Australopithecus
Dan l-artiklu dwar ix-xjenza huwa nebbieta. Jekk trid, tista' tikkontribwixxi issa biex ittejjeb dan l-artiklu, dejjem skont il-konvenzjonijiet tal-Wikipedija. |
Il-ġeneru Australopithecus (australis mill-Latin li tfisser 'tan-nofsinhar' u Pithekos mill-Griek li tfisser 'jixbaħ lix-xadini') huwa grupp estint ta' kreaturi li l-bniedem iddixxenda minnhom.
Australopithecus | |
---|---|
Klassifikazzjoni xjentifika | |
Klassi | Mammalia |
Ordni | primate (en) |
Familja | Hominidae |
Sottofamilja | Australopithecinae |
ġeneru | Australopithecus Dart, 1925
|
Distribuzzjoni ġeografika | |
Informazzjoni ġenerali | |
Għoli | 1.4 m |
Dawn il-kreaturi kellhom fil-fatt xi karatteristiċi li jixbhu lil tal-bniedem u familji oħrajn bħax-xadini. L-Australopithecus kien jgħix fil-lvant u fit-tramuntana ta' l-Ewropa minn 3 sa 3.9 miljun sena ilu. L-eqdem evidenza li wieħed jista' jsib li juri li dawn il-kreaturi kienu jimxu fuq żewġ saqajn tinsab f'Laetoli fit-Tanżanija. Hawnhekk instabu impronti tas-saqajn. Dawn l-impronti tas-saqajn, li ġie kkalkulat li saru madwar 3.7 miljun sena ilu, jixbħu ferm lil tal-bniedem tal-lum. Sa ftit ilu dawn l-impronti kien jingħad li ġew magħmula mill-ispeċi ta' l-Australopithecus, madanakollu dan l-aħħar xi xejntisti qed isostnu li dawn saru minn xi speċi oħra tal-ġeneru Homo li għada trid tinstab.
Australopithecus anamensis, Australopithecus afarensis, u Australopithecus africanus huma kollha speċi tal-ġeneru Australopithecus li huma famużi għal xi skoperti li nstabu fuqhom. Australopithecus africanus hu meqjus bħala l-ispeċi li minnhom iddixxenda l-Homo erectus. Għalhekk hu maħsub li l-ġeneru Homo erectus evolva mill-Australopithecus africanus qabel, jew inkella it-tnejn li huma evolvew minn ġeneru li għadu ma stabx.
Morfoloġija
immodifikaL-imħuħ tal-ġeneru Australopithecus kienu madwar 35% tal-imħuħ tal-bniedem tal-lum. L-ogħli tagħhom kien ta' madwar 1.2 sa 1.4 metri. F'xi varjazzjonijiet tal-ġeneru Australopithecus kien ikun hemm xi dimorfiżmu sesswali. F'dan il-każ ir-raġel kien ikun ikbar sa 50% iktar mill-mara.
Dieta
immodifikaHuwa maħsub li dawn il-kreaturi kienu omnivori.