Bit hu numru diġitali fis-sistema tan-numri binari (bażi 2). Eżempju, in-numru 10010111 hu twil 8 bits. Numri binari huma kważi dejjem użati bħala l-unità bażika ta' informazzjoni ġewwa apparat ta' ħżin tal-informazzjoni u komunikazzjoni diġitali tal-kompjuter.

Kwantitajiet ta' bits
Prefissi SI Prefissi Binarji
Isem
(Simbolu)
Standard
SI
Użu
Binarju
Isem
(Simbolu)
Valur
kilobit (kbit) 103 210 kibibit (Kibit) 210
megabit (Mbit) 106 220 mebibit (Mibit) 220
gigabit (Gbit) 109 230 gibibit (Gibit) 230
terabit (Tbit) 1012 240 tebibit (Tibit) 240
petabit (Pbit) 1015 250 pebibit (Pibit) 250
exabit (Ebit) 1018 260 exbibit (Eibit) 260
zettabit (Zbit) 1021 270 zebibit (Zibit) 270
yottabit (Ybit) 1024 280 yobibit (Yibit) 280

Numru Binarju

immodifika

Claude E. Shannon kien l-ewwel li uża l-kelma bit f'karta li ħareġ fl-1948. Hu atribwixxa l-oriġini tal-kelma lil John W. Tukey, li kien kitibha f'nota ġewwa l-Laboratorji Bell fid-9 ta' Jannar 1947 fejn hu qassar numru binaru fil-kelma sempliċi bit. Interessanti wkoll li Vannevar Bush kien kiteb fis-sena 1936 dwar "bits ta' informazzjoni" li setgħu jiġu maħżuna ġewwa punch cards użati dak iż-żmien ġewwa kompjuters mekkaniċi.[1]

Bit fi ħżin ta' informazzjoni hu bħal swiċċ tad-dawl; jista' jkun mixgħul (1) jew mitfi (0). Bit hu allura assoċjat man-numru wieħed jew in-numru xejn, vera jew falz, indikatur li hu mixgħul jew mitfi, jew iktar ġenerali, kwantita ta' informazzjoni li tqabbel żewġ oġġetti: jew wieħed jew l-ieħor. Gregory Bateson ddefinixxa l-bit bħala "id-differenza li tagħmel id-differenza". [1]

Bit hi l-iżgħar unità fir-rigward ta' ħżin ta' informazzjoni fil-kompjuters.

Abbrevjazjoni u simbolu

immodifika

Għad m'hemm l-ebda qbil fuq simboli li għandhom jirrapreżentaw bit jew byte. Wieħed mill-istandards IEC 60027 tal-Kumissjoni Internazzjonali Elettroteknika, li tispeċifika li "bit" għandu jkun is-simbolu li jirrapreżenta bit wieħed (għaldaqshekk "kbit" jirrapreżenta kilobit). Dan l-istandard ma jispeċifikax simbolu għall-byte.

Standard ieħor komuni, IEEE 1541, jispeċifika li b għandu jintuża għall-bit waqt li B għandu jintuża għall-byte. Din hi konvenzjoni użata ħafna fid-dinja tal-kompjuters iżda għadha ma ġietx aċċettata internazjonalment għax:

  • dawn iż-żewġ simboli diġa għandhom użu ieħor: "b" għal barn u "B" għal bel;
  • "bit" hi diġa abbrevjazjoni għal "numru binarju" u għaldaqstant ma tantx hemm raġuni għala għandu jkun hemm abbrevjazjoni ulterjuri;
  • hu normali li jintuża ittra kapitali biss meta s-simbolu jew unità jkun issemma' wara xi persuna (ara eżempju Claude Émile Jean-Baptiste Litre);
  • b hu ġieli wżat ukoll għal byte, meta bit tintuża għal bit.

Iktar minn bit wieħed

immodifika

Byte hi magħmulha minn tmien (8) bits, għalkemm dan ma kienx dejjem hekk għax byte kienet tirreferi għal kollezzjoni innifisha. Erbgħa bits hi magħrufha bħala nibble.

"Word" hi wżata għal numru ikbar ta' bits iżda d-daqs mħux standard definit. Ħafna drabi tirrapreżenta d-daqs ta' reġistru wieħed ġewwa CPU. Fl-arkittetura tal-kompjuters IA-32 16-il bit huma word (u għaldaqstant 32 bits huma msejħa word doppju jew dword), iżda jeżistu arkitetturi f'daqsijiet għal word ta' 8, 32, 64, 80 u oħrajn.

Terminoloġiji għal kwantitajiet kbar ta' bits jistgħu jiġu ffurmati billi napplikaw prefissi li soltu jintużaw, eżempju, kilobit (kbit), megabit (Mbit) u gigabit (Gbit). Biss għad hemm ħafna konfużjoni rigward id-daqs ta' dawn l-abbrevjazjonijiet.

Rati ta' bdil ta' informazzjoni fit-telekomunikazjoni u ġewwa network ta' kompjuters huma ġeneralment deskritti bħala bits fis-sekonda (bps), li mhix l-istess bħal baud.

Referenzi

immodifika
  1. ^ Darwin among the machines: the evolution of global intelligence, George Dyson, 1997. ISBN 0-201-40649-7