Paramurexia huwa ġeneru ta' mammiferi, il-marsupjali karnivori (eżattament id-Dasjur tal-istrixxi wiesgħajn, għalkemm huwa magħruf ukoll bl-isem ta' far marsupjal tal-istrixxi wisgħin), tal-kontinent tal-Awstralja.

Paramurexia
Klassifikazzjoni xjentifika
Renju: Animalia
Phylum: Chordata
Klassi: Mammalia
Ordni: Dasyuromorphia
Familja: Dasyuridae
Ġeneru: Paramurexia
Speċi: P. rothschildi
Isem binominali
Paramurexia rothschildi
(Tate, 1938)
Firxa tal-Paramurexia rothschildi

Dan il-ġeneru qiegħed ikklassifikat fil-klassi Mammalia, fis-sottoklassi Theria, fl-infraklassi Metatheria (il-marsupjali kollha), fis-superordni Australidelphia (il-marsupjali Awstraljani kollha u l-kolokolo tal-kontinent tal-Amerika t'Isfel), fl-ordni Dasyuromorphia (il-marsupjali karnivori tal-kontinent Awstraljan), fil-familja Dasyuridae, fis-sottofamilja Dasyurinae u fit-tribù Phascogalini ma' sitt ġeneri oħra.

Il-ġeneru Paramurexia huwa wieħed monotipiku u b'hekk jiġbor fih speċi waħda biss (l-ispeċi ta' dan il-ġeneru kienet ikklassifikata fil-ġeneru Murexia għal żmien twil ma' speċi oħra, dan sakemm testijiet morfoloġiċi u ġenetiċi urew li hija distinta jew differenti biżżejjed biex tkun separata u riklassifikata f'ġeneru għaliha waħidha).

Lista tal-ispeċi tal-ġeneru Paramurexia immodifika

  • Ġeneru Paramurexia (Van Dyck, 2002)
    • Paramurexia rothschildi (Tate, 1938)

Referenzi immodifika

  • Groves, Colin (2005). Wilson, D. E., & Reeder, D. M. (eds): Mammal Species of the World, 3et edizzjoni, Johns Hopkins University Press. ISBN 0-801-88221-4.
  • Ronald M. Nowak: Walker's Mammals of the World. Johns Hopkins University Press, Baltimore 1999. ISBN 0801857899.