Atomium
Dan l-artiklu dwar l-arkitettura huwa nebbieta. Jekk trid, tista' tikkontribwixxi issa biex ittejjeb dan l-artiklu, dejjem skont il-konvenzjonijiet tal-Wikipedija. |
L-Atomium huwa bini fi Brussell li kien inbena għall-Fiera Dinjija ta' l-1958 (Expo '58). Din l-istruttura ta' l-aluminju u l-azzar hi twila 103 metri (335 pied) u tirrappreżenta l-istruttura kristallina tal-ħadid, imkabbra għall 165 biljun darba. L-istruttura tikkonsisti f'disa sferi ta' l-azzar, kull waħda b'diametru ta' 18-il metru. Dawn huma magħquda flimkien permezz ta' tubi twal 35 metru, li huma turġien. It-twieqi fl-isfera ta' fuq nett jipprovdu veduta panoramika ta' Brussel. Dan il-monument minn André Waterkeyn, huwa landmark tal-belt kapitali Belġjana.