Aline Remael hi studjuża tat-traduzzjoni Belġjana, magħrufa l-aktar għax-xogħol tagħha fit-traduzzjoni awdjoviżiva u fl-aċċessibilità tal-midja. Hi ħalliet impatt kbir fil-qasam li għażlet u ngħatat il-Premju Jan Ivarsson għas-servizzi tagħha fit-traduzzjoni tal-iskripts għall-films u għas-serje televiżivi.

Aline Remael
Ħajja
Nazzjonalità Belġju
Edukazzjoni
Lingwi Ingliż
Okkupazzjoni
Okkupazzjoni riċerkatur
għalliem fl-università
traduttur
executive (en) Translate
editur ewlieni
Post tax-xogħol Anversa

Bijografija

immodifika

Wara li ħadmet bħala għalliema, traduttriċi indipendenti u interpretu, Remael qattgħet il-parti l-kbira tal-karriera tagħha bħala studjuża tat-traduzzjoni fl-Università ta’ Antwerp, u fl-2018 ingħatat il-Premju Jan Ivarsson għas-servizzi imprezzabbli fil-qasam tat-traduzzjoni awdjoviżiva. Wara li rtirat, bdiet isservi bħala l-Professur Emeritu tat-Teorija tat-Traduzzjoni, tal-Interpretar u tat-Traduzzjoni Awdjoviżiva/Aċċessibilità  tal-Midja fid-Dipartiment tal-Lingwistika Applikata/Tradutturi u Interpreti tal-Università ta’ Antwerp. Hija waħda mill-membri fundaturi tal-grupp ta’ riċerka TransMedia.