Simurq PFC (Simurq Peşəkar Futbol Klubu) hu klabb tal-futbol mill-Ażerbajġan li huwa bbażat ġewwa Zaqatala, li attwalment jilgħabu fil-Premier League Ażerbajġan, l-ogħla diviżjoni tal-futbol fl-Ażerbajġan.

Simurq PFC
Isem sħiħ Simurq Peşəkar Futbol Klubu
Ismijiet oħra Simurqlar
Qafqaz Əfsanəsi (Il-Leġġenda ta Kawkasu)
Fundazzjoni 2005
Xoljiment 2015
Grawnd Stadju Zaqatala City, Zaqatala
President Ażerbajġan Anar Bakirov
Kowċ Ġeorġja Giorgi Chikhradze
Kampjonat Premier League
L-ewwel
It-tieni
Sit uffiċjali

Storja immodifika

Oriġini u s-snin bikrija (2005–2009) immodifika

Il-klabb kien fondat fl-2005 u pparteċipa fl-Ewwel Diviżjoni Ażerbajġana. L-ewwel staġun tal-klabb kien ta' suċċess kbir, u fl-istaġun 2006-07, il-klabb kienet qed jipparteċipa fil-Premier League Ażerbajġan.[1] Wara l-istaġun tad-debutt fil-Premier League Ażerbajġan, Simurq PFK spiċċaw id-9 post minn 14-il klabb.

Ir-rivista Ażerbajġana Football+ irrikonoxxu lil-Simurq PFC bħala s-Sorpriża tas-Sena tal-istaġun 2006-07 ibbażat fuq ir-riżultati ta' votazzjoni. Fl-istaġun 2007-08 għamel pass ieħor 'il quddiem, u spiċċaw is-7 post fl-istaġun. Il-klabb kiseb it-tielet post fil-Premier League Ażerbajġan 2008-09, billi għamel l-aħjar indikatur tat-tim fl-istorja tiegħu.

Snin reċenti (2009 – preżent) immodifika

Fl-2009, id-debutt tal-klabb fil-kompetizzjonijiet Ewropej ma tantx kienu ta' suċċess kif kienu eliminati fl-ewwel fażi tal-kwalifikazzjoni minn Bnei Yehuda fl-UEFA Europa League.[2][3] Fl-istaġun 2009-10 għall-klabb ma kienx ta 'suċċess, anki jekk it-tim kellu bidu tajjeb qabel il-waqfa tax-xitwa. Wara x-xitwa, klabb kiseb it-8 post fil-klassifika, filwaqt li l-kowċ Roman Pokora ġie miċħud wara sensiela ta' riżultati ħżiena.

F'Ġunju 2010, id-direttur eżekuttiv tal-klabb, l-eks kowċ tat-Tim nazzjonali tal-Ażerbajġan Gjoko Hadžievski sar kowċ ġdid tal-klabb. Madankollu, minħabba problemi finanzjarji Simurq ma setgħux jiffirmaw plejers kbar lokali u barranin u l-istaff tal-kowċing kienu sfurzati biex jużaw plejers anqas esperjenzati u mis-sistema taż-żgħażagħ. L-istaġun 2010-11 sar l-agħar fl-istorja tal-klabb kif Simurq kienu relegati għall-Ewwel Diviżjoni Ażerbajġana wara li spiċċaw fil-11-il post.[4] Madankollu,il-klabb kellu permess li jipparteċipa fl-istaġun li jmiss biex jissostitwixxu lil FK Mughanli kellhom problemi ta' sponsorizzazzjoni.[5][6]

Fit-18 ta' Lulju 2011, il-klabb iffirma kuntratt ma Sergey Yuran, l-eks plejer tal-futbol Ukren u kowċ tal-futbol.[7] Fil-5 ta' Marzu 2012, wara r-riżenja ta' Sergey Yuran, Igor Getman sar l-ewwel kowċ mil-Ażerbajġan li wassal Simurq bħala gwardjan sal-aħħar tal-istaġun.[8] Iżda wara sitt ijiem, il-klabb ħabbar lil Giorgi Chikhradze bħala kowċ ġdid tagħhom.

Stadju immodifika

Stampa:Stadion Simurq.jpg
Stadju Zaqatala City

L-Istadju Zaqatala City huwa grawnd tal-futbol li jinsab ġewwa Zagatala, Ażerbajġan. Huwa bħalissa qed jintuża bħala l-istadju tal-klabb u jesa' 3,500 spettatur.

Kuluri u Arma immodifika

Mill-fondazzjoni tal-klabb, Simurq kellhu arma waħda biss. Hija kienet adottata uffiċjalment għall-bidu tal-istaġun 2006-07 u bbażata fuq sagru mitika Phoenix (għasfur tan-nar). Hija toħroġ mill-kelma Simurq (isem tal-klabb), li tfisser Phoenix bil-Lingwa Ażerbajġana.

Il-kuluri tradizzjonali ta' Simurq huma sofor (deheb), iswed u abjad u jalludu għas-simbolu tal-klabb Phoenix.

Sponsers tal-flokk u manifatturi tal-Kits immodifika

Perjodu Manifattur tal-Kit Sieħba
2005–2006   Nike Ebda
2006–2007   Nike Parabank
2007–2009   Lotto BakFem/Parabank
2009–2010   Adidas None
2010–2011   Umbro Ebda
2011–2012   Kappa Ebda
2012–...   Umbro Ebda

Storja tal-Kampjonat u t-Tazza immodifika

Mid-19 ta' Mejju 2011:

[9][10]


Staġun Div. Poż. L R P T GF GK P Tazza Domestika
2005–06 2 3 30 19 8 3 67 14 65 1 Rawnd
2006-07 1 9 24 6 7 11 27 33 25 Finali 1/8
2007-08 1 7 26 9 9 8 31 25 36 Finali 1/8
2008-09 1 3 26 16 5 5 39 20 53 Kwarti tal-Finali
2009-10 1 8 20 8 7 5 21 21 31 Kwarti tal-Finali
2010-11 1 11 32 4 7 21 20 52 19 Finali 1/8
2011-12 1 9 32 8 10 14 27 41 34 1 Rawnd
2012–13 1 Staġun kurrenti

Parteċipazzjoni fl-Ewropa immodifika

Mid-9 ta' Lulju 2009.

Kompetizzjoni L R P T GF GK
UEFA Europa League 2 0 0 2 0 4
Total 2 0 0 2 0 4
Staġun Kompetizzjoni Rawnd Pajjiż Klabb Riżultat
2009–10 UEFA Europa League 1K   Bnei Yehuda 0-1, 0-3

Skwadra immodifika

Mis-6 ta' Frar 2013

N. Poż. Plejer
1   G Dmitriy Kramarenko
2   D Ilkin Qirtimov
3   D Rasim Ramaldanov (Kaptan)
4   D Dilaver Zrnanović
5   D Rustam Abasov (taħt self minn Inter Baku)
6   D Anderson
7   D Ruslan Poladov
8   M Garib Ibrahimov
9   M Marcin Burkhardt
10   A Zdravko Popović
12   A Tomislav Bušić
13   D Aleksandr Shemonayev
N. Poż. Plejer
15   Stjepan Poljak
17   Rustam Mammadov
18   A Gafar Gafarov
19   A Nijat Gurbanov (taħt self minn Neftchi Baku)
20   D Rashad Eyyubov
21   A Murad Sattarly (taħt self minn Qarabağ)
22   G Dawid Pietrzkiewicz
24   D Mehman Mammadov
25   M Mario Božić
27   A Bakhtiyar Soltanov (taħt self minn Qarabağ)
28   M Nenad Kiso
99   G Eyyub Aliyev (taħt self minn Neftchi Baku)

Plejers notevoli immodifika

Ażerbajġan
Ġeorġja
Ukrajna

Plejer tas-sena immodifika

Sena Rebbieħ
2006–07   Ilgar Abdurakhmanov
2007–08   Mikhailo Starostiak
2008–09   Sergey Sokolov
2009–10   Yuri Bulychev

Kowċis immodifika

Referenzi immodifika

  1. ^ Zaqatala futbolu və “Simurq” PFK-nın tarixindən (AZ)
  2. ^ Бней-Иегуда размялась на Симурге (RU)
  3. ^ «Бней-Йегуда» разгромил «Симург» в Лиге Европы (RU)
  4. ^ "И восстал "Симург" из пепла... (БЛОГ)". Parametru mhux magħruf |aċċessdata= injorat (għajnuna)
  5. ^ "Рамин Мусаев: Симург заменит Мугань в премьер-лиге". Parametru mhux magħruf |aċċessdata= injorat (għajnuna)
  6. ^ ""Muğan" rəsmən Premyer Liqadan imtina etdi". Parametru mhux magħruf |aċċessdata= injorat (għajnuna)
  7. ^ "Симург подписал Юрана и обратился в ПФЛ". Parametru mhux magħruf |aċċessdata= injorat (għajnuna)
  8. ^ "Сергей Юран подал в отставку с поста главного тренера Симурга". Parametru mhux magħruf |aċċessdata= injorat (għajnuna)
  9. ^ Rec. Sport.Soccer Statistics Foundation, ed. (2000-10-12). "Ażerbajġan - List of Final Tables". Parametru mhux magħruf |aċċessdata= injorat (għajnuna); Parametru mhux magħruf |kuljom= injorat (forsi ridt tuża |kunjom= minflok) (għajnuna); |isem= nieqes |isem= (għajnuna)
  10. ^ Rec. Sport.Soccer Statistics Foundation, ed. (2008-06-06). "Ażerbajġan - List of Champions". Parametru mhux magħruf |aċċessdata= injorat (għajnuna); Parametru mhux magħruf |kuljom= injorat (forsi ridt tuża |kunjom= minflok) (għajnuna); Użu espliċitu ta' et al. f': |isem= (għajnuna); |isem= nieqes |isem= (għajnuna)

Ħoloq esterni immodifika