Shaun Pierre Bajada (twieled fid-19 ta' Ottubru 1983) huwa plejer tal-futbol Malti li jilgħab bħala midfilder.

Shaun Bajada
Informazzjoni personali
Isem sħiħShaun Pierre Bajada
Twelid19 ta' Ottubru 1983 (1983-10-19) (40 sena)
Sannat, GħawdexMalta
Tul1.75 m
RwolMidfilder, Difensur xellugi
Informazzjoni fuq il-klabb
Klabb attwaliVictoria Hotspurs
Mixtliet
Floriana
Karriera professjonali
SninKlabb
2000–2004Floriana
2004–2007Marsaxlokk
2007Msida Saint-Joseph (self)
2007–2012Birkirkara
2012–2015Valletta
2013Sliema Wanderers (self)
2015–2016Għajnsielem
2016–2017Birkirkara
2017–2018Għajnsielem
2018–2020Xewkija Tigers
2019–2020Victoria Hotspurs (self)
2020–Victoria Hotspurs
Tim nazzjonali
Malta U21
2008–2014Malta

Karriera immodifika

Floriana immodifika

Bħala tifel kien rebaħ bosta unuri fil-klabb raħħali tiegħu Sannat Lions, iżda huwa prodott ta' Floriana.

Shaun għamel id-debutt tiegħu ma' Floriana fl-istaġun 2000–01 tal-ppPremier League Malti]]. Matul il-karriera li tkopri erba' staġuni ma' Floriana, Shaun għamel 48 apparenzi u skorja tlett gowls.

Marsaxlokk immodifika

Fit-22 ta' Jannar 2005, Shaun issieħeb ma' Marsaxlokk. Bajada ffirma kuntratt ta' erba snin u nofs sena mal-klabb. Bajada kien l-ewwel iffirmar mis-suq lokali tax-xahar wara li l-klabb trasferixxi lil Etienne Barbara għal Birkirkara. Bajada wasal ma' żewġ barranin, il-Bulgaru Mitko Trendafilov u n-Niġerjan Michael Ochei.

Matul iż-żmien tiegħu ma Marsaxlokk, Shaun għamel 43 apparenzi u skorja sitt gowls.

Msida Saint-Joseph immodifika

Fil-25 ta' Jannar 2007, Peter Pullicino ssieħeb ma' Marsaxlokk mingħand Msida Saint-Joseph, bħala parti mill-ftehim, Shaun Bajada kien misluf lil Msida Saint-Joseph sa Lulju 2007.

Matul iż-żmien ma Msida, Bajada għamel 11-il apparenza u skorja gowl wieħed.

Birkirkara immodifika

Wara t-tlestija tal-perjodu tas-self tiegħu ma' Msida Saint-Joseph, fil-5 ta' Awwissu 2007, Marsaxlokk u Birkirkara laħqu ftehim ta' tpartit, William Camenzuli ssieħeb ma' Marsaxlokk u Bajada ssieħeb ma' Birkirkara.

Shaun issetilja sew ma Birkirkara fejn hu għamel 116-il apparenza u skorja 16-il gowl.

Internazzjonali immodifika

Shaun irrapreżenta lil Malta fil-livell U21, U19, U18 u U16. F'Jannar 2008 Bajada kien magħżul bħala parti mill-iskwadra tat-tim nazzjonali Malti u lagħab l-ewwel logħba tiegħu fit-2 ta' Frar 2008.

Ħoloq esterni immodifika