Capital 88.7 (Capital Radio) kien stazzjon tar-radju nazzjonali li jxandar f'Malta fuq il-frekwenza ta' 88.7FM.

Storja tal-istazzjon

immodifika

Capital Radio kellu l-għeruq tiegħu mill-istazzjon tar-radju oriġinarjament imsejjaħ "Radju Alternattiva". Dan kien stazzjon tar-radju li beda beda jxandar mingħajr liċenzja bħala stazzjon politiku mmexxi mil-moviment politiku ġdid Alternattiva Demokratika biex jikkompeti ma' stazzjonijiet politiċi lokali oħra bħal Radio 101, Super One Radio u l-istazzjonijiet tar-radju tal-istat, Radju Malta.[1]

Eventwalment Alternattiva Demokratika ingħatat liċenzja tax-xandir ta' radju tal-komunità biex jitrażmetti mil-Belt Valletta. Dan l-istazzjon kellu l-isem ta' "Radju 99" u kien ixandar fuq il-frewenza ta' 99.0 FM.[1]

Fl-1 ta' Lulju 1998 fetaħ l-istazzjon Capital Radio wara li l-kumpanija Alt Services, propjeta ta' Alternattiva Demokratika, ingħatat liċenja biex ixxandar stazzjon tar-radju b'kopertura nazzjonali. L-istazzjon mill-bidu nett kien jitmexxa minn Mediacoop Ltd.[2] Dan beda jxandar fuq il-frekwena ta' 88.7 FM.

Fid 29 ta' Luju 2005, il-kumpanija sussdjarja ta' Mediacoop, Capital Communications Ltd, xtrat il-liċenzja tal-istazzjon mingħand is-sidien preċedenti, Alt Services, u saret is-sid tal-istazzjon.[2] [3]

Minn Ottubru 2005, Capital Radio mexa għal uffiċini ġodda tal-ogħla kwalità fi Triq Sant'Ursola fil-Belt Valletta.

Dan l-istazzjon li kellu bħala identità tiegħu l-mużika tas-snin 80, kien popolari ħafna mas-semmiegħa ta' bejn 25 u 45 sena. Dan jixhduh stħarriġ ta' l-Awtorità tax-Xandir wara l-ieħor, kif ukoll bosta azjendi u persuni li rreklamaw fuq dan l-istazzjon.

Capital Radio kellu tim ta' preżentaturi mill-aqwa u kien joffri wieħed mill-aħjar servizzi tal-aħbarijiet indipendenti fil-pajjiż.

L-istazzjoni kien sikwit jorganizza attivitajiet li permezz tagħhom ħaddiema differenti tal-istazzjon kienu jagħmlu kuntatt ma' bosta segwaċi u semmiegħa mifruxin madwar il-pajjiż. Capital Radio kien ukoll popolari ħafna mal-Maltin li jgħixu jew jaħdmu barra minn Malta kif ukoll ma' xi barranin li kienu jidħlu jisimgħu l-istazzjoni minn fuq is-sit elettroniku tal-istazzjon.

Capital Radio waqaf ixandar f'nosinhar tat-30 ta' Marzu 2009 u fl-1 ta' April postu ħadu l-istazzjon Vibe FM.[4] [5]

Ħoloq esterni

immodifika

Referenzi

immodifika
  1. ^ a b http://www.m3p.com.mt/wiki/Lito
  2. ^ a b https://www.timesofmalta.com/articles/view/20071014/letters/capital-radio.2125
  3. ^ https://www.timesofmalta.com/articles/view/20050924/local/new-owner-of-radio-station.77410
  4. ^ https://www.timesofmalta.com/articles/view/20090329/local/capital-radio-sold.250881
  5. ^ https://www.timesofmalta.com/articles/view/20090329/local/capital-radio-sold.250881