Ġnien Botaniku ta' Mérida

Il-Ġnien Botaniku ta' Mérida (bl-Ispanjol: Centro Jardín Botánico de Mérida) huwa ġnien botaniku fil-belt ta' Mérida, il-Veneżwela.

Il-Ġnien Botaniku ta' Mérida

Dan il-ġnien ġie fundat fl-1991 mill-Universidad de Los Andes bl-iskop li jippreserva il-fawna u l-flora u għar-riċerka. Ġie miftuħ għall-pubbliku fit-8 ta' Diċembru, 2002, u jokkupa 44 tomna li ngħatat mill-istess Università, u ġie maqsum f'żoni skont it-tip ta' flora li tinsab lokalment. Il-biċċa l-kbira taż-żona hi okkupata minn bosk ta' arżnu tal-post. Dan jinsab fil-parti ta' fuq tal-belt ta' Mérida bejn ix-xmajjar Albarregas u Mucujún

Il-kollezzjoni l-iktar importanti hi magħmula minn bromelji, li minnhom hemm iktar minn 100 speċi u 600 individwu; din hi l-ikbar kollezzjoni ta' bromelji fil-Veneżwela u fl-Amerika t'Isfel.

Ħoloq esterni

immodifika

Koordinati: 8°37′33″N 71°08′36″W / 8.62583°N 71.14333°W / 8.62583; -71.14333