Ryan Camenzuli (twieled fit-8 ta' Settembru 1994) huwa plejer tal-futbol Malti li jilgħab bħala difensur ma' Floriana.

Ryan Camenzuli
Informazzjoni personali
Twelid8 ta' Settembru 1994 (1994-09-08) (29 sena)
BirkirkaraMalta
Tul1.73 m
RwolDifensur
Informazzjoni fuq il-klabb
Klabb attwaliFloriana
Mixtliet
2001–2011Birkirkara
Karriera professjonali
SninKlabb
2011–2019Birkirkara
2016–2017Floriana (self)
2019–Floriana
Tim nazzjonali
2011–2014Malta U-19
2012–2016Malta U-21
2015–Malta

Karriera immodifika

Camenzuli huwa prodott tal-akkademja ta' Birkirkara u hu beda jilgħab il-football mar-rahal tiegħu, Birkirkara meta kellu biss seba 'snin. Mill-bidu tal-karriera bikrija tal-futbol tiegħu, il-ħiliet ta' Camenzuli kienu evidenti biżżejjed għal Birkirkara. Il-passes intelliġenti u xuttijiet qawwija tiegħu jagħmluh jispikka.

Fl-2010, Camenzuli beda jitjib meta kien parti mit-tim ta taħt is-17-il sena. Minbarra li kien wieħed mill-aqwa plejers fit-taqsima tiegħu, kien imssejjaħ biex jissieħeb fit-tim ta taħt is-19-il sena. Kif ukoll u hu rnexxielu jħallu impressjoni tajba wisq. Kisba notevoli kienet hu rnexxielu jiskorja gowl mat-tim ta taħt is-19-il sena kontra St. Patrick fit-2 ta' Diċembru 2010, il-gowl tiegħu kien biżżejjed għall-'istripes' biex jirbħu l-logħba 1-0.

Fl-aħħar ftit jiem tal-istess sena, Camenzuli deher għall-ewwel darba fl-iskwadra tal-kbar. Il-Premier League kellha ġimgħatejn biex tibda u Birkirkara ġew mistiedna biex jieħdu sehem fit-Tazza Charles Abela Memorial ma Żejtun Corinthians u l-organizzaturi Mosta. L-'istripes' irnexxielhom jegħlbu liż-Żejtun bil-punteġġ ta' 4-0. Imbagħad tilfu ma Mosta 5-6 bl-għoti tal-penalties, fil-45 minuta l-logħba ntemmet mingħajr gowls. Camenzuli Camenzuli kienet inkluż fiż-żewġ logħbiet mal-ewwel 11.

Camenzuli għamel id-debutt tiegħu fil-Premier League fit-30 ta' Jannar 2011, meta kien inkluż bħala sostitut fil-logħba kontra Vittoriosa Stars meta l-'istripes' rebħu 1-0. F'Premier League mal-iskwadra tal-kbar Camenzuli għamel żewġ apparenzi. L-ewwel kien inkluż bħala sostitut f'Jannar, 2011 f'logħba kontra Vittoriosa Stars, allura hu beda jilgħab fl-aħħar tal-istaġun kontra Floriana li kienet intlagħbet fil-5 ta' Mejju, 2011

Fl-istaġun 2011-2012 kien wieħed li Camenzuli kellhu jiftakar meta kien tfajjel promettenti kif hu stabbilixxa ruħu bħala difensur qawwi man-naħa xellugija, f'dak l-istaġun , sab aktar spazju biex jħalli l-marka tiegħu. Fil-Premier League, huwa għamel 17-il apparenza li fijhom beda mal-ewwel 11 7 darbiet u ġie inkluż ir-raġel tal-partita. Madankollu, il-marka notevoli kienet żgur l-ewwel gowl li qatt skorja fil-Premier League minn dan tfajjel kien fit-28 t'April, meta b'disa' minn nies Birkirkara għelbu lil Hibernians bl-iskor ta' 2-0 fejn Camenzuli skurja t-tieni gowl.[1]

Unuri immodifika

Birkirkara

Referenzi immodifika

  1. ^ "Nine-man Stripes foil Hibs" (bl-Ingliż). Times of Malta. 2012-04-29. Miġbur 2012-04-29.

Ħoloq esterni immodifika