Tibdil fil-Lingwa

Tibdil fil-Lingwa wkoll magħruf bħala Drift (tkarkir, xejra, xeħta), fil-lingwistika jirreferi għat-tibdil, jew tendenza ta' tibdil bil-mod f'lingwa jew djalett, li eventwalment jwassal għall tibdil ta' l-istruttura. Għalkemm, dan it-tibdil jidher, li jsir b'mod każwali, ħafna drabi jiġbed f'ċerta direzzjoni. Eżempju ta' dan il-proċess huwa spostament tal-vokali (vowel shift). L-iżvilupp fl-użu tal-kliem ukoll juri ċerta direzzjoni fit-tifsir tal-kliem li jingħataw tifsira iktar dejqa jew tifsira iktar wiesgħa.