Żona radjattiva
Dan l-artiklu dwar ix-xjenza huwa nebbieta. Jekk trid, tista' tikkontribwixxi issa biex ittejjeb dan l-artiklu, dejjem skont il-konvenzjonijiet tal-Wikipedija. |
Iż-żona radjattiva hija saff intern ta' stilel fejn l-enerġija tiġi ttrasportata primarjament 'il barra permezz ta' radjazzjoni u konduzzjoni termali, aktar milli bil-konvezzjoni. L-enerġija tivvjaġġa miż-żona radjattiva fil-forma ta' fotoni ta' l-ispettru elettromanjetiku.
Fiż-żona radjattiva, il-materja hija tant densa li l-fotoni jistgħu jivvjaġġaw biss distanzi qosra qabel ma jiġu assorbiti jew imxerrda minn partiċella oħra, u b'hekk jimxu lejn wavelengths itwal. Huwa għalhekk li r-raġġi gamma jieħdu medja 171,000 sena mill-mument li jibdew fil-qalba solari sakemm joħorġu miż-żona radjattiva. F'din it-triq it-temperatura tal- plażma tinżel minn 15-il miljun kelvin ħdejn in-nukleu għal miljun u nofs kelvin fil-bażi taż-żona tal-konvezzjoni.
In-newtrini biss, li ftit jinteraġixxu mal-materja, jirnexxilhom jaqsmu ż-żona radjattiva bil-veloċità tad-dawl .