Wikipedija:Rebbiegħa CEE 2022

Il-logo ta' Rebbiegħa CEE
Il-logo ta' Rebbiegħa CEE

Rebbiegħa CEE 2022 ta' Wikimedia hija inizjattiva ta' Wikipedisti mill-Ewropa Ċentrali u l-Ewropa tal-Lvant bl-għan li jinħloqu paġni dwar nies, suġġetti jew oġġetti minn din il-parti tad-dinja. Malta qed tieħu sehem għat-tielet darba din is-sena permezz tal-għaqda volontarja Wikimedia Community Malta, li hija affiljata mal-Wikimedia Foundation. Dan jorbot mal-ħidma sistematika mibdija fl-2020 minn din l-għaqda biex jinħolqu paġni bil-Malti fuq il-Wikipedija dwar nies, suġġetti u oġġetti li m'għandhomx x'jaqsmu direttament ma' Malta. Dan qed isir f'kollaborazzjoni ma' Spazju Kreattiv, il-Kummissjoni Ewropea, u l-Valletta Design Cluster fi ħdan il-VCA.

Matul ix-xhur ta' Marzu, April u Mejju qed norganizzaw ukoll numru ta' workshops u edit-a-toni regolari fuq Google Meet kull nhar ta' Ħamis bejn is-6pm u t-8pm.  Id-dettalji hawn.

F'dawn l-aħħar 100 sena, l-Ewropa Ċentrali u l-Ewropa tal-Lvant għaddew minn għadd ta' rebbigħat mhux daqstant sbieħ li ħolqu ħafna diżgwid, kunflitti u diżappunti. Fost dawn nistgħu nsemmu ir-Rebbiegħa ta' Praga fl-1968, il-kunflitt fin-Nagorno-Karabakh tal-1988, l-eskalazzjoni tal-kunflitt Transnistrijan fl-1992, jew il-gwerra li faqqgħet fl-Ukrajna fl-2014.

Għaldaqstant, ir-Rebbiegħa CEE ta' Wikimedia għandha l-għan li tappoġġja u tippromovi gruppi lokali fil-ħolqien ta' paġni fil-Wikipedija u proġetti oħra ta' Wikimedia biex jiżdied l-għarfien reċiproku ta' xulxin u jitkattar l-għerf ħieles f'dawn ir-reġjuni.

Lista ta' artikli mill-pajjiżi u reġjuni immodifika

Il-lista ta' paġni mill-pajjiżi u r-reġjuni isservi ta' punt tat-tluq u orjentazzjoni għal ħolqien u titjib tal-paġni - anke jekk il-paġni kollha dwar pajjiżi fl-Ewropa Ċentrali u tal-Lvant (inkluż il-Kawkasja) jgħoddu fil-konkors. Il-biċċa l-kbira tal-paġni jinstabu fil-Wikipedia bl-Ingliż u spiss huwa faċli ferm li jiġu tradotti minn hemm.

Paġni dwar suġġetti marbuta direttament ma' Malta ma jgħoddux fil-punti li tista' tirbaħ f'dan il-konkors jekk int utent Malti/ja.

Għajnuna immodifika

L-Għan immodifika

L-għan ta' dan il-konkors huwa li jinħolqu u jittejbu paġni dwar pajjiżi mill-Ewropa Ċentrali u tal-Lvant. Għalkemm kull kontribut relevanti jiġi ġġudikat bħala parti mill-konkors, peress li hemm ħafna xi jsir f'dan il-qasam fuq il-Wikipedija bil-Malti, xogħol fuq paġni fil-lista tal-100 proposti jingħata punteġġ akbar, kif spjegat aktar l-isfel.

Żmien immodifika

Il-konkors jibda f'nofsillejl tal-21 ta' Marzu u jkompli sa nofsillejl tal-20 ta' Ġunju.

Iż-żmien ġie estiż minn dak oriġinarjament imħabbar biex ikopri l-istaġun kollu tar-rebbiegħa.

Regolamenti immodifika

1. Kulħadd jista' jieħu sehem fil-konkors, ħlief għall-organizzaturi lokali u internazzjonali. L-organizzaturi jistgħu jipparteċipaw bla ma jikkompetu.

2. Biex tikkompeti trid tirreġistra formalment. Biex tirreġistra għall-konkors ikteb ismek hawn taħt kif indikat fit-taqsima tal-Parteċipanti.

3. Uża l-Mudell -- huwa essenzjali li tuża l-Mudell {{CEE Spring 2022 | utent = ismek | pajjiż = Malta }} fuq il-paġna tad-diskussjoni ta' kull pagna li taħdem fuqha biex il-kontribuzzjoni tiegħek tkun tgħodd fil-konkors. Dan huwa l-unika mod biex l-organizzaturi jkunu jafu li qed tieħu sehem fil-konkors. Ara/uża ukoll il-mudelli ta' lingwi oħra jekk tagħżel li tikteb bihom apparti l-Malti.

Punteġġi immodifika

  • Għal kull artikolu li toħloq tieħu żewġ punti
  • Għal kull artikolu li toħloq mil-lista uffiċjali tieħu tliet punti oħra (ħames punti b'kollox)
  • Għal kull artikolu li ttejjeb tieħu punt
  • Għal kull artikolu li ttejjeb mil-lista uffiċjali tieħu erba' punti oħra (ħames punti b'kollox)

Paġni dwar suġġetti marbuta direttament ma' Malta ma jgħoddux fil-punti li tista' tirbaħ f'dan il-konkors jekk int utent Malti/ja.

Kull mistoqsija għandha titpoġġa fuq il-paġna tad-diskussjoni.

Premjijiet immodifika

Il-premijiet huma pprovduti minn Wikimedia Community Malta permezz ta' għotja mill-Wikimedia Foundation:

  • L-ewwel post: €100 token għal xiri ta' kotba minn Amazon jew pubblikaturi Maltin*
  • It-tieni post: €60 token għal xiri ta' kotba minn Amazon jew pubblikaturi Maltin*
  • It-tielet post: €40 token għal xiri ta' kotba minn Amazon jew pubblikaturi Maltin*

Parteċipanti immodifika

Daħħal ismek fit-tabella t'hawn taħt. Daħħal l-isem tal-paġna jew paġni li tkun ħdimt fit-tieni kolonna. Fit-tielet kolonna tista ddaħħal paġni li għadek qed taħdem fuqhom. Tista' ddaħħal ukoll il-punti għax-xogħol li tkun għamilt fl-aħħar kolonna; dawn jiġu vverifikati mill-organizzaturi fi tmiem il-konkors u rranġati jekk ikun hemm bżonn.

Jekk issib xi diffikulta bit-tabella ikkuntattja lil Toni Sant jew Nevborg li huma l-organizzaturi u jidhru f'din it-tabella mingħajr punti għax mhux eliġibbli biex jikkompetu.

Utent Paġna/pagni mibdija u/jew imtejba Xogħol għaddej Punti
Nevborg Zlata Filipović, Goran Bregović, Sofija Jovanović, Selma Rıza, Staka Skenderova Nikola Tesla xejn
ToniSant Rebbiegħa ta' Praga Beer Barrell Polka xejn
Trigcly Knisja ta' San Nikola tas-Saqaf, Knisja tal-Verġni Marija ta' Arakos, Ġonna ta' Hevsel, Knisja tal-injam ta' Hronsek, Kunvent ta' Spiš, Knisja tal-Paċi fi Świdnica, Levoča, il-Kastell ta' Spiš u l-monumenti kulturali assoċjati, Tserkva ta' Santa Marija, Owczary, Tserkva ta' Santa Marija Omm Alla, Chotyniec, Xogħlijiet ta' Jože Plečnik f'Ljubljana – Disinn Urban Iċċentrat fuq il-Bniedem, Suq Ċentrali ta' Ljubljana, Jože Plečnik, Għar ta' Karain, Delta tax-xmara Kızılırmak, Diga ta' Karakaya, Pont ta' Malabadi, Kastell ta' Spiš, Hryhorii Kvitka-Osnovianenko, Emma Andrijewska, Pavlo Lee, Maria Dobroniega ta' Kiev, Moskea l-Kbira u Sptar ta' Divriği, Palianytsia, TNMK, Pamukkale, Hattusha, Nemrut Dağı, Arslantepe, Vitaliy Kim, Valentyna Radzymovska, Park Nazzjonali Storiku ta' Göreme, Cumalıkızık, Çatalhöyük, Efesu, Safranbolu, Dikjarazzjoni tal-Indipendenza tal-Ukrajna, Teatru Akkademiku Reġjonali ta' Donetsk, Għoljiet ta' Donets, Muntanji tal-Krimea, Mikhail Ostrogradsky, Denys Shmyhal, Katidral ta' Santa Sofija (Kiev), Residenza tal-Metropolitani ta' Bukovina u tad-Dalmazja, Lviv, Lista ta' Siti ta' Wirt Dinji fl-Ukrajna, Chersonesus Tawrika, Lista ta' Siti ta' Wirt Dinji f'Ċipru, Trojja, Riżerva Naturali tal-Flora fil-Ġibs, Ġibjun ta' Kiev, Mina tal-Imħabba ta' Klevan, Letoon, Afrodisja, Pergamon, Ani, Graz, Anton Diabelli, Göbekli Tepe, Bucha, Lista ta' Siti ta' Wirt Dinji fit-Turkija, Irpin, Park Naturali Nazzjonali tal-Karpazji, Yuri Lysianskyi, Tempju ta' Asklepju ta' Epidaurus, Lista ta' Siti ta' Wirt Dinji fis-Slovenja, Għar tal-Irħam, Reġjun tal-Estrazzjoni tal-Minerali ta' Erzgebirge/Krušnohoří, Fortizza ta' Diyarbakır, Tiryns, Lista ta' Siti ta' Wirt Dinji fil-Polonja, Lista ta' Siti ta' Wirt Dinji taċ-Ċekja, Monumenti Storiċi f'Novgorod u fl-Inħawi, Lavra tat-Trinità ta' San Serġjo, Lista ta' Siti ta' Wirt Dinji fl-Estonja, Lista ta' Siti ta' Wirt Dinji fil-Latvja, Tallinn, Riga, Vilnius, Toroq tal-Ħarir: in-Network ta' Rotot tal-Kuritur ta' Chang'an-Tianshan, Lista ta' Siti ta' Wirt Dinji fil-Każakistan, Ziba Ganiyeva, Júlia Sigmond, Riżerva Naturali ta' Bashkiriya, Salzburg, Vjenna, Beatriz Carrillo, Julia Malinova, Lista ta' Siti ta' Wirt Dinji fl-Awstrija, Alatyr, Fruntieri Rumani tad-Danubju, Manhush, Pont ta' Mehmed Paša Sokolović, Lista ta' Siti ta' Wirt Dinji fil-Bożnija-Ħerzegovina, Żona Protetta ta' Pliva, Janj u r-Riżerva ta' Janjske Otoke, Lista ta' Siti ta' Wirt Dinji fil-Litwanja, Lista ta' Siti ta' Wirt Dinji fil-Maċedonja ta' Fuq, Lista ta' Siti ta' Wirt Dinji fil-Kroazja, Bażilika ta' San Eġidju, Alenush Terian, Lista ta' Siti ta' Wirt Dinji fil-Montenegro, Hagia Sophia, Kauksi Ülle, Mużew ta' Trojja, Róža Domašcyna, Anna Sychravová, Tetiana Ostashchenko, Nataliya Kobrynska, Draginja Vuksanović-Stanković, Gjirokastër, Butrint xejn 369
Scutajar Phoebus Delivorias, Margarita Xhepa, Adrian Croitoru, Sunčana Škrinjarić

Rebbieħa immodifika

  • L-ewwel post - €100: jitħabbar wara tmiem il-konkors
  • It-tieni post - €60: jitħabbar wara tmiem il-konkors
  • It-tielet post - €50: jitħabbar wara tmiem il-konkors
  • Premju ta' solidarjetà - €40: jitħabbar wara tmiem il-konkors

Il-premjijiet jistgħu jiġu rduppjati fl-ammont jekk jitħaddmu ma' pubblikaturi tal-kotba Maltin (Kite Group, Midsea Books, u Merlin Publishers) skont l-għażla tar-rebbieħa.