Samantha Cristoforetti

astronawta Taljana tal-Aġenzija Spazjali Ewropea, eks bdot tal-Forzi tal-Ajru Taljani u inġinier (1977)

Samantha Cristoforetti, OMRI (pronunzja: [saˈmanta kristofoˈretti]; twieldet f'Milan fis-26 ta' April 1977) hija astronawta Taljana tal-Aġenzija Spazjali Ewropea, eks bdot tal-Forza tal-Ajru tal-Italja u inġinier. Hija għandha r-rekord tal-itwal titjira spazjali mingħajr interruzzjonijiet li qatt wettaq astronawta Ewropew (199 jum u 16-il siegħa)[1][2][3], u sa Ġunju 2017 kellha r-rekord tal-itwal titjira spazjali unika li qatt wettqet mara, sakemm dan ir-rekord inkiser minn Peggy Whitson[4][5][6][7] u iktar 'il quddiem minn Christina Koch. Hija wkoll l-ewwel mara Taljana fl-ispazju. Ingħatat il-kmand tal-Ispedizzjoni 68 tal-Istazzjon Spazjali Internazzjonali (ISS) fl-2022.[8][9]

Samantha Cristoforetti
ISS Expedition Commander (en) Translate

29 Settembru 2022 - 14 Ottubru 2022
Oleg Artemyev (en) Translate - Sergey Prokopyev (en) Translate
Ħajja
Twelid Milan, 26 April 1977 (46 sena)
Nazzjonalità Franza
Italja
L-ewwel lingwa Taljan
Edukazzjoni
Alma mater Università Teknika ta' Munich
Università ta' Napli Federico II lawrija
Akkademja Ajrunawtika
St. Paul Central High School (en) Translate
Lingwi Ġermaniż
Ingliż
Franċiż
Russu
Taljan
Okkupazzjoni
Okkupazzjoni astronawta
bdot militari
inġinier mekkaniku
operatur tar-radju dilettant
Trekkie
uffiċjal tal-forzi tal-ajru
Impjegaturi Aġenzija Spazjali Ewropea
Aġenzija Spazjali Taljana
Premjijiet
Servizz militari
Fergħa militari Forza tal-Ajru Taljana
Grad kaptan

F'Diċembru 2021, Politico Europe elenkaha bħala waħda min-nies li "joħolmu" fil-lista annwali tagħha tat-28 ruħ l-iktar influwenti fl-Ewropa.[10]

Ħajja bikrija immodifika

Cristoforetti twieldet f'Milan fl-1977. Hija qattgħet it-tfulija tagħha f'Malè, f'Val di Sole, it-Trentino, l-Italja. Meta għalqet 18-il sena, hija ħadet sehem f'programm ta' skambju tal-AFS lejn l-Istati Uniti u attendiet l-iSpace Camp.[11]

Karriera immodifika

Cristoforetti studjat f'Bolzano u fi Trento u ggradwat mill-Università Teknika ta' Munich b'lawrja fl-Inġinerija Mekkanika. Hija studjat fl-École nationale supérieure de l'aéronautique et de l'espace f'Toulouse, Franza, u fl-Università Mendeleev Russa tal-Kimika u tat-Teknoloġija f'Moska, ir-Russja. Hija ggradwat fix-Xjenza Ajrunawtika (l-Università Federico II, Napli)[12] fl-Akkademja Ajrunawtika f'Pozzuoli, u saret l-ewwel mara li laħqet logutenent u bdot tal-ajruplani militari fil-Forza tal-Ajru Taljana. Hija t-tieni membru tal-iSpace Camp li telgħet fl-orbita.[13] Bħala parti mit-taħriġ tagħha, hija lestiet it-taħriġ konġunt Euro-NATO tal-bdoti tal-ġettijiet. Hija wettqet iktar minn 500 siegħa ta' titjiriet fuq sitt tipi ta' inġenji tal-ajru militari: SF-260, T-37, T-38, MB-339A, MB-339CD u AM-X.

ESA immodifika

 
Cristoforetti liebsa l-ilbies spazjali tal-EMU

Cristoforetti ntgħażlet uffiċjalment bħala astronawta fl-2009 mill-Aġenzija Spazjali Ewropea, minn popolazzjoni ta' 8,000 applikant.[14]

Spedizzjoni 42/43 immodifika

Fit-3 ta' Lulju 2012, l-Aġenzija Spazjali Ewropea ħabbret li Cristoforetti kienet se twettaq missjoni fit-tul lejn l-ISS fl-2014.[15]

Fit-23 ta' Novembru 2014, l-inġenju spazjali Soyuz TMA-15M, b'Cristoforetti u żewġ astronawti oħra ttella' mill-Kożmodrom ta' Baikonur fil-Każakistan. L-inġenju spazjali rnexxielu jittrakka mal-Istazzjon Spazjali Internazzjonali madwar sitt sigħat wara.[16] Cristoforetti, flimkien mal-membri l-oħra tal-ekwipaġġ, reġgħu lura qawwijin u sħaħ mill-ISS fil-11 ta' Ġunju 2015. Hija baqgħet fl-ispazju għal 199 jum u b'hekk kisbet ir-rekord tal-itwal missjoni spazjali unika li qatt wettqet mara. Preċedentement, l-astronawta tan-NASA Sunita Williams kellha dak ir-rekord b'195 jum wara l-missjoni tal-Ispedizzjoni 33 lejn l-ISS. Ir-rekord ta' Cristoforetti nkiser fil-5 ta' Ġunju 2017 minn Peggy Whitson matul l-Ispedizzjoni 52[17] u fit-28 ta' Diċembru 2019 minn Christina Koch matul l-Ispedizzjoni 60.[18]

 
Samantha Cristoforetti f'sleeping bag speċjali li żżomm il-persuna f'post wieħed fl-ambjent mikrogravitazzjonali tal-ISS.

L-ewwel missjoni ta' Cristoforetti lejn l-ISS kienet tissejjaħ Futura. Matul is-soġġorn tagħha fl-istazzjon spazjali wettqet bosta esperimenti xjentifiċi ta' simulazzjoni ta' soġġorn fit-tul fl-ispazju, kif ukoll fl-orbita tal-Qamar u ta' Marte. Hija kienet l-operatur primarju matul l-iżganċar tal-ATV-5. Fi Frar 2015 bdiet il-programm ta' sensibilizzazzjoni "Mission X: Train Like an Astronaut", fejn studenti ta' 8 u 12-il sena ġew sfidati biex itejbu s-saħħa tagħhom matul programm ta' disa' ġimgħat sakemm Cristoforetti kienet qed titħarreġ fl-ispazju.[19] Attivitajiet oħra ta' sensibilizzazzjoni jinkludu t-tagħlim dwar kif l-alga Spirulina tista' tkun sors ta' ikel, filwaqt li tinħoloq il-fotosinteżi f'ambjent bl-arja rriċiklata.[20]

Cristoforetti kienet skedata biex twettaq 1-3 mixjiet spazjali, madankollu meta parti mit-tagħmir EVA personali tagħha ntilef minħabba t-tlugħ li ma rnexxiex tal-missjoni Orb-3 tal-Orbital Cygnus f'Ottubru 2014[21], l-EVAs ġew skartati. Mill-manifest tal-oġġetti abbord jidher ċar li dak it-tagħmir għall-ekwipaġġ tal-ISS kien abbord il-missjoni Orb-3 li ma rnexxietx, u kien hemm miktub: "Piż totali tal-oġġetti abbord: 2,215 kg (Bl-imballaġġ: 2,296 kg), li minnhom il-piż tat-Tagħmir EVA: 66 kg".[22] Ittieħdu ritratti ta' Cristoforetti b'referenzi ta' Hitchhiker's Guide to the Galaxy fuq l-ilbies spazjali tagħha, filwaqt li l-membru tal-ekwipaġġ tagħha Anton Shkaplerov fuq l-ilbies spazjali tiegħu kellu l-kitba "The Answer to the Ultimate Question of Life, the Universe, and Everything (42)".[23] Il-blog tal-Ispedizzjoni 42 tal-missjoni tal-ISS għandu taqsima speċjali msejħa "tippanikjax".[24] F'April 2015, il-kapsula Dragon wasslet l-ISSpresso, l-ewwel magna tal-espresso b'gravità żero li ġiet installata minn Cristoforetti. Fit-3 ta' Mejju 2015 hija lestiet l-ewwel espresso fl-ispazju u tefgħet ritratt tagħha fuq Twitter, liebsa uniformi Starfleet u tixrob l-espresso, bil-kumment "'Hemm il-kafè f'dik in-nebula"... em, ridt ngħid... f'dak id-#Dragon" (b'referenza għall-Kaptan Janeway minn Star Trek: Voyager, u l-imħabba tagħha għall-kafè).[25][26][27] Fit-28 ta' Frar 2015, l-għada tal-mewt ta' Leonard Nimoy, li ħadimha ta' Mr. Spock fi Star Trek, ħadet ritratt tagħha fil-Cupola, liebsa labra Starfleet fuq l-ilbies tagħha u tagħmel is-salut Vulcan.[28] Dewmien ta' xahar wara l-falliment ta' żewġ rokits Russi estenda s-soġġorn tagħha fl-ispazju għar-rekord dinji tagħha.[29]

 
Cristoforetti bl-uniformi ta' Star Trek fil-Cupola tal-ISS b'veduta ta' SpaceX CRS-6

Fis-16 ta' Lulju 2015 ingħatat l-Ordni tal-Mertu tar-Repubblika Taljana mill-President Taljan Sergio Mattarella, li qal: "Ġiet segwita bl-għożża u bl-imħabba mit-Taljani kollha".[30] L-Ordni tal-Mertu huwa l-ogħla unur tar-Repubblika Taljana.[31]

Spedizzjoni 67 immodifika

Cristoforetti ġiet assenjata biex ittir lejn l-Istazzjon Spazjali Internazzjonali għat-tieni darba fir-rebbiegħa 2022.[32] Qed ittir fir-raba' missjoni tal-Programm tan-NASA tal-Ekwipaġġ Kummerċjali, SpaceX Crew-4 fuq inġenju spazjali SpaceX Crew Dragon.[33] L-inġenju ttella' l-ispazju fis-27 ta' April 2022 u ttrakka mal-istazzjoni dakinhar stess.[34] It-tieni missjoni ta' Cristoforetti lejn l-ISS tissejjaħ Minerva. Hija kienet l-ewwel persuna li għamel filmat ta' TikTok abbord l-Istazzjon Spazjali Internazzjonali u wħud mill-filmati abbord tagħha rawhom miljuni ta' nies.[35]

NEEMO 23 immodifika

Cristoforetti ngħatat f'idejha l-kmand tal-missjoni NEEMO 23 mill-10 sat-22 ta' Ġunju 2019.[36] Din il-missjoni ttestjat it-teknoloġiji u l-objettivi għal missjonijiet fl-ispazju mbiegħed u għall-esplorazzjonijiet fuq il-qigħan tal-baħar antiki tal-Qamar.

Ħajja personali immodifika

 
Cristoforetti tħares 'il barra mit-tieqa ta' Freedom waqt titjira lejn l-ISS

Cristoforetti titkellem bit-Taljan, bl-Ingliż, bil-Ġermaniż, bil-Franċiż, bir-Russu u biċ-Ċiniż.[37][38]

F'Novembru 2016, Cristoforetti weldet tifla f'Köln, il-Ġermanja.[39] Skont artiklu Taljan, il-missier huwa ħarrieġ tal-astronawti Franċiż.[40]

Cristoforetti dehret fil-finali tal-Festival tal-Eurovision 2022, li sar f'Torino, f'messaġġ irreġistrat minn qabel mill-Istazzjon Spazjali Internazzjonali.[41]

Unuri immodifika

  • Kmandant tal-Ordni tal-Mertu tar-Repubblika Taljana fis-6 ta' Marzu 2013[42]
  • Kavallier tal-Gran Salib tal-Ordni tal-Mertu tar-Repubblika Taljana fis-16 ta' Lulju 2015[42]

Biblijografija immodifika

Referenzi immodifika

  1. ^ published, Irene Klotz (2015-06-09). "Space Station Crew Returning to Earth After Delay". Space.com (bl-Ingliż). Miġbur 2022-07-05.
  2. ^ "Record-breaking astronaut becomes internet sensation" (bl-Ingliż). 2015-07-08. Miġbur 2022-07-05.
  3. ^ "Astronaut Biography: Samantha Cristoforetti". www.spacefacts.de. Miġbur 2022-07-05.
  4. ^ "Astronaut Biography: Peggy Whitson". www.spacefacts.de. Miġbur 2022-07-05.
  5. ^ "Dutch astronaut Kuipers loses space record to Italy's Cristoforetti -…". archive.ph. 2016-01-07. Miġbur 2022-07-05.
  6. ^ "3 Space Station Astronauts Safely Return to Earth - The New York Times". web.archive.org. 2015-06-17. Arkivjat mill-oriġinal fl-2015-06-17. Miġbur 2022-07-05.Manutenzjoni CS1: BOT: url-oriġinali status mhux magħruf (link)
  7. ^ "Samantha beats ESA astronaut single-duration record | Outpost 42". web.archive.org. 2015-10-09. Arkivjat mill-oriġinal fl-2015-10-09. Miġbur 2022-07-05.Manutenzjoni CS1: BOT: url-oriġinali status mhux magħruf (link)
  8. ^ "Samantha Cristoforetti". www.esa.int (bl-Ingliż). Miġbur 2022-07-05.
  9. ^ "ESA on Twitter: "ESA astronaut @AstroSamantha Cristoforetti is named to serve as @Space_Station commander on Expedition 68, following an in-principle agreement by international partners on 19 May. As part of #Crew4, Samantha will fly on a @SpaceX #CrewDragon in 2022 👉https://t.co/XWin3BnInK… https://t.co/jntHjYkBdx"". web.archive.org. 2021-06-09. Arkivjat mill-oriġinal fl-2021-06-09. Miġbur 2022-07-05. Ħolqa esterna f'|title= (għajnuna)Manutenzjoni CS1: BOT: url-oriġinali status mhux magħruf (link)
  10. ^ "Samantha Cristoforetti". POLITICO (bl-Ingliż). 2021-12-08. Miġbur 2022-07-05.
  11. ^ "Newsletter – Winter 2015 – Article 3 – Alumni On Orbit | Space Camp Alumni Association". web.archive.org. 2015-01-19. Arkivjat minn l-oriġinal fl-2015-01-19. Miġbur 2022-07-05.
  12. ^ "Samantha Cristoforetti | A.S.I. - Agenzia Spaziale Italiana". web.archive.org. 2015-09-23. Arkivjat mill-oriġinal fl-2015-09-23. Miġbur 2022-07-05.Manutenzjoni CS1: BOT: url-oriġinali status mhux magħruf (link)
  13. ^ "Newsletter – Winter 2015 – Article 3 – Alumni On Orbit | Space Camp Alumni Association". web.archive.org. 2015-01-19. Arkivjat minn l-oriġinal fl-2015-01-19. Miġbur 2022-07-05.
  14. ^ "Samantha Cristoforetti". www.esa.int (bl-Ingliż). Miġbur 2022-07-05.
  15. ^ "ESA Portal - ESA astronaut Samantha Cristoforetti set for Space Station in 2014". web.archive.org. 2012-07-06. Arkivjat mill-oriġinal fl-2012-07-06. Miġbur 2022-07-05.Manutenzjoni CS1: BOT: url-oriġinali status mhux magħruf (link)
  16. ^ "Crew docks at International Space Station". web.archive.org. 2017-10-19. Arkivjat mill-oriġinal fl-2017-10-19. Miġbur 2022-07-05.Manutenzjoni CS1: BOT: url-oriġinali status mhux magħruf (link)
  17. ^ "Astronaut Peggy Whitson Ends Record-Breaking Space Mission with Smooth Landing". web.archive.org. 2017-09-03. Arkivjat mill-oriġinal fl-2017-09-03. Miġbur 2022-07-05.Manutenzjoni CS1: BOT: url-oriġinali status mhux magħruf (link)
  18. ^ Smith, Yvette (2019-12-27). "Astronaut Christina Koch Poised to Make History Again". NASA. Miġbur 2022-07-05.
  19. ^ "Mission X - Train like an astronaut / Education / Human Spaceflight / Our Activities / ESA". web.archive.org. 2016-03-08. Arkivjat mill-oriġinal fl-2016-03-08. Miġbur 2022-07-05.Manutenzjoni CS1: BOT: url-oriġinali status mhux magħruf (link)
  20. ^ "Our future astronauts and scientists / Futura / Human Spaceflight / Our Activities / ESA". web.archive.org. 2015-12-25. Arkivjat mill-oriġinal fl-2015-12-25. Miġbur 2022-07-05.Manutenzjoni CS1: BOT: url-oriġinali status mhux magħruf (link)
  21. ^ "Cygnus Orb-3 Mission Updates - Spaceflight101". web.archive.org. 2016-03-26. Arkivjat minn l-oriġinal fl-2016-03-26. Miġbur 2022-07-05.
  22. ^ "Cygnus Orb-3 Cargo Manifest - Spaceflight101". web.archive.org. 2016-03-26. Arkivjat minn l-oriġinal fl-2016-03-26. Miġbur 2022-07-05.
  23. ^ "A Dragon is coming! | Flickr - Photo Sharing!". web.archive.org. 2016-02-07. Arkivjat mill-oriġinal fl-2016-02-07. Miġbur 2022-07-05.Manutenzjoni CS1: BOT: url-oriġinali status mhux magħruf (link)
  24. ^ "Don't panic | Outpost 42". web.archive.org. 2016-02-20. Arkivjat mill-oriġinal fl-2016-02-20. Miġbur 2022-07-05.Manutenzjoni CS1: BOT: url-oriġinali status mhux magħruf (link)
  25. ^ "Espresso Coffee Conquers Space" (PDF). Arkivjat minn l-oriġinal (PDF) fl-2021-11-18. Miġbur 2022-07-05.
  26. ^ "To boldly brew: Italian astronaut makes first espresso in space | Science | The Guardian". web.archive.org. 2015-10-22. Arkivjat mill-oriġinal fl-2015-10-22. Miġbur 2022-07-05.Manutenzjoni CS1: BOT: url-oriġinali status mhux magħruf (link)
  27. ^ "Samantha Cristoforetti Twitter". web.archive.org. 2021-06-07. Arkivjat mill-oriġinal fl-2021-06-07. Miġbur 2022-07-05.Manutenzjoni CS1: BOT: url-oriġinali status mhux magħruf (link)
  28. ^ ""Of all the souls I have encountered.. his was the most hu… | Flickr". web.archive.org. 2017-03-28. Arkivjat mill-oriġinal fl-2017-03-28. Miġbur 2022-07-05.Manutenzjoni CS1: BOT: url-oriġinali status mhux magħruf (link)
  29. ^ "Samantha overtakes Sunita as holder of longest spaceflight for women | Outpost 42". web.archive.org. 2015-08-10. Arkivjat mill-oriġinal fl-2015-08-10. Miġbur 2022-07-05.Manutenzjoni CS1: BOT: url-oriġinali status mhux magħruf (link)
  30. ^ "Samantha Cristoforetti becomes Cavaliere di Gran Croce". web.archive.org. 2015-08-10. Arkivjat minn l-oriġinal fl-2015-08-10. Miġbur 2022-07-05.
  31. ^ Sainty, Guy Stair World Orders of Knighthood and Merit (pp. 1233-4) Buckingham: Burke's Peerage and Gentry, 2006
  32. ^ "Samantha Cristoforetti will fly to the International Space Station in 2022". www.esa.int (bl-Ingliż). Miġbur 2022-07-05.
  33. ^ "Second spaceflight for Samantha Cristoforetti | Media Event | Ghostarchive". ghostarchive.org. Miġbur 2022-07-05.
  34. ^ Wattles, Jackie (2022-04-27). "SpaceX mission arrives at ISS with first Black woman to join space station crew | CNN Business". CNN (bl-Ingliż). Miġbur 2022-07-05.
  35. ^ "Samantha Cristoforetti: The astronaut taking TikTok to new heights" (bl-Ingliż). 2022-06-11. Miġbur 2022-07-05.
  36. ^ Magazine, Smithsonian; Toomey, Emily. "NASA Scientists and Astronauts Practice for Space Missions on the Seafloor". Smithsonian Magazine (bl-Ingliż). Miġbur 2022-07-05.
  37. ^ "Samantha Cristoforetti / Futura / Human Spaceflight / Our Activities / ESA". web.archive.org. 2014-12-21. Arkivjat mill-oriġinal fl-2014-12-21. Miġbur 2022-07-05.Manutenzjoni CS1: BOT: url-oriġinali status mhux magħruf (link)
  38. ^ Hollingham, Richard. "Why Europe's astronauts are learning Chinese". www.bbc.com (bl-Ingliż). Miġbur 2022-07-05.
  39. ^ "Samantha Cristoforetti gives birth to Kelsey Amal - English - ANSA.it". web.archive.org. 2017-01-04. Arkivjat mill-oriġinal fl-2017-01-04. Miġbur 2022-07-05.Manutenzjoni CS1: BOT: url-oriġinali status mhux magħruf (link)
  40. ^ "Chi è Lionel Ferra? Il Fidanzato di Samantha Cristoforetti". web.archive.org. 2018-12-22. Arkivjat mill-oriġinal fl-2018-12-22. Miġbur 2022-07-05.Manutenzjoni CS1: BOT: url-oriġinali status mhux magħruf (link)
  41. ^ eurofestival (2022-05-13). "Eurovision 2022: nella finale collegamento con Samantha Cristoforetti" (bit-Taljan). Miġbur 2022-07-05.
  42. ^ a b "Onorificenze - Dettaglio del conferimento". web.archive.org. 2016-03-03. Arkivjat mill-oriġinal fl-2016-03-03. Miġbur 2022-07-05.Manutenzjoni CS1: BOT: url-oriġinali status mhux magħruf (link)