Vito Volterra

matematiku u fiżiku Taljan (1860-1940)

Il-Professur Vito Volterra KBE FRS(For) HFRSE[1] ([ˈviːto volˈtɛrra]; twieled fit-3 ta’ Mejju 1860 – miet fil-11 ta’ Ottubru 1940) kien matematiku u fiżiku Taljan, u huwa magħruf għall-kontributi tiegħu fil-bijoloġija matematika u fl-ekwazzjonijiet integrali[2][3], kif ukoll wieħed mill-fundaturi tal-analiżi funzjonali.[4]

Vito Volterra
Senatur tar-Renju tal-Italja

Ħajja
Twelid Ancona, 3 Mejju 1860
Nazzjonalità Renju tal-Italja
Mewt Ruma, 11 Ottubru 1940
Post tad-dfin Ċimiterju ta’ Ariccia
Familja
Ulied
uri
Edukazzjoni
Alma mater Scuola Normale Superiore (en) Translate
Università ta’ Pisa
Livell tal-edukazzjoni PhD fil-filosofija
Teżi Sopra alcuni problemi di idrodinamica
Direttur tat-teżi Enrico Betti
Studenti dottorali Paul Pierre Lévy (en) Translate
Robert Mazet (en) Translate
Joseph Pérès (en) Translate
Cornelia Fabri (en) Translate
Robert Mazet (en) Translate
Lingwi Taljan
Għalliema Ulisse Dini (en) Translate
Studenti
Okkupazzjoni
Okkupazzjoni matematiku
fiżiku
għalliem fl-università
politiku
Impjegaturi Università ta’ Pisa  (1882 -  1893)
Università ta’ Torino  (1893 -  1900)
La Sapienza  (1900 -  1931)
Xogħlijiet importanti Lotka–Volterra equations (en) Translate
Smith–Volterra–Cantor set (en) Translate
Volterra integral equation (en) Translate
Volterra series (en) Translate
Volterra operator (en) Translate
Volterra space (en) Translate
Volterra's function (en) Translate
Premjijiet
Sħubija Soċjetà Rjali
Accademia dei Lincei
Akkademja tax-Xjenzi tal-URSS
Akkademja tax-Xjenzi ta' San Pietruburgu
Akkademja Rjali Żvediża tax-Xjenzi
Akkademja Papali tax-Xjenzi
Akkademja Ungeriża tax-Xjenzi
Akkademja Russa tax-Xjenzi
Akkademja Ġermaniża tax-Xjenzi Leopoldina
Accademia Nazionale delle Scienze detta dei XL
Soċjetà Rjali ta' Edinburgu
Akkademja Nazzjonali tax-Xjenzi
Akkademja tax-Xjenzi ta’ Torino
Servizz militari
Iġġieldu L-Ewwel Gwerra Dinjija

Bijografija immodifika

Vito Volterra twieled f’Ancona, li dak iż-żmien kienet parti mill-Istati Papali, f’familja fqira ħafna ta’ Lhud. Missieru kien Abramo Volterra u ommu kienet Angelica Almagia.[5]

Volterra wera minn età żgħira li kien promettenti fil-matematika sew qabel ma attenda l-Università ta’ Pisa, fejn ġie influwenzat minn Enrico Betti, u fejn sar professur tal-mekkanika razzjonali fl-1883. Minnufih beda jaħdem biex jiżviluppa t-teorija tiegħu tal-analiżi funzjonali li wasslet għall-interess tiegħu u għall-kontributi tiegħu iktar ’il quddiem fir-rigward tal-ekwazzjonijiet integrali u integro-differenzjali. Ix-xogħol tiegħu huwa miġbur fil-qosor fil-ktieb tiegħu Theory of functionals and of Integral and Integro-Differential Equations (1930).

Fl-1892, huwa sar professur tal-mekkanika fl-Università ta’ Torino u mbagħad fl-1900 sar professur tal-fiżika matematika fl-Università ta’ Ruma La Sapienza. Volterra kiber matul l-aħħar stadji tar-Risorgimento meta l-Istati Papali ġew finalment annessi mal-Italja, u bħall-mentor tiegħu Betti, huwa kien patrijott entużjast, tant li r-re Vittorio Emanuele III għamlu senatur għar-Renju tal-Italja fl-1905. Fl-istess sena, huwa beda jiżviluppa t-teorija tal-iżlogaturi fil-kristalli li iktar ’il quddiem kienet importanti fil-fehim tal-imġiba tal-materjali duttili.

Meta faqqgħet l-Ewwel Gwerra Dinjija, Volterra diġà kellu iktar minn 50 sena, u ssieħeb mal-Armata Taljana u ħadem fuq l-iżvilupp tal-iġfna tal-ajru taħt Giulio Douhet. Huwa ħareġ bl-idea li jintuża l-elju inerti minflok l-idroġenu fjammabbli u uża l-kapaċitajiet tiegħu fir-rwoli ta’ tmexxija biex jorganizza l-manifattura tal-elju inerti.

Wara l-Ewwel Gwerra Dinjija, Volterra xeħet l-attenzjoni tiegħu fuq l-applikazzjoni tal-ideat matematiċi tiegħu fil-bijoloġija, prinċipalment billi tenna u żviluppa x-xogħol ta’ Pierre François Verhulst. Eżitu ta’ dan il-perjodu huma l-ekwazzjonijiet ta’ Lotka-Volterra.

Volterra huwa l-unika persuna li kienet kelliem fil-plenarja tal-Kungress Internazzjonali tal-Matematiċi erba’ darbiet (fl-1900, fl-1908, fl-1920 u fl-1928).[6][7][8][9]

Fl-1922, huwa ssieħeb mal-oppożizzjoni kontra r-reġim Faxxista ta’ Benito Mussolini u fl-1931 kien wieħed minn 12-il professuri biss (minn 1,250 professur) li rrifjutaw li jieħdu l-ġurament obbligatorju ta’ lealtà. Il-filosofija politika tiegħu toħroġ fid-dieher minn kartolina li bagħat fis-snin 30 tas-seklu 20, fejn kiteb dak li jista’ jitqies bħala epitaffju għall-Italja ta’ Mussolini: “l-Imperi jiġu u jmorru, iżda t-teoremi ta’ Ewklidi jibqgħu għal dejjem”. Madankollu, Volterra ma kienx radikali; x’aktarx li kien ikun imwaħħax bl-istess mod li kieku l-oppożizzjoni tax-Xellug kontra Mussolini kellhom jiksbu l-poter, peress li hu kien irjalist u nazzjonalist għal ħajtu kollha. Bħala riżultat tar-rifjut tiegħu li jiffirma l-ġurament ta’ lealtà għall-gvern Faxxista ġie mġiegħel jirreżenja mill-kariga universitarja tiegħu u mis-sħubija tiegħu fl-akkademji xjentifiċi. Barra minn hekk, matul is-snin ta’ wara, huwa għex l-iktar ’il barra mill-pajjiż, u reġa’ lura Ruma ftit qabel mewtu.

Fl-1936, ġie maħtur bħala membru tal-Akkademja Papali tax-Xjenzi, fuq l-inizjattiva tal-fundatur Agostino Gemelli.

Vito Volterra miet f’Ruma fil-11 ta’ Ottubru 1940 u ġie midfun fiċ-Ċimiterju ta’ Ariccia. L-Akkademja organizzat il-funeral tiegħu.

Familja immodifika

Fis-sena 1900 Volterra żżewweġ lil Virginia Almagia, li kienet kuġina tiegħu.[10] It-tifel tagħhom Edoardo Volterra (1904-1984) kien storiku famuż tad-dritt Ruman.[11]

Volterra kellu wkoll tifla, Luisa Volterra, li żżewġet lil Umberto d'Ancona. D'Ancona qanqal l-interess ta’ Volterra fil-bijomatematika meta wrieh sett ta’ data rigward popolazzjonijiet ta’ ħut differenti fil-Baħar Adrijatiku, fejn it-tnaqqis fl-attività tas-sajd minħabba l-gwerra kien wassal għal żieda fil-popolazzjonijiet tal-ispeċijiet tal-ħut predaturi. Vito Volterra ppubblika analiżi tad-dinamika tal-interazzjoni tal-ispeċijiet ta’ ħut is-sena.

Selezzjoni tal-kitbiet ta’ Volterra immodifika

  • 1910. Leçons sur les fonctions de lignes. Pariġi: Gauthier-Villars.
  • 1912. The theory of permutable functions. Princeton University Press.
  • 1913. Leçons sur les équations intégrales et les équations intégro-différentielles. Pariġi: Gauthier-Villars.
  • 1926, "Variazioni e fluttuazioni del numero d'individui in specie animali conviventi," Mem. R. Accad. Naz. dei Lincei 2: 31–113.
  • 1926, "Fluctuations in the abundance of a species considered mathematically," Nature 118: 558–60.
  • 1960. Sur les Distorsions des corps élastiques (with Enrico Volterra). Pariġi: Gauthier-Villars.
  • 1930. Theory of functionals and of integral and integro-differential equations. Blackie & Son.
  • 1931. Leçons sur la théorie mathématique de la lutte pour la vie. Pariġi: Gauthier-Villars. Mitbugħ mill-ġdid fl-1990, Gabay, J., ed.
  • 1954-1962. Opere matematiche. Memorie e note. Vol. 1, 1954; Vol. 2, 1956; Vol. 3, 1957; Vol. 4, 1960; Vol. 5, 1962; Accademia dei Lincei.[12]

Referenzi immodifika

  1. ^ Whittaker, E. T. (1941). "Vito Volterra. 1860-1940". Obituary Notices of Fellows of the Royal Society. 3 (10): 690–729.
  2. ^ "Vito Volterra - Biography". Maths History (bl-Ingliż). Miġbur 2021-05-03.
  3. ^ "Vito Volterra at the Mathematics Genealogy Project".
  4. ^ Accardi, Luigi (1992), "Vito Volterra and the development of functional analysis", in Amaldi, E.; Amerio, L.; Fichera, G.; Gregory, T.; Grioli, G.; Martinelli, E.; Montalenti, G.; Pignedoli, A.; Salvini, Giorgio; Scorza Dragoni, Giuseppe (eds.), Convegno internazionale in memoria di Vito Volterra (8–11 ottobre 1990) [International congress in memory of Vito Volterra (October 8–11, 1990)], Atti dei Convegni Lincei, 92, Roma: Accademia Nazionale dei Lincei, pp. 151–181, ISSN 0391-805X.
  5. ^ Biographical Index of Former Fellows of the Royal Society of Edinburgh 1783–2002. The Royal Society of Edinburgh. July 2006. ISBN 0-902-198-84-X.
  6. ^ "Betti, Brioschi, Casorati, trois analystes italiens et trois manières d'envisager les questions d'analyse par Vito Volterra". Compte rendu du deuxième Congrès international des mathématiciens tenu à Paris du 6 au 12 Aout 1900. Tome 2. 1902. pp. 43–57.
  7. ^ Volterra, Vito. "Le matematiche in Italia nella seconda metà del secolo XIX." In Atti del IV Congresso Internazionale dei Matematici (Roma 1908), vol. 1, pp. 55-65. 1909.
  8. ^ "Sur l'enseignement de la physique mathématique et de quelques points d'analyse par Vito Volterra" (PDF). Compte rendu du Congrès international des mathématiciens tenu à Strasbourg du 22 au 30 Septembre 1920. 1921. pp. 81–97.
  9. ^ Volterra, Vito. "La teoria dei funzionali applicata ai fenomeni ereditari." Atti Congr. intern. dei Mat. a Bologna, vol. 1 (1928), pp. 215–232.
  10. ^ Biographical Index of Former Fellows of the Royal Society of Edinburgh 1783–2002 (PDF). The Royal Society of Edinburgh. July 2006. ISBN 0-902-198-84-X.
  11. ^ Sturm, Fritz (1987). "Edoardo Volterra (1904–1984)". Zeitschrift der Savigny-Stiftung für Rechtsgeschichte: Romanistische Abteilung (in German). 104 (1): 918‐926.
  12. ^ Weinstein, A. (1964). "Review: Opere matematiche, by Vito Volterra". Bulletin of the American Mathematical Society. 70 (3): 335–337.