Sandro Pertini (Stella, Savona, Italja, 25 ta’ Settembru 1896 - Italja, 24 ta’ Frar 1990) kien politiku, ġurnalist u Partigiano Taljan. Kien is-seba’ president tar-Repubblika Taljana bejn it-8 ta’ Lulju 1978 u d-29 ta' Ġunju 1985. Huwa ħalla impatt qawwi fuq is-soċjetà anki għall-passat imqanqal tiegħu tant li ismu baqa’ minqux fil-qlub tal-poplu Taljan.

Sandro Pertini
Senatur għall-Għomor

29 Ġunju 1985 - 24 Frar 1990
7. President tal-Italja

9 Lulju 1978 - 29 Ġunju 1985
Giovanni Leone - Francesco Cossiga
Deputat tar-Repubblika Taljana

1 Lulju 1976 - 7 Lulju 1978
Deputat tar-Repubblika Taljana

20 Mejju 1972 - 4 Lulju 1976
President tal-Kamra tad-Deputati tal-Italja

5 Ġunju 1968 - 4 Lulju 1976
Brunetto Bucciarelli Ducci (en) Translate - Pietro Ingrao (en) Translate
Deputat tar-Repubblika Taljana

1 Ġunju 1968 - 24 Mejju 1972
Deputat tar-Repubblika Taljana

9 Mejju 1963 - 4 Ġunju 1968
Deputat tar-Repubblika Taljana

3 Ġunju 1958 - 15 Mejju 1963
Deputat tar-Repubblika Taljana

15 Ġunju 1953 - 11 Ġunju 1958
membru tas-Senat Taljan

8 Mejju 1948 - 24 Ġunju 1953
membru tal-Assemblea Kostitwenti tal-Italja


deputat tal-Kunsill Nazzjonali tar-Renju tal-Italja

Ħajja
Isem propju Alessandro Pertini
Twelid San Giovanniu Stella (en) Translate, 25 Settembru 1896
Nazzjonalità Italja
Renju tal-Italja
L-ewwel lingwa Taljan
Mewt Ruma, 24 Frar 1990
Post tad-dfin San Giovanni
Familja
Konjuga/i Carla Voltolina  (8 Ġunju 1946 -  24 Frar 1990)
Edukazzjoni
Alma mater Liceo Gabriello Chiabrera di Savona (en) Translate 1914)
University of Modena and Reggio Emilia (en) Translate 1923)
Istituto Cesare Alfieri (en) Translate 1924)
Università ta' Genova
(1919 -
Livell tal-edukazzjoni lawrija
lawrija
Lingwi Taljan
Okkupazzjoni
Okkupazzjoni politiku
ġurnalist
partiġjan
Post tax-xogħol Ruma
Impjegaturi Università ta' Firenze
Premjijiet
Sħubija Italia Libera (anti-fascist organization) (en) Translate
Servizz militari
Fergħa militari Armata Rjali Taljana
Grad logutenent
Iġġieldu L-Ewwel Gwerra Dinjija

Studji immodifika

Pertini twieled f’belt żgħira jisimha Stella fil-provinċja ta’ Savona ġewwa r-reġjun tal-Liguria fil- minn familja tat-tajjeb. Sandro kellu erba’ ħutu jisimhom Luigi, Marion, Giuseppe u Eugenio.

Beda l-istudji tiegħu fil-Kulleġġ Don Bosco ta’ Varazze mnejn għadda għal-Liċeo Chiabrera ta’ Savona. Fil-Liċeo kellu bħala għalliem tal-filosofija lill-Professur Adelchi Baratono u kien bis-saħħa tiegħu li Pertini nġibed lejn is-Soċjaliżmu minn età żgħira. Minbarra għalliem, Adelchi Baratono kien wieħed mill-esponenti ewlenin fi ħdan il-Partit Soċjalista fil-perjodu diffiċli ta’ bejn l-ewwel u t-tieni gwerra.

Fl-1914 Pertini beda jistudja l-liġi fl-Università ta’ Ġenova. Sena wara l-Italja daħlet fil-Gwerra l-Kbira biex tiddefendi l-fruntieri tat-Tramuntana minn invażjoni Awstro-Ungeriża. Pertini bħal ħafna studenti universitarji oħrajn kien paċifista, b’danakollu, obda l-lieva u ntbagħat ma’ reġiment tal-artillerija fl-Isonzo.

Sal-1917 Pertini sar logutenent iddekorat b’midalja tal-fidda għall-qlubija li wera waqt assalt fuq il-muntanja Jelenik fejn indarab u ttieħed għall-kura ġewwa sptar militari f’Pordenone.

Politika immodifika

Fl-1918 intemmet il-gwerra u bdiet il-karriera politika ta’ Pertini; issieħeb fil-Partit Soċjalista u ġie elett kunsillier f’beltu. Kompla l-istudji sakemm iggradwa fil-liġi mill-Università ta’ Modena u fl-1924 iggradwa fix-xjenza politika mill-Istituto Cesare Alfieri ta’ Firenze.

L-assassinju vili tal-politiku Soċjalista Giacomo Matteotti li fit-30 ta’ Mejju 1924 kien akkuża lill-Faxxisti ġewwa l-Parlament Taljan li rebħu l-elezzjoni bil-qerq u bil-vjolenza wassal lil Sandro Pertini biex joħroġ qatta bla ħabel kontra r-reġim ta’ Mussolini.

Fl-era Faxxista immodifika

Fi żmien sena Pertini ġie arrestat għall-ewwel darba bl-akkuża li stampa u qassam klandestinament il-fuljett Sotto il Barbaro Dominio Fascista. Tawh tmien xhur ħabs li nħafrulu. Iżda l-iskwadristi Faxxisti ma telquhx minuta minn taħt għajnejhom u kull fejn jiġi wiċċ imb wiċċ magħhom kien jissawwat. L-agħar xebgħa li qala’ kienet fis-sajf tal-1926 fejn kellu jiġi rikoverat l-isptar. Meta sar attentat fuq ħajjet Mussolini l-iskwadristi fferoċjaw fuq kull persuna mhux Faxxista u għaldaqstant Pertini kellu saħansitra jaħrab minn daru u jistaħba għand ħbieb ġewwa Milan.

Ir-reġim ħarrax il-liġijiet kontra l-attività anti-Faxxista. Kien għalhekk li l-Mexxej tal-Partit Soċjalista Filippo Turati kellu jinħareġ mill-Italja bil-moħbi. Sandro Pertini kien ewlieni fit-twettiq tal-ħarba ta’ Turati u fil-lejl ta’ bejn il-11 u 12 ta’ Diċembru 1926 waqt maltempata tal-biża’ vvjaġġaw fuq biċċa tal-baħar lejn Korsika u mbagħad qasmu għal Franza. F’Pariġi u Nizza Sandro Pertini ħadem bħala sewwieq tat-taxi, bennej u bajjad kif ukoll extra fil-ġbid ta’ films Franċiżi. Kompla bl-attività politika barra pajjiżu, madankollu, Pertini ma damx ma weħel xahar ħabs sospiżi talli nqabad ixandar fuq radju propaganda anti-Faxxista. Waqt li kien Franza, Pertini ġie kkundannat 10 xhur ħabs minn Qorti Taljana talli ħa sehem fil-ħarba ta’ Turati.

F’Marzu tal-1929 Pertini daħal lura l-Italja b’passaport falz iżda reġa’ ġie arrestat f’Pisa u din id-darba ngħata kważi 11–il sena ħabs segwiti minn tliet snin ta’ viġilanza speċjali. Waqt l-għoti tas-sentenza, Pertini qala’ storbju fl-awla meta qabad jgħajjat “Viva il Socialismo!” u “Abbasso il Fascismo!”

Pertini marad ħafna fil-ħabs u kien għalhekk li fl-1932 ġie trasferit għall-Pianosa, gżira sptar-ħabs. Inħeles mill-ħabs xahar wara l-waqgħa tal-Faxxiżmu fl-1943.

Sandro Pertini sar Viċi Segretarju tal-Partit Soċjalista u bla telf ta’ ħin ingħaqad mal-milizja tal-Comitato di Liberazione Nazionale li kienu qed jiġġieldu gwerra ċivili qalila biex jeħilsu lill-Italja mill-qawwiet Nażisti u Faxxisti li ma ridux jerħu l-poter minn idejhom.

Din id-darba ġie arrestat u kkundannat għall-mewt min-Nażisti. Fil-25 ta’ Jannar 1944 Pertini u partiġjani sħabu ġew megħjuna jaħarbu mill-ħabs u ngħaqdu fil-ġlieda biex inħelset Firenze. Il-partiġjani komplew telgħin lejn it-Tramuntana tal-Italja jimbuttaw lit-truppi Nażisti ’l barra. F’Torino ltaqa’ max-xbejba partiġjana Carla Voltolina li aktar tard kellha ssir il-mara tiegħu. Fl-1945, bħala kmandant partiġjan Sandro Pertino mexxa l-assalt ta’ Milan u wara ħa sehem fil-vot ta’ kundanna għall-mewt fuq Benito Mussolini.

Wara l-Gwerra immodifika

Wara l-gwerra, Sandro Pertini ħadem bis-sħiħ biex isaħħaħ u jżomm l-għaqda fil-Partit Soċjalista u fil-bidu tas-snin 50 sar membru parlamentari; kien politiku skjett u impekkabbli.

Presidenza immodifika

Kien il-partiġjan patrijott li sar l-iktar president maħbub fl-istorja tar-Repubblika Taljana. Huwa ġab 832 vot minn 995 voti mixħutin mill-parlamentari Taljani.