Jiena Natalia Mizzi u bħalissa qed insegwi kors tat-traduzzjoni u t-terminoloġija l-Università ta' Malta. Jiena Maltija u b'kollox naf 5 lingwi: il-Malti, l-Ingliż, it-Taljan, il-Ġermaniż u l-Ispanjol. Il-Malti huwa l-ilsien nattiv tiegħi u l-Ingliż huwa wkoll lingwa uffiċjali ta' Malta. It-Taljan tgħallimtu meta kont żgħira permezz ta' stazzjonijiet Taljani li kont nara fuq it-televixin. Il-Ġermaniż bdejt nitgħallmu fis-sekondarja u gradwajt fih iktar tard fl-Università ta' Malta. Apparti l-Masters fit-traduzzjoni, bħalissa qed insegwi wkoll kors fl-Ispanjol.