Ann Goldstein
Ann Goldstein (twieldet fl-1949) hija editriċi Amerikana u traduttriċi mil-lingwa Taljana. Hija l-aktar magħrufa għat-traduzzjonijiet tagħha ta' Neapolitan Quartet ta' Elena Ferrante.
Ann Goldstein | |
---|---|
Ħajja | |
Twelid | Ġunju 1949 (75 sena) |
Nazzjonalità | Stati Uniti tal-Amerka |
Edukazzjoni | |
Alma mater |
University College London (en) Bennington College (mul) |
Lingwi | Ingliż |
Okkupazzjoni | |
Okkupazzjoni |
traduttur editur |
Premjijiet |
List
|
Ħajja bikrija
immodifikaAnn Goldstein kibret f'Maplewood. Hija attendiet il-Kulleġġ ta' Bennington, f'Vermont, fejn studjat il-Grieg Antik.[1] Wara studjat il-Filoloġija Komparattiva fil-University College ta' Londra.[2]
Karriera
immodifikaFl-1973, wara l-gradwazzjoni tagħha, Goldstein bdiet taħdem bħala qarrejja tal-provi għar-rivista Esquire. Fl-1974, hi ngħaqdet mat-tim ta' The New Yorker, fejn bdiet taħdem mad-Dipartiment tal-Editjar, u fl-aħħar tas-snin tmenin ġiet inkarigata biex tmexxih hi.[1]
Mill-1987, Goldstein editjat ir-reviżjonijiet letterarji ta' John Updike, li kienu ta' kontribut għal The New Yorker.[3]
Tul il-ħidma tagħha f'The New Yorker, Goldstein, flimkien ma' xi kollegi, bdiet tattendi għal-lezzjonijiet tat-Taljan.[4] F'perjodu ta' tliet snin, mill-1987, huma studjaw il-lingwa u qraw ix-xogħlijiet kollha ta' Dante. Fl-1992, Goldstein irċeviet Chekhov in Sondrio, ktieb ta' Aldo Buzzi, kittieb Taljan, u ppruvat tittraduċi esej minnu. Din saret l-ewwel traduzzjoni ppubblikata ta' Goldstein, li ħarġet fl-edizzjoni ta' The New Yorker nhar l-14 ta' Settembru, 1992.[5]
Fl-2004, Goldstein ġiet mistoqsija minn Europa Editions, pubblikatur ġdid, biex tissottometti traduzzjoni ta' xi partijiet minn I giorni dell'abbandono ta' Elena Ferrante. Il-kampjun tagħha ġie ġġudikat bħala l-aqwa wieħed mis-sottomissjonijiet, u ġiet offruta l-kuntratt biex tittraduċi l-ktieb sħiħ.[1]
Fl-2015, ħarġet pubblikazzjoni ta' tliet volumi tax-xogħlijiet kompluti ta' Primo Levi, editjaha minn Goldstein. L-isforz biex jiġu akkwistati d-drittijiet tat-traduzzjoni ħa sitt snin,[6] filwaqt li l-kumpilazzjoni u t-traduzzjoni ħadu sbatax-il sena,[7] u ġew imfaħħra mill-kritiċi. Goldstein kienet tagħmel superviżjoni fuq disa' tradutturi, u ttraduċiet tliet kotba ta' Levi.[1].
Barra li tittraduċi, bħalissa Goldstein hija l-kap tad-Dipartiment tal-Ikkuppjar għal The New Yorker.[4]
Referenzi
immodifika- ^ a b ċ d Maloney, Jennifer (2016-01-20). "Ann Goldstein: A Star Italian Translator" (bl-Ingliż). Miġbur 2022-05-13.
- ^ "Ann Goldstein". John Simon Guggenheim Memorial Foundation (bl-Ingliż). Miġbur 2022-05-13.
- ^ Nast, Condé (2009-03-20). "Remembering Updike: Ann Goldstein". The New Yorker (bl-Ingliż). Miġbur 2022-05-13.
- ^ a b "Ann Goldstein on Translating Elena Ferrante and the Inner Workings of The New Yorker" (bl-Ingliż). 2016-09-01. Miġbur 2022-05-13.
- ^ Dodson, Katrina (2016-01-15). "Ann Goldstein: The Face of Ferrante". Guernica (bl-Ingliż). Miġbur 2022-05-13.
- ^ Mendelson, Edward (2015-11-23). "'The Complete Works of Primo Levi'" (bl-Ingliż). Miġbur 2022-05-13.
- ^ Italie, Hillel (2015-09-28). "Primo Levi complete: $100 book runs 3,000 pages with a Toni Morrison introduction". CTVNews (bl-Ingliż). Miġbur 2022-05-13.