Żona Ekonomika Esklussiva
Iz-zona ekonomika esklussiva hi qatgħa baħar tmiss mal-ibħra territorjali li fuqha Stat tal-kosta jkollu s-sovranità għall-ġestjoni tar-riżorsi naturali, ġurisdizzjoni fi kwestjonijiet ta’ installazzjoni u użu ta’ strutturi artifiċjali jew fissi, riċerka xjentifika, protezzjon u konservazzjoni tal-ambjent tal-baħar.
Definizzjoni
immodifikaSkont il-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti fuq id-Dritt tal-Baħar ("United Nations Convention on the Law of the Sea", "UNCLOS"), iz-Zona Ekonomika Esklussiva tista’ testendi sa 200 mil nawtiku mil-linja-bażi (baseline) li minnha jitkejjel il-kobor tal-ibħra territorjali (territorial waters). Fil-każ li fih il-kobor tal-ibħra territorjali jkun ta’ 12-il mil, iz-Zona Ekonomika Esklussiva jista’ jkollha estensjoni massima ta’ 188 mil. Kif previst miz-"Zona kontigwa" — li, fejn teżisti, tkun tagħmel parti miz-Zona Ekonomika Esklussiva— iz-Zona Ekonomika Esklussiva, biex issir effettiva, trid tkun proklamata formalment fil-konfront tal-komunità internazzjonali.
Regolamentazzjoni
immodifikaIz-Zona Ekonomika Esklussiva għandha valur merament funzjonali u tassenja biss lill-Istato tal-kosta il-jedd li jisfrutta r-riżorsi tal-kolonna t'ilma li tinsab fuq qiegħ il-baħar, u għalhekk ma tikkontemplax il-jeddijiet l-oħrajn kollha marbutin mal-baħar territorjali. Għal dak li għandu x’jaqsam mar-riżorsi tal-qiegħed u tas-sottoswol tal-baħar, l-UNCLOS tiddefinixxi l-istitut tal-Pjattaforma kontinentali. Fil-każ ta’ stati ġirien jew imissu, jintuża l-kriterju tal-ekwidistanza (ħlief ovvjament jekk il-partijiet jiftehmu mod ieħor), jiġifieri jinstab il-punt ekwidistanti bejn iż-żewġ linji-bażi tal-ibħra territorjali rispettivi. Fi kliem ieħor, jidħlu fiz-zona esklussiva l-punti kollha tal-baħar li jkunu l-eqreb għall-kosta ta’ Stat meta jitqiesu ma’ dawk ta’ Stat ieħor. Dan il-prinċipju iżda ma ġiex aċċettat bħala konswetudinarju fid-Diritt Internazzjonali u allura ma jgħoddx awtomatikament bejn l-Istati kollha. Ngħidu aħna, fis-Sentenza tal-Qorti Internazzjonali tal-Ġustizzja tal-20.2.1969 dwar id-delimitazzjoni tal-pjattaforma tal-Baħar tat-Tramuntana, ġie preferut il-ftehim, li jrid neċessarjament ikun ibbażat fuq l-ekwità, bejn l-Istati.
Is-sisien taz-Zona Ekonomika Esklussiva
immodifikaIl-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti fuq id-Dritt tal-Baħar inkiteb mill-International Law Commission tal-Organizzazzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti u ġiet adottata f’Montego Bay nhar il-10 ta’ Diċembru 1982. Xi Stati għadhom ma aderixxewx għall-Konvenzjoni; fost dawn hemm l-Eritrea, l-Iran, Iżrael, il-Libja, l-Istati Uniti u t-Turkija. L-Istati Uniti, iżda, japplikaw l-UNCLOS f’dawk il-partijiet li jirriflettu d-Dritt Internazzjonali konswetudinarju, rikonoxxuti bis-saħħa tal-ġurisprudenza tal-Qrati Internazzjonali kompetenti[1].
Fil-Mediterran
immodifikaSal-aħħar tas-snin 90 tas-seklu 20, l-ebda pajjiż tal-Baħar Mediterran ma kien ipproklama Zona Ekonomika Esklussiva, minkejja li kellhom kull jedd. Ir-raġuni kienet l-aktar minn konsiderazzjonijiet ġeografiċi: f’ebda punt tal-Mediterran il-kosti ma huma bogħod ta’ aktar minn 400 mil jew iżjed mill-kosti tan-naħa l-oħra li huma ta’ Stat ieħor. Kien hemm ukoll raġunijiet ta’ opportunità, pereżempju biex ikun evitat li jiġi ddisturbat l-istatus quo minħabba l-possibilità ta’ tilwim bejn il-Greċja u t-Turkija. Il-Mediterran kien ikkaratterizzat għalhekk minn zoni mifruxin ta’ baħar għoli, u kien hemm biss zoni limitati riżervati għas-sajd, bħalma hi z-Zona Ekonomika Esklussiva Maltija ta’ 25 mil. Lejn l-aħħar tas-seklu 20, dan il-prinċipju ġie mminat b’iniziattiva ta’ xi Stati:
- 1994: zona riżervata għas-sajd mill-Alġerija
- 1997: zona ta’ protezzjoni tas-sajd ta’ Spanja
- 2003: zoni ta’ protezzjoni ekoloġika ta’ Franza; zona ta’ protezzjoni ekoloġika u tas-sajd tal-Kroazja
- 2005: zona ta’ protezzjoni tas-sajd tal-Libja
- 2006: zona ta’ protezzjoni ekoloġika tal-Italja
Ingħatat spinta lill-ħolqien ta’ Zona Ekonomika Esklussiva mill-politika ta’ ġestjoni tar-riżorsi tal-baħar tal-Unjoni Ewropea bl-iskop li jitwaqqaf is-sajf illegali magħmul mill-bastimenti tas-sajd Ażjatiċi.
Biblijografija
immodifikaD.J. Attard, The Exclusive Economic Zone in International Law, Clarendon Press
Referenzi
immodifika- ^ Oxman, Bernard H. (2008). "International Tribunal for the Law of the Sea - exclusive economic zone - arrest of fishing vessel - duty of prompt release on bond - effect of confiscation of vessel - international standards of due process of law". American Journal of International Law (bl-Ingliż). 102 (2): 316–322. doi:10.2307/30034542.