Tim nazzjonali tal-futbol tal-Awstralja

It-tim nazzjonali tal-futbol tal-Awstralja huwa rrappreżentant mill-Awstralja fil-kompetizzjonijiet internazzjonali tal-futbol. It-tim huwa mlaqqam bħala "Socceroos". It-tim huwa kontrollat mill-federazzjoni Awstraljana tal-futbol (FFA), li hija membru tal-Konfederazzjoni Ażjatika tal-Futbol (AFC), u mill-2006 hija membru (invitat) tal-ASEAN Football Federation (AFF).

Awstralja
Assoċjazzjoni Football Federation Australia
Konfederazzjoni AFC (Asja)
Kowċ Netherlands Pim Verbeek
Kaptan Lucas Neill
Kodiċi tal-FIFA AUS
L-ewwel kulur
It-tieni kulur

Qabel ma' fl-2006 issieħbet mal-konfederazzjoni tal-Asja, l-Awstralja kienet tifforma parti miż-Żona Oċeanika.

Storja immodifika

It-tim nazzjonali Awstraljan lagħab l-ewwel logħbiet tiegħu waqt żjara fi New Zealand fl-1992, fejn waqt dawn il-partiti l-Awstralja kisbet żewġ telfiet u pari. Fil-25 sena li segwew l-Awstralja, New Zealand, iċ-Ċina u l-Afrika t'Isfel kienu figuri regulari f'dawn il-logħbiet ta' ħbiberija. Il-fatt li l-prezz tal-vjaġġ bl-ajru kien naqas, l-Awstralja setgħet tilgħab iktar logħbiet, minkejja li l-pożizzjoni ġeografika tagħha baqa' xorta jkun ta' detriment għal żmien twil.

L-ewwel tentattivi għat-Tazza tad-Dinja immodifika

Il-pajjiż irnexxielu jikkwalifika għall-ewwel darba għat-Tazza tad-Dinja, bl-edizzjoni partikulari tkun dik tal-1974. It-triq lejn it-Tazza tad-Dinja bdiet b'serje ta' partiti ġewwa u barra minn darhom kontra l-Iraq, New Zealand u l-Indoneżja. Is-Socceroos, wara li rebħu dan il-grupp, rebħu logħba ta' spareġġ kontra waħda mill-ikbar rivali tat-tim, l-Iran, fejn irnexxielhom iżomm il-vantaġġ tal-iskor aggregat fit-tieni leg quddiem 120,000 partitarju Iranjan.[1] Il-Korea t'Isfel, li fl-istess fażi kienet għadha kif eliminat lill-Iżrael, kien l-avversarju final tal-Awstralja. Biż-żewġ konfronti jispiċċaw f'pari, partita deċisiva ġiet ippjanata ġewwa Ħong Kong. L-Awstralja rebħu l-logħba, b'gowl uniku minn frikik ta' Jimmy Mackay.

It-tim irnexxielu jaqta' figura tajba, u minkejja li kellu jsib quddiem wiċċu timijiet professjonali mill-pajjiżi ospiti tal-Ġermanja tal-Punent u l-Lvant, is-Socceroos, immexxija mill-kaptan dilettant Peter Wilson, kiseb pari ta' mingħajr gowls kontra ċ-Ċili. Din kellha tkun l-aħħar dehra fit-Tazza tad-Dinja għat-tim Awstraljan sakemm dan it-turnew reġa' rritorna lura lejn il-Ġermanja iktar minn tliet deċennji wara. Matul dawn it-32 sena, it-tim Awstralja resaq ħafna viċin imma falla fit-tragrawd finali.

Qabel din, huma tilfu l-partiti ta' spareġġ tal-1966 (kontra l-Korea ta' Fuq), fl-1970 (kontra l-Iżrael), fl-1986 (kontra l-Iskozja) u fl-1994 (kontra l-Arġentina).

Kwalifikazzjoni għat-Tazza tad-Dinja 1994 immodifika

It-triq li l-Awstralja kellha tgħaddi għat-Tazza tad-Dinja 1994 kien eżempju ċar tal-passaġġ diffikultuż għal timijiet mill-konfederazzjoni Oċeanika sabiex jikkwalifikaw għal dan il-kampjonat internazzjonali. L-Awstralja bdiet bir-rebħ ta' Grupp 1 tal-Oċeanja fejn ma sofriet l-ebda telfa f'erba' logħbiet. Fl-ewwel partita ta' spareġġ kontra New Zealand, l-Awstraljani rebħu 1–0 barra minn darhom, u 3–0 ġewwa darhom biex għaddew għar-rawnd suċċessiv bl-iskor ta' 4–0. Bir-rebħa tal-play-off tal-Oċeanja, kien imiss il-logħba ta' spareġġ mat-tieni klassifikat fil-kwalifikazzjoni tal-CONCACAF, il-Kanada. B'rebħiet identiċi ta' 2–1 għaż-żewġ timijiet fiż-żewġ legs, wassal biex il-konfront jittawwal għall-ħin supplementari. L-Awstraljani ħarġu finalment rebbieħa 4–1 wara l-għoti tal-penalties. L-aħħar rawnd kien jinvolvi logħba ta' spareġġ mat-tim li spiċċa t-tieni fi Grupp 1 tal-Amerika t'Isfel, l-Arġentina. L-ewwel leg ġewwa Sydney spiċċa 1–1, waqt li t-tim Awstraljan ra l-ħolma tiegħu tispiċċa b'telfa ta' 1–0 ġewwa l-Arġentina. Wara l-logħba, il-leġġenda Arġentina Diego Maradona kien tant impressjonat bis-Socceroos li stqarr lill-kaptan tat-tim Paul Wade, "It-tilfiq tiegħek ta' dwejjaq, għad xi darba jkunu biki ta' ferħ".

Kwalifikazzjoni għat-Tazza tad-Dinja 1998 immodifika

Fl-1997, l-Awstralja falliet li tikkwalifika għall-fażi finali tat-Tazza tad-Dinja 1998 minkejja li ma tilfu l-ebda partita fir-rawnds ta' kwalifika. Wara li rebħu t-turnew tal-OFC, l-Awstralja kellhom jilgħabu mal-Iran sabiex jassiguraw post għat-Tazza tad-Dinja fi Franza. L-Awstralja, taħt il-kowċ Terry Venables, kisbu pari ta' 1–1 barra minn darhom, u dehru fi triqithom lejn il-finali meta ħadu vantaġġ ġewwa Melbourne bl-iskor ta' 2–0, sakemm l-Iran irnexxielhom jiskorjaw żewġ gowls tard fil-partita u ggwadanjaw post fil-finali grazzi għar-regola tal-gowls barra mid-dar. Din kienet deskritta bħala waħda mill-iktar partiti memorabbli minn fost ħafna plejers Awstraljani u Iranjani.

Kwalifikazzjoni għat-Tazza tad-Dinja 2002 immodifika

Fl-2001, għal darb'oħra l-Awstralja rebħet it-turnew ta' kwalifika taż-Żona Oċeanika għat-Tazza tad-Dinja 2002, bi prestazzjonijiet li kienu jinkludi rebħiet konvinċenti ta' 22–0 kontra t-Tonga, u rekord mondjali ta' 31–0 jumejn wara kontra s-Samoa Amerikana. Mingħajr pedini importanti bħal Harry Kewell u Mark Viduka, l-Awstralja xorta waħda għelbu lil New Zealand, li kienet l-unika avversarja li setgħet thedded l-ambizzjonijiet tagħhom. L-Awstralja kellha taffronta għal darb'oħra logħba ta' spareġġ ibbażata fuq żewġ legs kontra t-tim Sud-Amerikan tal-Urugwaj. Fl-ewwel leg f'Melbourne, rat lill-Malti-Awstraljan Kevin Muscat jagħti rebħa ta' 1–0, però barra minn darhom sofrew telfa ta' 3–0.

Barra mill-kwalifikazzjoni għat-Tazza tad-Dinja immodifika

Minkejja r-riżultati ħżiena fil-fażi ta' kwalifikazzjoni għat-Tazza tad-Dinja, l-Awstralja rnexxielha li permezz tal-logħbiet ta' ħbiberija u f'kompetizzjonijiet oħra tikseb riżultati sodisfaċenti kontra timijiet kbar Ewropej u Sud-Amerikani b'rebħiet fit-Tazza tal-Konfederazzjonijiet 2001 kontra Franza u l-Brażil. L-Awstralja kisbet pari ta' 1–1 kontra Franza f'Melbourne f'Novembru tal-2001, waqt li fl-2003 reħbet 3–1 f'Londra kontra l-Ingilterra.

Parteċipazzjoni fit-Tazza tad-Dinja 2006 immodifika

Fl-2004, it-tim għamel l-ewwel passi lejn il-kwalifikazzjoni għat-Tazza tad-Dinja 2006 li kienet se tiżvolġi ġewwa l-Ġermanja. Il-pari ta' 2–2 kontra l-Gżejjer Solomon tawha l-ewwel post fil-grupp Oċeaniku quddiem New Zealand.

 
L-Awstralja f'konfront mal-Ġermanja fit-Tazza tal-Konfederazzjonijiet 2005

Il-kowċ tat-tim nazzjonali, Frank Farina, irriżenja nhar id-29 ta' Ġunju 2005 wara li naqas li jirbaħ logħba fit-Tazza tal-Konfederazzjonijiet 2005. Fit-22 ta' Lulju, il-federazzjoni Awstraljana ħabbret il-ħatra ta' Guus Hiddink bħala l-kowċ il-ġdid, li kkombina x-xogħol ma' PSV Eindhoven ma' dak tat-tim Awstraljan. It-tim Awstraljan għeleb bl-iskor komplessiv ta' 11–1 lit-tim tal-Gżejjer Solomon fil-finali tal-fażi ta' kwalifikazzjoni tal-OFC. F'Ottubru 2005, l-Awstralja għelbet lill-Ġamajka 5–0 f'logħba ta' ħbiberija f'Londra, b'din ir-rebħa tkun l-ikbar waħda tas-Socceroos kontra tim klassifikat aħjar minnha fil-klassifika mondjali tal-FIFA.

L-Awstralja reġgħet affrontat lill-Urugwaj fl-ispareġġ għall-aħħar post disponibbli fit-Tazza tad-Dinja. Ġewwa Montevideo, l-Urugwaj rebħu lill-Awstralja 1–0, grazzi għal gowl bir-ras ta' Dario Rodriguez. Minkejja l-possessjoni kbira li gawdew l-Awstralja, huma ma ħadux vantaġġ tal-okkażjonijiet li ġew f'saqajhom. Ġewwa Sydney, nhar is-16 ta' Novembru, quddiem 83,000 partitarju ġewwa t-Telstra Stadium u madwar 3.4 miljun telespattur televiż, l-Awstralja temmew id-90 minuta 1–0 minn fuq b'gowl ta' Mark Bresciano fl-ewwel taqsima. Il-ħin barrani ma provda l-ebda gowl, u fl-għoti tal-penalties kienu l-Awstraljani li ħarġu rebbieħa 4–2, biex l-Awstralja sar l-ewwel tim li kkwalifika għat-Tazza tad-Dinja grazzi għal-lotterija tal-penalties. Din ir-rebħa ntlaqgħet minn ferħ u ċelebrazzjoni kbira fil-pajjiż, bis-Socceroos jimmarkaw ir-ritorn fit-Tazza tad-Dinja wara assenza ta' 32 sena.

 
L-Awstralja fit-tieni leg tal-play-off kontra l-Urugwaj; il-partita tinsab fit-tieni taqsima tal-ħin barrani.

L-Awstralja daħlet fit-Tazza tad-Dinja bħala t-tieni l-inqas klassifikat fil-klassifika tal-FIFA. Il-preparazzjoni għat-Tazza tad-Dinja 2006 kienet tinkludi logħbiet ta' ħbiberija kontra l-Kroazja, il-Greċja u l-Olanda. Kienu ħafna fatturi li wasslu lit-tim jgħolli l-livelli tiegħu: it-tattika u l-esperjenza kbira tal-kowċ Guus Hiddink, il-preparazzjoni fiżika u mentali eċċellenti.

Sħubija mal-Konfederazzjoni Ażjatika (AFC) immodifika

Ħafna kummentaturi u partitarji ħassew li l-uniku mod li biha l-Awstralja setgħet titjieb b'mod kwalitattiv kien li jirtiraw mill-Konfederazzjoni Oċeanika. Il-futbol, fl-Awstralja, kiber u dan tefa' pressjoni fuq partiti iktar kompetittivi milli sempliċement logħbiet ta' ħbiberija.

Minkejja ħafna tentattivi fil-passat biex dan iseħħ, dawn ma kellhomx it-tmiem mixtieq, sakemm ħareġ l-għajdut li f'Marzu tal-2005 il-FIFA daħlet f'diskussjonijiet serji mal-AFC fuq din l-affari, waqt li fit-23 ta' Marzu, il-Kumitat Eżekuttiv tal-AFC ħa deċiżjoni li jistieden lill-Awstralja li tiġi mistiedna biex tingħaqad mal-AFC.

Il-President tal-AFC, Mohammed Bin Hammam, ta r-raġunijiet tiegħu wara din id-deċiżjoni.

 Barra li huwa pajjiż żviluppat fuq l-aspett ta' futbol, l-Awstralja ġġib magħha ekonomija żviluppata u din hi dak li rridu fil-futbol. Minbarra l-Ġappun, il-Korea, iċ-Ċina u l-Għarabja Sawdita, jekk l-Awstralja tingħaqad magħna, il-benefiċċji jkunu enormi. 

Fis-17 ta' April, il-kumitat eżekuttiv tal-OFC appoġġja t-trasferiment propost mill-Awstralja, li l-FIFA approvat fit-30 ta' Ġunju ta' wara, li daħlet fis-seħħ fl-1 ta' Jannar 2006. Fi Frar 2006, l-Awstralja ħadet sehem fil-kwalifiki għat-Tazza Ażjatika.

Tazza tad-Dinja 2010 immodifika

Fil-fażi tal-gruppi, l-Awstraljani ġew fi Grupp F flimkien maċ-ċampjins renjanti l-Brażil, il-Kroazja u l-Ġappun. L-Awstraljani assiguraw post fir-rawnd suċċessiv grazzi għal pari ta' 2–2 fl-aħħar logħba kontra l-Kroazja. Fir-rawnd ta' L-Aħħar Sittax, l-Awstraljani ġew eliminati mill-Italja, li rebħu 1–0 grazzi għal gowl fil-95 minuta minn penalty kontroversjali ta' Francesco Totti. Minkejja din l-eliminazzjoni, il-prestazzjoni tat-tim Oċeaniku kienet xorta sodisfaċenti, meta wieħed jikkonsidra li dawn kienu biss fit-tieni dehra f'fażi finali ta' din il-kompetizzjoni.

Hiddinik irnexxielu jwassal fl-Awstralja futbol veloċi, b'ħafna movimenti, u diversi elementi oħra. Kif kieni mistenni, wara t-Tazza tad-Dinja, Hiddink ma baqax aktar kowċ tal-Awstralja, fejn sar il-kowċ il-ġdid tar-Russja, u postu ħadu temporanjament Graham Arnold sakemm jintgħażel il-kowċ definittiv. Kien fis-6 ta' Diċembru 2007, li l-federazzjoni Awstraljana għażlet l-Olandiż Pim Verbeek bħala l-kowċ il-ġdid tat-tim nazzjonali.

F'Ġunju tal-2009, l-Awstraljani assiguraw post fit-Tazza tad-Dinja 2010. Fl-edizzjoni 2010 tat-Tazza tad-Dinja, li qed issir fl-Afrika t'Isfel, l-Awstraljani ġew fi Grupp D magħmul mill-Ġermanja, is-Serbja u l-Gana.

Storja tal-kompetizzjonijiet immodifika

Tazza tad-Dinja immodifika

  • 1930Ma daħlitx
  • 1934Ma daħlitx
  • 1938Ma daħlitx
  • 1950Ma daħlitx
  • 1954Ma daħlitx
  • 1958Ma daħlitx
  • 1962Ma daħlitx
  • 1966Ma kkwalifikatx
  • 1970Ma kkwalifikatx
  • 1974 – L-Ewwel Rawnd
  • 1978Ma kkwalifikatx
  • 1982Ma kkwalifikatx
  • 1986Ma kkwalifikatx
  • 1990Ma kkwalifikatx
  • 1994Ma kkwalifikatx
  • 1998Ma kkwalifikatx
  • 2002Ma kkwalifikatx
  • 2006L-Aħħar Sittax
  • 2010 – L-Ewwel Rawnd

Tazza tal-Konfederazzjonijiet immodifika

  • 1992Ma kkwalifikatx
  • 1995Ma kkwalifikatx
  • 1997Finalista telliefa
  • 1999Ma kkwalifikatx
  • 2001 – It-tielet post
  • 2003Ma kkwalifikatx
  • 2005 – L-Ewwel Rawnd
  • 2009Ma kkwalifikatx

Tazza tan-Nazzjonijiet Oċeanika immodifika

  • 1973Ma daħlitx
  • 1980Rebbieħa
  • 1996Rebbieħa
  • 1998 – Finalista telliefa
  • 2000Rebbieħa
  • 2002 – Finalista telliefa
  • 2004Rebbieħa

Tazza Ażjatika immodifika

  • 2007Kwarti tal-finali
  • 2011 – Ikkwalifikat

Plejers immodifika

Skwadra kurrenti immodifika

Nru. Poż. Plejer Data tat-twelid (età) Preżenzi Gowls Klabb
1 1G Mark Schwarzer 6 ta' Ottubru 1972 (1972-10-06) (51 sena) 76 0   Fulham
12 1G Adam Federici 31 ta' Jannar 1985 (1985-01-31) (39 sena) 1 0   Reading
18 1G Eugene Galekovic 12 ta' Ġunju 1981 (1981-06-12) (42 sena) 1 0   Adelaide United
2 2D Lucas Neill 9 ta' Marzu 1978 (1978-03-09) (46 sena) 57 0   Galatasaray
3 2D Craig Moore 12 ta' Diċembru 1975 (1975-12-12) (48 sena) 51 3 Mingħajr klabb
6 2D Michael Beauchamp 8 ta' Marzu 1981 (1981-03-08) (43 sena) 21 1   Melbourne Heart
8 2D Luke Wilkshire 1 ta' Ottubru 1981 (1981-10-01) (42 sena) 43 2   Dynamo Moscow
11 2D Scott Chipperfield 30 ta' Diċembru 1975 (1975-12-30) (48 sena) 66 12   FC Basel
20 2D Mark Milligan 4 ta' Awwissu 1985 (1985-08-04) (38 sena) 10 1   JEF United
21 2D Luke Wilkshire 3 ta' Novembru 1983 (1983-11-03) (40 sena) 25 3   Twente
4 3M Tim Cahill 6 ta' Diċembru 1979 (1979-12-06) (44 sena) 41 20   Everton
5 3M Jason Čulina 5 ta' Awwissu 1980 (1980-08-05) (43 sena) 50 1   Gold Coast United
7 3M Brett Emerton 22 ta' Frar 1979 (1979-02-22) (45 sena) 73 17   Blackburn Rovers
13 3M Vince Grella 5 ta' Ottubru 1979 (1979-10-05) (44 sena) 46 0   Blackburn Rovers
14 3M Brett Holman 27 ta' Marzu 1984 (1984-03-27) (40 sena) 32 2   AZ Alkmaar
15 3M Mile Jedinak 3 ta' Awwissu 1984 (1984-08-03) (39 sena) 12 0   Gençlerbirliği
16 3M Carl Valeri 14 ta' Awwissu 1984 (1984-08-14) (39 sena) 23 0   US Sassuolo
22 3M Dario Vidošić 12 ta' April 1987 (1987-04-12) (36 sena) 7 1   FC Nuremberg
23 3M Mark Bresciano 11 ta' Frar 1980 (1980-02-11) (44 sena) 55 11   US Palermo
9 4A Joshua Kennedy 20 ta' Awwissu 1982 (1982-08-20) (41 sena) 19 7   Nagoya Grampus
10 4A Harry Kewell 11 ta' Frar 1980 (1980-02-11) (44 sena) 45 13   Galatasaray
17 4A Nikita Rukavytsya 22 ta' Ġunju 1987 (1987-06-22) (36 sena) 4 0   FC Twente
23 4A Richard García 4 ta' Settembru 1981 (1981-09-04) (42 sena) 9 0   Hull City

Rekords immodifika

L-iktar preżenzi immodifika

# Isem Perjodu Preżenzi Gowls
1 Alex Tobin 1988–1998 87 2
2 Paul Wade 1986–1996 84 10
3 Tony Vidmar 1991–2006 76 3
Mark Schwarzer 1993– 76 0
5 Brett Emerton 1998– 73 16
6 Scott Chipperfield 1998– 66 12
7 Peter Wilson 1970–1979 64 3
8 Attila Abonyi 1967–1977 61 25
9 John Kosmina 1976–1988 60 25
Stan Lazaridis 1993–2006 60 0
11 Milan Ivanović 1991–1998 59 0

L-iktar gowls immodifika

# Isem Perjodu Preżenzi Gowls Medja
1 Damian Mori 1992–2002 45 29 0.64
2 John Aloisi 1997–2008 55 27 0.49
3 John Kosmina 1976–1988 60 25 0.42
Attila Abonyi 1967–1977 61 25 0.41
5 Archie Thompson 2001– 33 21 0.64
6 David Zdrilic 1997–2005 30 20 0.67
Tim Cahill 2004– 41 20 0.49
8 Graham Arnold 1985–1997 56 19 0.34
9 Ray Baartz 1967–1974 48 18 0.38
10 Gary Cole 1978–1982 19 17 0.89
Aurelio Vidmar 1991–2001 44 17 0.39
Brett Emerton 1998– 73 17 0.23

Referenzi immodifika

  1. ^ "The Socceroos World Cup Qualification" (bl-Ingliż).

Ħoloq esterni immodifika