Suzanne Jill Levine
Dan l-artiklu dwar persuna huwa nebbieta. Jekk trid, tista' tikkontribwixxi issa biex ittejjeb dan l-artiklu, dejjem skont il-konvenzjonijiet tal-Wikipedija. |
Suzanne Jill Levine (twieldet fil-21 ta' Ottubru 1946) hija kittieba, poetessa, traduttriċi letterarja u studjuża Amerikana.
Suzanne Jill Levine | |
---|---|
Ħajja | |
Twelid | Belt ta' New York, 21 Ottubru 1946 (78 sena) |
Edukazzjoni | |
Alma mater |
Università ta' New York Università ta' Columbia Vassar College (en) |
Lingwi | Ingliż |
Okkupazzjoni | |
Okkupazzjoni |
kritiku letterarju ġurnalist traduttur |
Impjegaturi | University of California, Santa Barbara (en) |
Premjijiet |
List
|
Levine twieldet fil-Belt ta' New York fejn studjat il-pjanu f'Juilliard u attendiet l-Iskola tal-Mużika u l-Arti.
Hija kisbet Baċellerat mill-Kulleġġ ta' Vassar fl-1967, grad tal-Maġisteru mill-Università ta' Kolumbja fl-1969 u Dottorat mill-Università ta' New York fl-1977. Levine hi akkademika tal-letteratura tal-Amerika Latina, u l-kotba tagħha jinkludu wieħed mill-ewwel studji ta' One Hundred Years of Solitude ta' Gabriel García Márquez u Adolfo Bioy Casares, it-tnejn ippubblikati bl-Ispanjol. Hija wkoll speċjalista ewlenija fl-Istudji tat-Traduzzjoni u fil-Letteratura Komparattiva. Il-ktieb tagħha The Subversive Scribe, miktub fl-1991, influwenza l-iżvilupp tat-teorija tat-traduzzjoni kemm fl-Istati Uniti, kif ukoll fi bnadi oħra. Hi kitbet żewġ kotba żgħar tal-poeżiji u mijiet ta' esejs f'antoloġiji u ġurnali ewlenin. Hi wkoll traduttriċi ta' kittieba varji.