Sebastian Prödl (twieled fil-21 ta' Ġunju 1987) huwa eks-plejer tal-futbol Awstrijak li kien jilgħab bħala difensur.

Sebastian Prödl
Informazzjoni personali
Twelid21 ta' Ġunju 1987 (1987-06-21) (36 sena)
Graz, Awstrija
Tul1.96 m
RwolDifensur
Mixtliet
1993–1997SV Kirchberg
1997–2002SV Feldbach
2002–2006Sturm Graz
Karriera professjonali
SninKlabb
2006–2008Sturm Graz
2008–2015Werder Bremen
2015–2020Watford
2020–2021Udinese
Tim nazzjonali
2007–2018Awstrija

Karriera immodifika

Ta' dsatax-il sena iddebutta ma' Sturm Graz fil-Bundesliga Awstrijaka fil-konfront tad-9 ta' Diċembru 2006 kontra Mattersburg. Fid-9 ta' Mejju 2007 skorja l-ewwel gowl tiegħu fil-kampjonat kontra Altach.

Nhar l-1 ta' Lulju 2008 ġie uffiċjalizzat l-akkwist ta' Prödl min-naħa ta' Werder Bremen għas-somma ta' madwar 2.5 miljun ewro.

Internazzjonali immodifika

Wara li wassal lit-tim nazzjonali Awstrijak ta' taħt l-20 sena għar-raba' post fit-Tazza tad-Dinja 2007 tal-istess kategorija, hu ddebutta mat-tim tal-kbar f'Mejju tal-2007 kontra l-Iskozja. L-ewwel gowls tiegħu waslu fil-logħba ta' ħbiberija tas-26 ta' Marzu 2008 kontra l-Olanda, fejn skorja doppjetta. Mal-Awstrija ħa sehem fil-Kampjonati Ewropej 2008.

Gowls internazzjonali immodifika

# Data Post Avversarju Skor Riżultat Kompetizzjoni
1. 26 ta' Marzu 2008 Ernst-Happel-Stadion, Vjenna, Awstrija   Netherlands 2–0 3–4 Logħba ta' ħbiberija
2. 26 ta' Marzu 2008 Ernst-Happel-Stadion, Vjenna, Awstrija   Netherlands 3–0 3–4 Logħba ta' ħbiberija
3. 8 ta' Pttubru 2010 Ernst-Happel-Stadion, Vjenna, Awstrija   Ażerbajġan 1–0 3–0 Kwalifikazzjoni għall-Kampjonati Ewropej 2012
Mid-9 ta' Ottubru, 2010

Ħoloq esterni immodifika