Apparat Periferali
Dan l-artiklu dwar l-informatika huwa nebbieta. Jekk trid, tista' tikkontribwixxi issa biex ittejjeb dan l-artiklu, dejjem skont il-konvenzjonijiet tal-Wikipedija. |
Periferali hu hardwer li jiżdied ma' kompjuter biex jiżdiedulu l-abbiltajiet tiegħu. Iktar minn hekk periferali huma apparati li huma opzjonali u mhux bżonjużi biex kompjuter bażiku jaħdem. It-terminu periferali hu iktar użat għal apparati li jiżdiedu mal-kompjuter fuq barra bis-saħħa ta' konnesjonijiet bħal USB jew COM. Eżempji tipiċi huma joystiks, printers, skeners, u mikrofoni.
Apparat bħal moniter jew disk drajvs mhux konsiderati periferali meta mhux opzjonali. Kards bħal vijdjo kards ukoll mhux konsiderati periferali għax huma apparati interni.
Qabel ma kien jeżisti il-kompjuter personali, apparati li ma kinux motherboard, CPU jew memorja kienu meqjusa bħala periferali. Il-kompjuter personali espanda t-tifsira ta' x'inhu bażiku u x'inhu periferali u għaldaqstant keyboard, moniter u maws m'humiex iktar konsiderati bħala periferali.
Lista ta' apparati periferali komuni
immodifika- Apparat ta' Ħżin
- Li jista' jitneħħa (Jaqra jew jikteb f'medja li jinġarr)
- Ta' ġewwa
- Input
- Output
- Network