Akrolett
Dan l-artiklu dwar il-lingwistika huwa nebbieta. Jekk trid, tista' tikkontribwixxi issa biex ittejjeb dan l-artiklu, dejjem skont il-konvenzjonijiet tal-Wikipedija. |
L-akrolett hu l-ogħla lsien fl-intern ta’ sistema soċjali u kulturali.
Eżempju tipiku ta’ akrolett huwa l-Latin Medjevali: fiż-Żminijiet tan-Nofs, infatti, l-ilsna romanzi kienu jintużaw għall-komunikazzjoni ta’ kull jum u għal skopijiet prevalentement prattiċi (jiġifieri fil-funzjoni ta’ bażilett), filwaqt li l-Latin kien l-ilsien tal-kultura u tal-Knisja, u kien jintuża fil-kuntesti aktar prestiġġjużi.
Ġeneralment, l-istatus ta’ akrolett hu dovut għall-għażla ta’ tali lingwa bħala lingwa uffiċjali min-naħa ta’ Stat jew Knisja. Xi minn daqqiet, tkun il-komunità tal-intellettwali, fi żminijiet meta jkun imxerred sew l-analfabetiżmu, li tadotta lingwa letterarja nazzjonali.
F’ħafna komunitajiet madwar id-dinja huwa possibbli tara sitwazzjoni ta’ diglossja, jiġifieri l-preżenza ta’ bosta ilsna. Spiss jiġri li dawn l-ilsna jintużaw f’kuntesti u b’funzjonijiet differenti.