Opossum irqiq ta' rasu dejqa

L-Opossum irqiq ta' rasu dejqa jew Opossum irqiq ta' wiċċu rqiq, magħruf xjentifikament bħala Marmosops cracens, huwa mammiferu marsupjal, tal-familja Didelphidae (didelfidu), fl-ordni Didelphimorphia (didelfimorfju) u huwa wieħed mill-opossumi irqaq nattiv tal-kontinent tal-Amerika t'Isfel.

Opossum irqiq ta' rasu dejqa
Stat ta' konservazzjoni

Nuqqas ta' data (IUCN 3.1)
Klassifikazzjoni xjentifika
RenjuAnimalia
PhylumChordata
KlassiMammalia
OrdniDidelphimorphia
FamiljaDidelphidae
ĠeneruMarmosops
speċi Marmosops cracens
,
Distribuzzjoni ġeografika

Dan l-opossum irqiq arborju (tas-siġar) ġeneralment jippreferi jgħix f' abitat ta' foresti tropikali tax-xita kemm ta' l-artijiet baxxi kif ukoll tal-muntanji.

Dieta immodifika

L-Opossum irqiq ta' rasu dejqa huwa annimal omnivoru u d-dieta prinċipali tikkonsisti minn frott, insetti u annimali invertebrati żgħar oħra.

Distribuzzjoni immodifika

Dan l-opossum irqiq tal-kontinent tal-Amerika t'Isfel jinsab jgħix f'lokalità waħda biss u għandu distribuzzjoni ristretta ħafna fil-Majjistral tal-Veneżwela u huwa speċi endemika ta' dan il-pajjiż. Marmosops cracens instab l-ewwel darba viċin La Pastora (11°12'N, 68°37'W) fl-istat ta' Falcón, fil-Veneżwela.

Klassifikazzjoni immodifika

Referenzi immodifika

Ħoloq Esterni immodifika