Otto Toeplitz

matematiku Ġermaniż (1881-1940)

Otto Toeplitz (twieled fl-1 ta' Awwissu 1881 – miet fil-15 ta' Frar 1940) kien matematiku Ġermaniż li kien jaħdem fuq il-qasam tal-analiżi funzjonali.[1]

Otto Toeplitz
Ħajja
Twelid Wrocław, 1 Awwissu 1881
Nazzjonalità Reich Ġermaniż
Grupp etniku il-Lhud
Mewt Ġerusalemm, 15 Frar 1940
Post tad-dfin Ċimiterju Lhudi tal-Għolja taż-Żebbuġ
Kawża tal-mewt kawżi naturali (tuberkulożi)
Familja
Missier Emil Toeplitz
Ulied
Edukazzjoni
Alma mater Università ta' Wroclaw 1905)
Università ta' Göttingen
Teżi '
Direttur tat-teżi Jakob Rosanes (en) Translate
Friedrich Otto Rudolf Sturm (en) Translate
Studenti dottorali Helmut Ulm (en) Translate
Hans Schwerdtfeger (en) Translate
Walter Stein (en) Translate
Robert Schmidt (en) Translate
Anna Stein (en) Translate
Anton Weber (en) Translate
Arthur Donald Steele (en) Translate
Elisabeth Hagemann (en) Translate
Charlotte Schroeckh (en) Translate
August Prüß (en) Translate
Friedrich Beuermann (en) Translate
Lingwi Ġermaniż
Studenti
uri
Okkupazzjoni
Okkupazzjoni matematiku
storiku tal-matematika
għalliem fl-università
Post tax-xogħol Bonn
Impjegaturi Università ta' Göttingen  (1906 -  1913)
Università ta' Kiel  (1913 -  1928)
Università ta' Bonn  (1928 -  1935)
Università Ebrajka ta' Ġerusalemm  (1939 -  1940)
Xogħlijiet importanti matriċi ta' Toeplitz
teorema ta' Hellinger-Toeplitz
operatur ta' Toeplitz

Ħajja u xogħol immodifika

 
Otto Toeplitz u Alexander Ostrowski

Toeplitz twieled f'familja Lhudija ta' matematiċi. Kemm missieru u kemm nannuh kienu għalliema tal-matematika tal-Liċeo u ppubblikaw dokumenti dwar il-matematika. Toeplitz trabba f'Breslau (Wrocław) u ggradwa fil-Liċeo hemmhekk. Imbagħad huwa studja l-matematika fl-Università ta' Breslau u ġab dottorat fil-ġeometrija alġebrajka fl-1905. Fl-1906 Toeplitz mar fl-Università ta' Göttingen, li dak iż-żmien kienet l-iktar ċentru importanti tal-matematika fid-dinja, u baqa' hemm għal seba' snin. Il-Fakultà tal-Matematika kienet tinkludi lil David Hilbert, Felix Klein, u Hermann Minkowski. Toeplitz ingħaqad ma' grupp ta' żgħażagħ li kienu qed jaħdmu ma' Hilbert: Max Born, Richard Courant u Ernst Hellinger, u kkollabora magħhom għal bosta snin wara.[2] Dak iż-żmien Toeplitz beda jerġa' jaħdem fuq it-teorija tal-funzjonali lineari u l-forom kwadratiċi ta' spazji n-dimensjonali għal spazji dimensjonali infiniti. Huwa kiteb ħames dokumenti marbuta direttament mat-teorija spettrali ta' operaturi li kien qed jiżviluppa Hilbert. Matul dan il-perjodu huwa ppubblika wkoll dokument dwar il-proċessi tas-sommazzjoni u skopra l-ideat bażiċi ta' dawk li issa huma magħrufa bħala l-operaturi ta' Toeplitz. Fl-1913 Toeplitz sar professur straordinarju fl-Università ta' Kiel. Huwa ġie promoss għal professur fl-1920.

Fl-1911, Toeplitz ippropona l-problema tal-kwadru iskritt:

Kull kurva ta' Jordan ikollha kwadru iskritt?

Dan kien ġie stabbilit għall-kurvi konvessi u għall-kurvi lixxi, iżda l-mistoqsija inġenerali għadha miftuħa (2007).

Flimkien ma' Hans Rademacher, huwa kiteb klassiku tal-matematika popolari msejjaħ Von Zahlen und Figuren, li ppubblika għall-ewwel darba fl-1930 u li mbagħad ġie tradott bl-Ingliż bħala Enjoyment of mathematics (bil-Malti: It-Tgawdija tal-Matematika).

 
Otto Toeplitz

Toeplitz kien interessat ferm fl-istorja tal-matematika. Fl-1929, huwa kien il-kofundatur ta' Quellen und Studien zur Geschichte der Mathematik ma' Otto Neugebauer u Julius Stenzel. Fil-bidu tas-snin 20 tas-seklu 20, Toeplitz kien favur "metodu ġenetiku" fit-tagħlim tal-matematika, li huwa applika fil-kitba tal-ktieb Entwicklung der Infinitesimalrechnung (Il-Kalkolu: Approċċ Ġenetiku). Il-ktieb jintroduċi s-suġġett billi jagħti ġrajja storika idealizzata biex jissostanzja l-kunċetti, u juri kif żviluppaw mill-problemi klassiċi tal-matematika Griega. Il-ktieb ma ġiex komplut, iżda ġie editjat minn Gottfried Köthe u ġie ppubblikat bil-Ġermaniż wara mewt Toeplitz fl-1946.[3]

Fl-1928 Toeplitz kien is-suċċessur ta' Eduard Study fl-Università ta' Bonn. Fl-1933, il-Liġi tas-Servizz Ċivili daħlet fis-seħħ u l-professuri ta' oriġini Lhudija tneħħew mit-tagħlim. Inizjalment, Toeplitz seta' jżomm il-kariga tiegħu minħabba eċċezzjoni għal dawk li kienu ġew appuntati qabel l-1914, iżda xorta waħda tkeċċa fl-1935. Fl-1939 huwa emigra bilfors lejn il-Palestina, fejn sar il-konsulent xjentifiku tar-rettur tal-Università Ebrajka ta' Ġerusalemm. Huwa miet f'Ġerusalemm bit-tuberkulożi sena wara.[1]

Kwotazzjonijiet immodifika

Gottfried Köthe, li kien l-assistent ta' Toeplitz f'Bonn, iddeskriva l-kollaborazzjoni tagħhom hekk:

Otto kien iħobb imur għal xi mixja u jitkellem dwar kwistjonijiet xjentifiċi. Jien fil-fatt kien ikolli bżonn biċċa karta u lapes biex nikteb kulma kien jgħidli. Toeplitz ikkonvinċieni li l-aqwa ħsieb tar-riċerka joħroġ fid-dieher permezz tad-djalogu. Fil-protokolli tiegħu ta' laqgħat reċiproċi, xi kultant hemm immarkat li r-riżultati kif inhuma mfassla nstabu waqt mixja tul ix-xmara Renu... Malli avvanzajna bil-ħidma konġunta tagħna, naturalment, feġġew kwistjonijiet ġodda, u aħna bdejna nazzardaw iktar, u bdejna nistabbilixxu għanijiet iktar ambizjużi.[4]

Fi kliemu stess:

...Il-matematika u l-ħsieb matematiku mhumiex biss parti minn xjenza speċjali, iżda huma konnessi mill-qrib mal-kultura ġenerali tagħna u mal-iżvilupp storiku tagħha ta' ħsieb matematiku, jista' jinstab pont bejn l-hekk imsejħa Arti u Xjenzi u x-xjenzi eżatti mhux daqstant storiċi... L-iskop prinċipali tagħna hu li ngħinu biex nibnu dan il-pont. Mhux f'ġieħ l-istorja iżda għall-ġenesi tal-problemi, tal-fatti u tal-provi, f'ġieħ il-punti deċiżivi ta' żvolta ta' dik il-ġenesi... Billi mmorru lura lejn l-għeruq ta' dawn il-kunċetti, lura lejn żmien żemżem, il-ġerħiet miż-żmien ta' użu jisparixxu u jerġgħu jingħataw il-ħajja. —      Toeplitz, 1926[4]

Kotba immodifika

  • Hans Rademacher u Otto Toeplitz, The enjoyment of mathematics. Selections from mathematics for the amateur (translated by Herbert Zuckerman), Princeton University Press, 1957
  • Otto Toeplitz, The calculus: a genetic approach, The University of Chicago Press, 2007

Referenzi immodifika

  1. ^ a b Born, M. "Prof. Otto Toeplitz". Nature (bl-Ingliż). 145 (3677): 617–617.
  2. ^ "Elisabeth Hagemann - The Mathematics Genealogy Project". www.genealogy.math.ndsu.nodak.edu. Miġbur 2021-08-01.
  3. ^ Heinrich Behnke, The man and the teacher u Gottfried Köthe, Scientific works (tradott mill-Ġermaniż minn N. Elyoseph). Integral Equations and Operator Theory 4 (1981), Nru 2, 281–288, 289–297.
  4. ^ a b Köthe, Gottfried (1982), "In memory of Otto Toeplitz", in Gohberg, Israel (ed.), Toeplitz centennial: Toeplitz Memorial Conference in Operator Theory : dedicated to the 100th anniversary of the birth of Otto Toeplitz, Tel Aviv, May 11–15, 1981, Operator Theory: Advances and Applications, 4, Basel: Birkhäuser, pp. 545-556.

Ħoloq esterni immodifika