islands. Malta University Press. Malta.
  6. ^ Bengtson, Annika; Anderberg, Arne A. (2018-08-01). "Species diversification in the Mediterranean genus Chiliadenus (Inuleae-Asteraceae)". Plant Systematics and Evolution (bl-Ingliż). 304 (7): 853–860.