Carolina Invernizio

Carolina Maria Margarita Invernizio (28 ta’ Marzu 1851 – 27 ta’ Novembru 1916), magħrufa aħjar bħala Carolina Invenizio, kienet rumanziera Taljana. Hija kellha suċċess popolari kbir bejn l-aħħar tas-snin 1800 sa mewtha.

Carolina Invernizio
Ħajja
Isem propju Carolina Maria Margarita Invernizio
Twelid Voghera (en) Translate, 28 Marzu 1851
Nazzjonalità Renju tal-Italja
Mewt Cuneo, 27 Novembru 1916
Edukazzjoni
Lingwi Taljan
Okkupazzjoni
Okkupazzjoni kittieb
xeneġġatur

Bijografija

immodifika

Ħajja bikrija

immodifika

Invenizio twieled f'Voghera, bint uffiċjal tar-Renju ta' Sardinja. Hija dejjem iddikjarat id-data tat-twelid tagħha bħala l-1858, iżda fl-1983 wara riċerka estensiva fir-reġistri muniċipali, is-sena tat-twelid tagħha eventwalment ġiet determinata li kienet l-1851.[1]

Fl-1865 marret toqgħod flimkien mal-familja tagħha Firenze, fejn studjat fl-Istituto Magistrale.[1]

Karriera

immodifika

Invenizio għamlet id-debutt tagħha fil-kitba fl-1876, bir-rakkont qasir Un autore drammatico.[1] Fl-1877 hija ppubblikat l-ewwel rumanz tagħha, Rina o L'angelo delle Alpi.[1][2]

Invernizio kitbet madwar 150 rumanz u 20 kollezzjoni ta' novelli, kif ukoll erba' kotba ta' finzjoni għat-tfal.[2] Influwenzata mil-letteratura feuilleton, hija kellha segwaċi popolari enormi bir-rumanzi tagħha kkaratterizzati minn temi sensazzjonalisti, melodramatiċi u spiss gotiċi.[1] [2] Ħafna drabi kienet milqugħa ħażin mill-kritiċi, u Antonio Gramsci irrefera għaliha bħala “truppa antik” u “tiġieġa onesta”, eventwalment iddispjaċih għal dawn ir-rimarki.[1][3]

Diversi kitbiet tagħha inqalbu għall-Malti minn Arturo Caruana ftit wara li dehru bit-Taljan.[bżonn referenza]

Ħajja personali

immodifika

Fl-1881, ta’ 30 sena, Invenizio żżewweġ logutenent Bersaglieri, Marcello Quinterno, u ta’ 35 sena kellha lil bintha l-unika, Marcella. Hija segwiet lil żewġha waqt l-iskjeramenti tiegħu, u marret toqgħod Turin u Cuneo, fost bliet oħra.[1][2]

Referenzi

immodifika
  1. ^ a b ċ d e f ġ Giuseppe Zaccaria. "Invernizio, Carolina". Dizionario Biografico degli Italiani - Vol. 62. Treccani, 2004.
  2. ^ a b ċ d Guido Davico Bonino (October 2015). Donne allo specchio: I più bei racconti della letteratura italiana al femminile. Bur, 2015. ISBN 978-8858682388.
  3. ^ Sharon Wood (January 1995). Italian Women's Writing, 1860-1994. A&C Black, 1995. ISBN 0485910020.

Ħoloq esterni

immodifika