Alexa Internet

(Rindirizzat minn Alexa)

Alexa Internet Inc. hija kumpanija Amerikana sussidjarja ta' Amazon.com li tagħmel analiżi u tiġbor statistika fuq it-traffiku tal-internet. Alexa hi wkoll mutur ta' tfittxija b'servizz ta' direttorju elettroniku.

Alexa Internet, Inc.
Tip Sussidjarja
Fundazzjoni 1996[1]
Kwartieri ġenerali San Francisco, Kalifornja, Stati Uniti
Industrija Internet information providers
Prodotti Mutur ta' tfittxija
Parenti Amazon.com
Sit elettroniku alexa.com
Tip ta' sit Analiżi tat-traffiku tal-web
Reġistrazzjoni Fakultattiva
Lingwi disponibbli Ingliż
Stat attwali Attiva

Alexa Internet bdiet fl-1996 minn Brewster Kahle u Bruce Gilliat. Għall-bidu kienet toffri toolbar li kienet tiggwida lill-utenti tal-internet permezz ta' suġġerimenti fuq fejn jistgħu jmorru, ibbażati skont mudelli tat-traffiku tal-komunità tal-utenti tagħha. Alexa kienet toffri informazzjoni fuq kull sit li wieħed kien iżur: il-proprjetarju, in-numru ta' paġni li hemm fis-sit, kemm il-sit ieħor jipponta lejh, u l-frekwenza ta' kemm isiru l-aġġornamenti.[2] Barra minn hekk, Alexa tipprovdi l-arkivjar ta' paġni elettroniċi permezz ta' web crawlers. B'kollaborazzjoni mal-Internet Archive, l-inġiniera informatiċi ta' Alexa ħolqu l-Internet Archive's Wayback Machine.

Fl-1999, l-azjenda ġiet akkwistata minn Amazon għaċ-ċifra ta' 250 miljun dollaru. Fir-rebbiegħa tal-2002, Alexa bdiet sħubija mal-Google u aktar tard fl-2005 mal-Open Directory Project. F'Mejju tal-2006, Alexa issostitwixxiet lil Google ma' Live Search bħala l-pjattaforma għat-tfittxija. F'Settembru tal-istess sena Alexa bdiet tuża' l-pjattaforma ta' tfittxija tagħha. F'Diċembru, Alexa ħolqot l-Alexa Image Search. Din hija l-ewwel applikazzjoni li ġiet iddisinjata b'mod awtonomu u installata fuq il-pjattaforma tal-web. Illum il-ġurnata Alexa hija qabel xejn mutur ta' tfittxija.

Referenzi

immodifika
  1. ^ "About Alexa Internet" (bl-Ingliż). Arkivjat minn l-oriġinal fl-2018-12-24. Miġbur 2009-10-09.
  2. ^ Dawson, Keith (1997-07-28). "Alexa Internet opens the doors" (bl-Ingliż). Miġbur 2011-07-06.

Ħoloq esterni

immodifika