Andrea Demirović
Andrea Demirović (Андреа Демировић) (Titograd, 16 ta' Ġunju 1985) magħrufa wkoll bħala Andrea, hi kantanta Montenegrina u studenta fl-Akkademja tal-Mużika ta' Cetinje.
Andrea Demirović | |
---|---|
Informazzjoni ġenerali | |
Twieled | 16 ta' Ġunju 1985 |
Oriġini | Podgorica, Montenegro |
Ġeneru | Pop |
Id-debutt fil-kamp mużikali wasal fil-festival Sunčane Skale tal-2002. Aktar tard, gawdiet minn suċċess konsiderevoli f'festivals reġjonali, fosthom fil-finali nazzjonali Serbo-Montenegrina u dik Montenegrina biex tintgħażel il-kanzunetta għall-Eurovision. L-ewwel album tagħha, bl-isem ta' "Andrea", ħareġ fl-2006 taħt it-tikketta City Records. L-album li jmiss mistenni li joħroġ fl-2009, u l-ewwel kanzunetta minn dan l-abum hi "The Queen of the Night", riproduzzjoni tal-kanzunetta ta' Mirela fil-Misión Eurovisión tal-2007. Kien hemm għajdut li kienet se tidher fil-film tal-2010 Подгорица, Волим Те.
Nhar it-23 ta' Jannar, ġie mħabbar li Andrea se tirrapreżenta lill-Montenegro fil-Festival tal-Eurovision 2009 f'Moska, ġewwa r-Russja. Bil-kanzunetta "Just Get Out of My Life" hi kienet l-ewwel mara li ħadet sehem f'isem il-pajjiż, però ma rnexxilhiex tagħmilha għall-finali wara li ma ntgħażiltx fost l-għaxar finalisti mill-ewwel semifinali tat-12 ta' Mejju.
Predeċessur Stefan Filipović |
Montenegro fil-Festival tal-Eurovision 2009 |
Suċċessur |