Yuri Lysianskyi

esploratur ta' oriġini Ukrena

Yuri Fedorovych Lysianskyi (spellut ukoll Urey Lisiansky jew Lisianski jew Lysyansky; bl-Ukren: Юрій Федорович Лисянський, Jurij Fedorovyč Lysjanskyj; bir-Russu: Ю́рий Фёдорович Лися́нский, Jurij Fëdorovič Lisjanskij, twieled fl-1/fit-13 ta' April 1773 – miet fis-6 ta' Marzu 1837) kien uffiċjal fil-Flotta Navali tar-Russja Imperjali u esploratur ta' oriġini Ukrena. Huwa kien fit-tmun tal-ewwel ċirkumnavigazzjoni Russa abbord il-bastiment Neva u kien fost l-esploraturi bikrin tal-Punent li żaru l-gżira ta' Rapa Nui, iċ-Ċilì. Hemm diversi postijiet li ssemmew għalih.

Yuri Lysianskyi
Ħajja
Twelid Nizhyn, 1 April 1773 (in Julian calendar)
Nazzjonalità Imperu Russu
Mewt San Pietruburgu, 22 Frar 1837 (Julian)
Post tad-dfin Alexander Nevsky Lavra (en) Translate
Ċimiterju Tixvin
Familja
Ulied
uri
Edukazzjoni
Alma mater Korp tal-Kadetti tal-Flotta Navali
St. Petersburg Naval Institute (en) Translate
Lingwi Russu
Okkupazzjoni
Okkupazzjoni esploratur
bniedem militari
Parteċipant
Premjijiet
List
Servizz militari
Fergħa militari Flotta Navali tar-Russja Imperjali
Grad kaptan tal-ewwel grad
Iġġieldu Gwerra bejn ir-Russja u l-Iżvezja tal-1788-1790
Battalja ta' Sitka
Gwerra tal-Ewwel Koalizzjoni
Gwerra bejn ir-Russja u t-Tlingit
Gwerra bejn il-Gran Brittanja u r-Russja tal-1807-1812
Gwerra Finlandiża

Bijografija immodifika

Lysiansky twieled f'Nizhyn (illum fl-Ukrajna; dak iż-żmien fl-Imperu Russu) fil-familja ta' qassis Ortodoss u kien dixxendent ta' familja Cossack antika. Fl-1786 huwa ggradwa mill-Korp tal-Kadetti tal-Flotta Navali u ħa sehem fil-Gwerra bejn ir-Russja u l-Iżvezja tal-1788-1790. Matul l-1790-1793 huwa kien jagħmel parti mill-Flotta Baltika. Matul 1793-1799 huwa baħħar fuq vapuri Brittaniċi madwar id-dinja kollha. Bejn l-1793 u l-1795 huwa kien voluntier abbord l-HMS Oiseau b'36 tagħmir tal-artillerija taħt il-kaptan tal-bastiment, Robert Murray. Lysiansky fakkar fil-memorji tiegħu, l-esperjenzi li kellu fl-Istazzjon tal-Amerka ta' Fuq jopera kontra l-konvojs u l-bastimenti armati Franċiżi, u kif meta kien fl-Indji tal-Punent laqqat id-deni isfar, u fakkar kif Murray għenu jirkupra, u saħansitra kien ċedielu parti mill-akkomodazzjoni tiegħu meta kien marid.[1]

Fl-1803-1806, Lysiansky kien l-uffiċjal kmandant tal-bastiment merkantili tal-Kumpanija Russa-Amerikana Neva u ħa sehem fl-ewwel ċirkumnavigazzjoni Russa tad-Dinja. L-ispedizzjoni kienet taħt il-kmand tal-Konti Nikolay Petrovich Rezanov, Plentipotenzjarju ta' Alessandru I għall-kolonji tal-Lvant u tal-Punent Imbiegħed tal-Imperu Russu, u l-Kaptan Adam Johann von Krusenstern fil-bastiment Nadezhda. Il-vapuri kienu jinkludu wkoll in-naturalist, Wilhelm Gottlieb Tilesius, u l-astronomu Johan Caspar Horner (1734-1834).[2] Salpaw minn Kronstadt, iżda l-vapuri nfirdu wara li żaru Hawaii, u l-Konti Nikolay Rezanov u Lysianskyi reħewlha lejn l-Amerka Russa (l-Alaska). Fl-1804 il-bastiment Neva żar il-gżira ta' Rapa Nui, u iktar tard dik is-sena, kien essenzjali fir-rebħa kontra t-Tlingit fil-Battalja ta' Sitka, l-Alaska.[3] Fl-1805 huwa reġa' ltaqa' ma' Krusenstern f'Macau, iżda malajr isseparaw minn xulxin. Barra minn hekk, fl-1805 ukoll, huwa kien l-ewwel wieħed li ddeskriva l-bumerin ta' Hawaii fuq il-gżira li issa ngħatat kunjomu.[4] Eventwalment, il-bastiment Neva kien l-ewwel li rritorna lejn Kronstadt fit-22 ta' Lulju 1806. Għall-kisbiet tiegħu, Lysiansky ingħata diversi premjijiet, inkluż l-Ordni ta' San Vladimir tat-tielet grad. Lysiansky indifen fiċ-Ċimiterju ta' Tikhvin tal-Monasteru ta' Alexander Nevsky, f'San Pietruburgu, ir-Russja.

Imfakar immodifika

Għadd ta' postijiet issemmew għalih: il-Gżira ta' Lisianski fil-Gżejjer tal-Majjistral ta' Hawaii, peniżola tal-Gżira ta' Baranof, l-Alaska, bajja, strett, xmara u kap fl-Amerka ta' Fuq, muntanja taħt il-baħar fil-Baħar ta' Okhotsk, u peniżola mal-Baħar ta' Okhotsk. Hemm monument u mużew ta' mafkar ta' U. Lysianskyi fir-raħal Ukren ta' Nizhyn.

Referenzi immodifika

  1. ^ Lisyansky. A Voyage Round the World in 1803, 4, 5 & 6 ... in the Ship Neva. pp. xvii–xviii.
  2. ^ Smith, Abigail M.; Jones, Mary E. Spencer; Jackson, Patrick N. Wyse (2014). "Bryozoans of the Krusenstern Expedition(1803-1806)". Annals of Bryology. 4: 183–194.
  3. ^ Katherine Routledge tirreferi għall-paġna 58 tal-ktieb tiegħu "Voyage round the world in the Ship Neva Lysianskyi", Londra, 1814.
  4. ^ "Hawaiian Monk Seal, Neomonachus schauinslandi". www.monachus-guardian.org. Miġbur 2022-04-08.