Pascal Zuberbühler

Pascal Zuberbühler (twieled fit-8 ta' Jannar 1971) huwa eks-plejer tal-futbol Żvizzeru li kien jilgħab bħala gowler.

Pascal Zuberbühler
Informazzjoni personali
Twelid8 ta' Jannar 1971 (1971-01-08) (53 sena)
FrauenfeldŻvizzera
Tul1.97 m
RwolGowler
Mixtliet
1983–1992Frauenfeld
Karriera professjonali
SninKlabb
1992–1999Grasshoppers
1999–2006Basel
2000Aarau (self)
2000–2001Bayer Leverkusen (self)
2006–2007West Bromwich Albion
2007–2008Neuchâtel Xamax
2008–2011Fulham
Tim nazzjonali
1994–2008Żvizzera

Karriera immodifika

Klabb immodifika

Zuberbühler lagħab 187 logħba fil-kampjonat għal Grasshopper Zürich bejn l-1991 u l-1999, fejn matul dan il-perjodu rebaħ is-Super League Żvizzera tliet darbiet u t-Tazza Żvizzera darba. Ma' Basel lagħab total ta' 217-il logħba fil-kompetizzjonijiet kollha, fejn rebaħ il-kampjonat għal tliet darbiet oħra u t-Tazza Żvizzera darbtejn. Matul dan iż-żmien, jibqa' mfakkar għall-prestazzjoni eċċellenti li wettaq fil-partita kontra Liverpool fil-UEFA Champions League, fil-pari ta' 1–1. Waqt il-perjodu ta' self ma' Bayer Leverkusen hu lagħab tlettax-il partita fil-Bundesliga u ħamsa fiċ-Champions League.

Fl-14 ta' Lulju, 2006, iffirma kuntratt ta' sentejn ma' West Bromwich Albion.[1] Id-debutt kompetittiv tiegħu wasal kontra Hull City fit-trijonf ta' 2–0 nhar il-5 ta' Awwissu, 2006. Madanakollu, ftit li xejn għamel suċċess mal-Baggies u ma baqax jissejjaħ mal-ewwel ħdax taħt il-kowċ il-ġdid Tony Mowbray. Zuberbühler reġa' ġie skjerat mal-ewwel ħdax wara li Russell Hoult ġie sospiż, u rrisponda bi prestazzjoni sodisfaċenti fir-rebħa ta' 3–0 fl-FA Cup kontra r-rivali Wolves. Din kellha tkun l-aħħar logħba tiegħu mal-klabb. Bil-wasla ta' Dean Kiely, Zuberbühler sab postu fit-tim iktar insigur, aktar u aktar biċ-ċans li ma jintgħażilx mal-iskwadra għall-Kampjonati Ewropej tal-2008. Wara iffirma kuntratt ta' 18-il xahar mal-klabb ta' Neuchâtel Xamax.[2]

F'Awwissu 2008, Zuberbühler reġa' rritorna fl-ogħla diviżjoni Ingliża, din id-darba ma' Fulham, fejn iffirma kuntratt ta' sena. Hu kien fuq il-bank tas-sostituti fil-finali tal-UEFA Europa League 2009–10.

Internazzjonali immodifika

Zuberbühler deher 51 darba mat-tim nazzjonali Żvizzeru u kien membru tal-iskwadra Żvizzera fl-Euro 2004, l-Euro 2008 u t-Tazza tad-Dinja 2006. Fit-Tazza tad-Dinja tal-2006, hu rnexxielu ma jsofrix gowl fl-erba' logħbiet tal-Iżvizzeri kontra Franza, il-Korea t'Isfel, it-Togo u l-Ukrajna. L-Iżvizzera huwa l-uniku tim fl-istorja tal-kompetizzjoni li ġew eliminati mingħajr ma sofru gowl fil-ħin normali. Zuberbühler iżomm ir-rekord għall-aktar logħbiet f'turnew inernazzjonali mingħajr ma sofra gowl (ħames partiti). Fil-11 ta' Ġunju, hu lagħab l-aħħar logħba tiegħu bil-flokk tal-Iżvizzera f'rebħa ta' 2–0 fuq il-Portugall fil-Kampjonati Ewropej tal-2008.

Referenzi immodifika

  1. ^ "West Brom sign keeper Zuberbuhler" (bl-Ingliż). BBC Sport. 2006-07-14. Miġbur 2007-05-19.
  2. ^ "Zuberbuhler ends West Brom spell" (bl-Ingliż). BBC Sport. 2007-02-14. Miġbur 2007-06-12.

Ħoloq esterni immodifika