João Coelho Neto, magħruf komunement bħala Preguinho (twieled fit-8 ta' Frar 1905 – miet fl-1 ta' Ottubru 1979) kien plejer tal-futbol Brażiljan li kien jilgħab bħala attakkant.

Preguinho

Preguinho bil-flokk ta' Fluminense
Informazzjoni personali
Isem sħiħJoão Coelho Netto
Twelid8 ta' Frar 1905(1905-02-08)
Rio de Janeiro, Brażil
Mewt1 ta' Ottubru 1979 (74 sena)
Rio de Janeiro
Tul1.76 m
RwolAttakkant
Karriera professjonali
SninKlabb
1925–1935Fluminense
1937–1938Fluminense
Tim nazzjonali
1930Brażil

Bin il-kittieb Brażiljan Coelho Neto, Preguinho twieled fl-1905. Huwa lagħab bejn l-1925 u l-1938 għal Fluminense[1] u skorja 184 gowl. Minbarra l-futbol kien kapaċi jilgħab ukoll il-volibol, il-baskitbol, il-ħoki fost oħrajn. Fl-1952 huwa rċieva t-titlu ta' "Grande Benemérito Atleta".

Għall-Brażil huwa ħa sehem fit-Tazza tad-Dinja 1930. Hu kien l-ewwel kaptan tat-tim nazzjonali Brażiljan u skorja l-ewwel gowl għall-Brażil f'edizzjoni tat-Tazza tad-Dinja fil-logħba kontra l-Jugożlavja. Magħhom żied żewġ gowls oħra fil-logħba kontra l-Bolivja.[2]

Huwa miet fl-età ta' 74 sena fid-29 ta' Settembru, 1979. Fl-unur tiegħu, Fluminense ddedikaw statwa.

Statistika immodifika

Logħbiet internazzjonali immodifika

Referenzi immodifika

  1. ^ Folha Online, ed. (2005-12-09). "Especial - 2006 - Copa" (bil-Portugiż).
  2. ^ Statistika fuq FIFA.com