Artiklu (grammatika)
l-artiklu hija kelma li titqiegħed biswit Nom biex t'indika it-tip ta' referenza li n-nom ikun qiegħed jirrealizza f'ċerta frażi.
L-artiklu fil-lingwa Maltija
immodifika- Fil-Malti l-artiklu huwa irrealizzat bl-ittra ('l) li tiġi mehmużha bsing (-) mal-kelma ta' warajha.
- Eż. l-alfabett; l-għodwa; l-istatwa.
- L-artiklu iservi biex jiddetermina in-nom. Fil-Malti insibu biss l-Artiklu definit (l-). Dana jitqiegħed quddiem kelma li tibda b'vokali, għ jew h
- Eż.l-ors, l-għar, l-hena.
Il-forma ta' l-Artiklu tista tvarja skond l-ewwel vokali jew konsonanti fil-kelma li tinsab quddiemha jew warajha:
- Quddiem kelma li tibda b'żewġ konsonanti fejn l-ewwel waħda tkun: m, n, r, s, x, in-nom jieħu quddiemu l-vokali tal-leħen.
- Eż. l-imħadda, l-inbid, l-irdum, l-ispaga, l-ixkupa
- L-Artiklu jieħu vokali ewfonika (i) quddiem konsonanti qamrin.
- Eż.
l-baħar--> il-baħar,l-qattus--> il-qattus.
- Eż.
- Quddiem nomi li jibdew b'konsonanti xemxin, il-vokali ewfonika jingħaqad ma' l-ewwel konsonanti biex jifforma l-artiklu.
- Eż.
l-naħal--> in-naħal,l-xemx--> ix-xemx.
- Eż.
- Billi fil-Malti m'għandniex l-artiklu indefinit, ir-referenza indefinita tista' tiġi imfissra bl-għajnuna ta' wieħed jew waħda.
- Eż. Kien hemm wieħed raġel kellu qattus iswed faħam.
- Biex il-kwalità tal-oġġett jiġi iddeterminat, l-Artiklu jinthemeż mal-Aġġettiv.
- Eż. il-kikkra l-kbira
- L'artiklu jista jingħaqad ma' xi partiċelli.
- mal-, ġol-, għal[l]-, sal-, fil-, tal-, bħal[l]-, lil[l]-, mil[l]-,