Olympe de Gouges, psewdonimu ta' Marie Gouze, (Montauban, 7 ta' Mejju 1748 – Pariġi, 3 ta' Novembru 1793), kienet drammaturga Franċiża li għexet matul ir-Rivoluzzjoni Franċiża. Il-kitba femminista u abolizzjonista tagħha kellha influwenza kbira.

Olympe de Gouges
Ħajja
Isem propju Marie Gouze
Twelid Montauban (en) Translate, 7 Mejju 1748
Nazzjonalità Franza
L-ewwel lingwa Oċċitan
Mewt Pariġi, 3 Novembru 1793
Kawża tal-mewt piena kapitali (dekapitazzjoni)
Familja
Konjuga/i Louis Aubry (en) Translate  (24 Ottubru 1765 -
Ulied
Edukazzjoni
Lingwi Franċiż
Oċċitan
Okkupazzjoni
Okkupazzjoni drammaturgu
ġurnalist
filosofu
kittieb
politiku
awtur
Xogħlijiet importanti Declaration of the Rights of Woman and the Female Citizen (en) Translate
Q25389160 Translate
Sħubija Society of the Friends of Truth (en) Translate
Psewdonomu Olympe de Gouges

Fl-1788 ippubblikat Riflessjonijiet dwar in-nies suwed" li fih ħadet pożizzjoni kontra l-jasar, u fl-1791 id-Dikjarazzjoni tad-drittijiet tal-mara u taċ-ċittadina li kien dikjarazzjoni tal-ugwaljanza politika u soċjali bejn l-irġiel u n-nisa. Fl-1793 ġiet giljottinata għax kienet kontra l-eżekuzzjoni ta' Lwiġi XVI u jidher li kienet attakkat il-Kumitat tas-Saħħa Pubblika. B'mewtha bdiet ir-repressjoni spjetata ta' kull dissidenza u wkoll it-treġġigħ lura tar-rivoluzzjoni libertarja, x'aktarx kollu dovut għall-istat ta' gwerra li kien sar permanenti, maħluq mill-potenzi alleati u kontrorivoluzzjonarji (il-Prussija, l-Ingilterra, l-Awstrija u r-Russja).

Bijografija immodifika

Montauban immodifika

Meta twieldet Marie Gouze ġiet reġistrata bħala bint Pierre Gouze u Anne-Olympe Mouisset, li kienu żżewġu fl-1737. Pierre Gouze kellu ħanut tal-laħam u ommha kienet bint bejjiegħ tad-drappijiet. Imma ommha ma damitx ma għarrfitha li kienet it-tifla naturali tal-poeta Jean-Jacques Le Franc de Pompignan (1709 – 1784), il-parrinu tagħha.

Fl-1765, iżżewġet lil Louis-Yves Aubry u ma damitx ma kellha tifel. Żewġha miet ftit wara. Kienet diżilluża bl-esperjenza taż-żwieġ u matul ħajjitha kollha rrefjutat li terġa' tiżżewweġ għax kienet tgħid li ż-żwieġ hu l-qabar tal-fiduċja u l-imħabba.

Bdiet issejjaħ lilha nfisha bl-isem "Marie-Olympe" jew sempliċement "Olympe", u żiedet il-partiċella "de" ma' kunjomha "Gouze" jew pjuttost "Gouges". Lejn l-1770 ħalliet Montauban ma' binha Pierre - li fil-ġejjieni kellu jilħaq ġeneral tal-armata tar-Repubblika - biex tmur Pariġi biex toqgħod ma oħtha miżżewġa, bil-ħsieb li binha jkollu edukazzjoni suriet in-nies.

Pariġi u t-teatru immodifika

 
Ritratt ta' Olympe de Gouges

Pariġi kellha relazzjoni ma' direttur ta' kumpannija qawwija tal-vapuri għat-trasport militari li kienet taħdem mal-Istat. Hu ried jiżżewwiġha imma hi rrefjutat, imma r-relazzjoni tagħhom damet sat-tmiem tar-Rivoluzzjoni. Ma jistax wieħed jgħid li Marie-Olympe de Gouges kienet "kortiġjana". Kienet tgħix ma' diversi rġiel li għenuha finanzjarjament biex iżżom livell ta' ħajja borgiża. Veru kellha relazzjonijiet ta' mħabba u passjoni, imma dawn ma jikkomparawx mal-libertinaġġ ipprattikat Versailles jew mill-borgeżija għolja Pariġina. Matul ħajjitha kollha, kellha ġibda kbira għat-teatru u fl-1778 bdiet tikkonċentra fuq il-kitba ta' kummiedji. Barra mit-teatru politiku li ġie rrappreżentat fi żmien ir-rivoluzzjoni, il-kummiedja li għamlitha famuża kienet l'Esclavage des Noirs ippubblikata fl-1792 u miżjuda mar-repertorju tal-Comédie-Française bit-titlu Zamore et Mirza, ou l'heureux naufrage ("Zamore u Mirza, jew in-nawfraġju ta' ferħ"). Din il-kummiedja u oħra intitulata le Marché des Noirs (1790), flimkien mas-saġġ Riflessioni dwar in-nies suwed (1788) ħallewha tidħol fis-Soċjetà tal-ħbieb tas-Suwed - il-lobby tal-abolizzjonisti - imwaqqfa fl-1788 minn Brissot.

Ir-rivoluzzjoni immodifika

Fl-1788, saret magħrufa bil-pubblikazzjoni ta' xogħlijiet żgħar li kienu diskussi ħafna f'dal-perjodu, partikolarment fil-"Journal général de France" imma anki f'ġurnali oħra. Olympe imbagħad żviluppat proġett ta' riforma patrijottika fil-famuża Ittra lill-Poplu fejn ipproponiet programm vast ta' riformi soċjali u soċjetarji fl-Osservazzjoniet patrijottiċi. Dawn ix-xogħlijiet kienu segwiti minn xogħlijiet żgħar oħra indirizzati lir-rappreżentanti tat-tliet leġiżlaturi prinċipali tar-Rivoluzzjoni, liċ-ċirkli patrijottiċi u diversi personalitajiet fosthom Mirabeau, La Fayette u Necker li kienet tammira partikolarment. Il-pożizzjoni tagħha kienet dejjem qrib dik tal-mistednin li kienu jattendu s-salott ta' Auteuil ta' Madame Helvétius, mart il-filosfu Adrien Helvétius.

 
L-ewwel paġna tad-Dikjarazzjoni tad-Drittijiet tal-Mara u ċ-Ċittadina

F'dan il-post ta' laqgħat kulturali, fejn kienu jiddefendu l-prinċipju tal-Monarkija Kostituzzjonali, kienu jiġu diskussi ħafna argumenti oħra dwar l-emanċipazzjoni tas-soċjetà Franċiża u b'partikolari ir-rwol tan-nisa fiha. Flimkien mal-membri l-oħra ta' dawn il-laqgħat f'Auteuil u minħabba fihom Olympe saret repubblikana. Dawn kollha kienu kontra l-eżekuzzjoni ta' Lwiġi XVI.

Fis-16 ta' Diċembru 1792 Olympe de Gouges offriet li tgħin lil Malesherbes fid-difiża tar-re quddiem il-konvenzjoni imma t-talba tagħha inċaħdet bil-ħdura. Kienet isostni li n-nisa kellhom il-ħila jieħdu f'idejhom ħafna mir-responsabiltajiet li tradizzjonalment huma riżervati għall-irġiel. Fil-kitba kważi kollha tagħha titlob li n-nisa jkun imdaħħlin fid-dibattiti politiċi u soċjali. Kitbet hekk: "Il-mara għandha d-dritt titla' għall-forka; għandha jkollha wkoll id-dritt li titla fuq ir-rostru." Kisbet il-permess li n-nisa jkunu jistgħu jidħlu għaċ-ċerimonja ta' karattru nazzjonali, "il-Festa tal-Liġi" tat-3 ta' Ġunju 1792 u wara fit-tifkira tar-rebħa tal-Bastille fl-14 ta' Lulju 1792.

Id-difiża tad-drittijiet tan-nisa kienet impenn kbir għal Olympe de Gouges. Kitbet id-Dikjarazzjoni tad-drittijiet tal-mara u ċ-ċittadina indirizzata lil Marija Antonjetta, fejn imxiet mad-Dikjarazzjoni tad-drittijiet tal-bniedem u ċ-ċittadin tal-1789, li fiha affermat l-ugwaljanza tad-drittijiet ċivili u politiċi bejn iż-żewġ sessi u insistiet fuq ir-restituzzjoni tad-drittijiet naturali lin-nisa li l-qawwa tal-preġudizzju kienet serqitilhom. F'dik l-epoka is-suffraġju kien jiddependi fuq il-ġid (lil ħaddiem il-vot kien iqumlu tlett ijiem xogħol) u l-maġġoranza tal-poplu Franċiż ma setax imur jivvota. Olympe talbet li jkun hemm il-possibbiltà li żwieġ jinħall u l-instawrazzjoni tad-divorzju (aċċettat l-għada tar-Rivoluzzjoni). Avanzat l-idea ta' kuntratt iffirmat bejn konkubini u ġġieldet għat-tfittix ħieles tal-paternità u r-rikonexximent tal-ulied barra miż-żwieġ.

Kienet ukoll fost l-ewwel nies li ppromovew sistema ta' welfare u fformulat - fil-wisa' - sistema ta' protezzjoni għall-ommijiet u t-tfal u rrakkomandat il-ħolqien ta' laqgħat nazzjonali biex jikkumbattu l-qagħad. Bl-istess mod ipproponiet il-ħolqien ta' djar għall-fqar u ta' sodod ta' lejl għat-tallaba.

It-tmiem immodifika

 
L-esekuzzjoni ta' Olympe de Gouges

Iżjed ma r-Rivoluzzjoni daħlet 'il ġewwa, iżjed saret ħarxa fil-kitba tagħha. Fit-2 ta' Ġunju 1793, il-Ġakobini arrestaw l-alleati tagħha, il-Ġirondini, tefgħuhom il-ħabs, u imbagħad f'Ottubru bagħtuhom għall-giljottina. Fl-aħħar, il-fuljett tagħha, Les trois urnes, ou le salut de la Patrie, par un voyageur aérien ("It-Tliet Urni jew il-Fidwa tal-Patrija, minn Żajjar Aerju") tal-1793, wassal biex tiġi arrestata. Il-fuljett talab referendum biex tintgħażel waħda minn tliet forom ta' gvern: l-ewwel, repubblika indiviżibbli, it-tieni gvern federali, jew it-tielet, monarkija kostituzzjonali.

Wara li ġiet arrestata, il-kommissarji fittxu x-xhieda ma' darha kollha. Meta ma' sabu xejn hemm, hi minn jeddha ħadithom il-maħżen fejn kienet iżżomm id-dokumenti. Hemm sabu dramm mhux komplut bit-titlu La France Sauvée ou le Tyran Détroné}} ("Franza Salvata, jew it-Tiran Detronizzat"). Fl-ewwel att (baqa' biss l-ewwel att u nofs), Marija-Antonjetta qed tippjana strateġija biex iżżomm il-monarkija milli taqa' u jikkonfrontawha l-forzi rivoluzzjonarji, fosthom De Gouges infisha. L-ewwel att jagħlaq b'De Gouges tipprietka lir-reġina fuq l-intenzjonijiet sedizzjużi li kellha u tgħidilha kif imissha tmexxi l-poplu tagħha. De Gouges u l-prosekutur it-tnejn użaw dan id-dramm bħala xhieda fil-proċess tagħha. Il-prosekutur sostna li kif Olympe pinġiet ir-reġina seta' jqajjem simpatija u appoġġ għall-Monarkiċi, waqt li hi stqarret li d-dramm wera li hi minn dejjem kienet tappoġġa r-rivoluzzjoni.[1]

Għaddiet tliet xhur il-ħabs mingħajr avukat, tipprova tiddefendi ruħha. L-imħallef ewlieni caħdilha d-dritt għal avukat, fuq il-bażi li żgur kellha l-ħila tiddefendi ruħha. Jidher li l-imħallef ibbaża l-argumenti tiegħu fuq it-tendenza li kellha De Gouge li tirrappreżenta ruħha fil-kitba.[1] Bl-għajnuna ta' ħbiebha, irnexxielha tippubblika żewġ testi: Olympe de Gouges au tribunal révolutionnaire ("Olympe de Gouges quddiem it-tribunal rivoluzzjonarju"), fejn irrakkontant l-interrogazzjonijiet tagħha u l-aħħar xogħol tagħha, Une patriote persécutée ("Patrijotta persegwitata"), fejn ikkundannat it-Terrur. Il-Ġakobini, li diġà kienu qatlu r-Re u r-Reġina, ma tantx kellhom aptit jittoleraw xi oppożizzjoni mill-intellettwali. De Gouges ingħatat sentenza għall-mewt fit-2 ta' 2 Novembru 1793, u ġiet ġustizzjata l-għada għal imġiba sedizzjuża biex tirristabbilixxi l-monarkija.[1] Olympe ġiet ġustizzjata xahar biss wara li kien ħareġ mandat għall-arrest ta' Condorcet u tlett ijiem biss wara l-mexxejja tal-Ġirondini ġew giljottinati. Indifnet fiċ-ċimiterju tal-Madeleine.

L-aħħar mumenti ta' ħajjet Olympe iddekrivihom wieħed Pariġin anonimu li żamm djarju ta' x'kien qiegħed jiġri:

Ilbieraħ, fis-sebgħa ta' filgħaxija, persuna mill-iżjed straordinarji bl-isem ta' Olympe de Gouges li kellha t-titlu imponenti ta' letterata, ittieħdet fuq il-patiblu biex tiġi ġustizzjata, u Pariġi kollha, waqt li ammirat is-sbuħija tagħha, kienet taf li lanqas taf l-alfabett.... Resqet lejn il-patiblu b'espressjoni kalma u serena fuq wiċċha, li ġiegħlet il-furji tal-giljottina, li kienu ġabuha f'dal post tat-terruri, li jammettu li kuraġġ u sbuħija bħal dawn qatt ma kienu raw bħalhom.... Dik il-mara... kienet intefgħet b'ruħha u ġisimha fir-Rivoluzzjoni. Imma ndunat malajr kemm kienet atroċi s-sitema li adottaw il-Ġakobini u għażlet li tmur lura. Ippruvat tneħħi l-makra minn wiċċ il-viljakki permezz tal-kitbiet tagħha li stampat u qiegħdet fejn jidhru. Qatt ma ħafrulha, u t-traskuraġni ħalset għaliha b'rasha."[2]

Posterità immodifika

 
Pierre Aubry de Gouges

Matul ħajjitha, Olympe de Gouges sikwit soffriet mill-preġudizzji (kienu jgħidu, pereżempju, li ma kinetx taf tikteb u xi ħadd ieħor kien jiktbilha kollox).Fl-istess ħin batiet ċerta ostilità min-naħa tan-nisa u wara l-eżekuzzjoni, in-nies baqgħu jiftakruha l-iżjed bħala prostituta.

Kellna nistennew sat-tmiem tat-Tieni Gwerra Dinjija biex il-figura ta' Marie-Olympe de Gouges toħroġ mill-karikatura u l-ħrejjef. Meta ġiet studjata u diskussa, partikolarment fl-Istati Uniti, fil-Ġappun u l-Ġermanja, l-oriġinalità, l-indipendenza ta' spirtu, il-kitba kuraġġuża u l-ġenerożità kbira, l-onestà intellettwali tagħha għamluha waħda mill-isbaħ figuri umanisti tas-seklu 18.

Franza, fit-tħejjija għaċ-ċelebrazzjoni tal-biċentinarju, il-kitba ta' Olympe de Gouges inqrat u ġiet editjata u kellha xi forma modesta ta' rikonoxximent. Wara Ottubru tal-1989, bis-saħħa tal-inizjattiva tal-istorika Catherine Marand-Fouquet, intbagħtu ħafna petizzjonijiet indirizzati lill-presidenza tar-Repubblika biex jitolbu li l-fdalijiet ta' Olympe de Gouges jittieħdu fil-Pantheon ta' Pariġi. F'Novembru tal-1993, l-istess Catherine Marand-Fouquet organizzat dimostrazzjoni quddiem il-Panthéon bħala tifkira tal-biċentenarju tal-eżekuzzjoni ta' Olympe.

Fis-6 ta' Marzu 2004, is-salib it-toroq ta' Rue Béranger, Rue Charlot, Rue Turenne u Rue Franche-Comté f'Parġi issemma Place Olympe de Gouges. Il-pjazza inawguraha is-sindku tat-tielet Arrondissement, Pierre Aidenbaum, flimkien mal-ewwel viċi sindku ta' Pariġi, Anne Hidalgo. F'din l-okkażjoni, l-attriċi Véronique Genest qrat silta mid-Dikjarazzjoni tad-Drittijiet tal-Mara.

Wara mewtha, skont Olivier Blanc,[3] binha, il-Ġeneral Pierre Aubry de Gouges mar il-Gujana ma' martu u l-ħames uliedu. Miet fl-1802, u wara l-armla tiegħu ippruvat tmur lura Franza, imma mietet abbord il-vapur hija u sejra lura. F'Gwadelup, iż-żewġ ulied bniet iżżewġu, Marie Hyacinthe Geneviève de Gouges lil uffiċjal Ingliż (Il-Kaptan William Wood), u Charlotte de Gouges lill-politiku Amerikan Robert S. Garnett, membru tal-Kungress tal-Istati Uniti li kellu xi pjantaġjuni f'Virginia.[3]

Xogħlijiet immodifika

Teatru immodifika

  • l’Esclavage des Noirs ou l’heureux naufrage (1786)
  • L’Homme généreux (1786)
  • Les Démocrates et les aristocrates, ou les curieux du champ de Mars (1790)
  • La Nécessité du divorce (1790)
  • Le Couvent, ou les vœux forcés (1790)
  • Mirabeau aux Champs Élysées (1791)
  • La France sauvée, ou le tyran détrôné (1792)
  • L’Entrée de Dumouriez à Bruxelles, ou les vivandiers (1793)
  • Déclaration des droits de la femme et de la citoyenne (1791)

Kitba politika immodifika

(fuljetti, kartelluni, artikli eċċetra)

  • Lettre au Peuple ou projet d’une caisse patriotique, par une citoyenne, Settembru 1788.
  • Remarques patriotiques par la Citoyenne auteur de la Lettre au peuple, Pariġi, Diċembru 1788.
  • Le bonheur primitif de l’homme, ou les rêveries patriotique, Amsterdam u Pariġi, Royer, 1789.
  • Dialogue allégorique entre la France et la Vérité', dédié aux États Généraux, April 1789.
  • Le cri du sage, par une femme, Pariġi, Mejju 1789.
  • Avis pressant, ou Réponse à mes calomniateurs, Pariġi, Mejju 1789.
  • Pour sauver la patrie, il faut respecter les trois ordres, c’est le seul moyen de conciliation qui nous reste, Pariġi, Ġunju 1789.
  • Mes vœux sont remplis, ou Le don patriotique, par Madame de Gouges, dédié aux États généraux, Pariġi, Ġunju 1789.
  • Discours de l’aveugle aux Français, par Madame de Gouges, Pariġi, 24 ta' Ġunju 1789.
  • Lettre à Monseigneur le duc d’Orléans, premier prince du sang, Pariġi, Lulju 1789.
  • Séance royale. Motion de Mgr le duc d’Orléans, ou Les songes patriotiques, dédié à Mgr le duc d’Orléans, par Madame de Gouges, 11 ta' Lulju 1789.
  • L’ordre national, ou le comte d’Artois inspiré par Mentor, dédié aux États généraux, Pariġi, Lulju-Awwissu 1789.
  • Lettre aux représentants de la Nation, París, L. Jorry, Settembru 1789.
  • Action héroïque d’une Française, ou la France sauvée par les femmes, par Mme de G..., Pariġi, 10 ta' Settembru 1789.
  • Le contre-poison, avis aux citoyens de Versailles, Pariġi, Ottubru 1789.
  • Lettre aux rédacteurs de la Chronique de Paris, 20 ta' Diċembru 1789.
  • Réponse au Champion américain, ou Colon très aisé à connaître, Pariġi, 18 ta' Jannar 1790.
  • Lettre aux littérateurs français, par Madame de Gouges, Pariġi, Frar ta' 1790.
  • Les Comédiens démasqués, ou Madame de Gouges ruinée par la Comédie française pour se faire jouer, Pariġi, 1790.
  • Départ de M. Necker et de Mme de Gouges, ou Les adieux de Mme de Gouges aux Français, Pariġi, 24 ta' April 1790.
  • Projet sur la formation d’un tribunal populaire et suprême en matière criminelle, présenté par Madame de Gouges le 26 mai 1790 à l’Assemblée nationale, Pariġi, Patriote français, 1790.
  • Bouquet national dédié à Henri IV, pour sa fête, Pariġi, Lulju 1790.
  • Œuvres de Madame de Gouges, Pariġi, 1790 (Ġabra tal-kitba politika tagħha mill-1788 sal-1790).
  • Le Tombeau de Mirabeau, April 1791.
  • Adresse au roi, adresse à la reine, adresse au prince de Condé, Observations à M. Duveyrier sur sa fameuse ambassade, par Mme de Gouges, Pariġi, Mejju 1791.
  • Sera-t-il roi ne le sera-t-il pas ?, par Madame de Gouges, Pariġi, Ġunju 1791.
  • Observations sur les étrangers, Lulju 1791.
  • Repentir de Madame de Gouges, Pariġi, 5 ta' Settembru 1791.
  • Les droits de la femme. À la reine, Déclaration des droits de la femme et de la citoyenne, Settembru 1791.
  • le Prince philosophe, París, Briand, 1792 (cuento oriental).
  • Le Bon Sens du Français, 17 ta' Frar 1792.
  • Lettre aux rédacteurs du Thermomètre du Jour, 1 ta' Marzu 1792.
  • L’Esprit français ou problème à résoudre sur le labyrinthe de divers complots, par madame de Gouges, París, veuve Duchesne, 22 ta' Marzu 1792.
  • Le Bon Sens français, ou L’apologie des vrais nobles, dédié aux Jacobins, Pariġi, 15 ta' April 1792.
  • Grande éclipse du soleil jacobiniste et de la lune feuillantine, pour la fin d’avril ou dans le courant du mois de mai, par la LIBERTE, l’an IV de son nom, dédié à la Terre, April 1792.
  • Lettre aux Français, April 1792.
  • Lettres à la reine, aux généraux de l’armée, aux amis de la constitution et aux Française citoyennes. Description de la fête du 3 juin, par Marie-Olympe de Gouges, Pariġi, société typographique aux Jacobins Saint-Honoré, Ġunju 1792.
  • Œuvres de Madame de Gouges, 2 volumi, Pariġi, veuve Duchesne (testi u teatru polítiku tal-1791 u l-1792).
  • Pacte national par marie-Olympe de Gouges, adressé à l’Assemblée nationale, 5 ta' Lulju 1792.
  • Lettre au Moniteur sur la mort de Gouvion, 15 ta' Lulju 1792.
  • Aux Fédérés, 22 ta' Lulju 1792.
  • Le Cri de l’innocence, Settembru 1792.
  • La Fierté de l’innocence, ou le Silence du véritable patriotisme, par Marie-Olympe de Gouges, Settembru 1792.
  • Les Fantômes de l’opinion publique. L’esprit qu’on veut avoir gâte celui qu’on a, Pariġi, Ottubru 1792.
  • Réponse à la justification de Maximilien Robespierre, adressé à Jérôme Pétion, par Olympe de Gouges, Novembru 1792.
  • Pronostic sur Maximilien Robespierre, par un animal amphibie, 5 Novembru 1792.
  • Correspondance de la Cour. Compte moral rendu et dernier mot à mes chers amis, par Olympe de Gouges, à la Convention nationale et au peuple, sur une dénonciation faite contre son civisme aux Jacobins par le sieur Bourdon, Pariġi, Novembru 1792.
  • Mon dernier mot à mes chers amis, Diċembru 1792.
  • Olympe de Gouges défenseur officieux de Louis Capet, de la imprenta de Valade hijo mayor, rue Jean-Jacques Rousseau, París, 16 ta' Diċembru 1792.
  • Adresse au don Quichotte du Nord, par Marie-Olympe de Gouges, Pariġi, Imprimerie nationale, 1792.
  • Arrêt de mort que présente Olympe de Gouges contre Louis Capet, Pariġi, 18 ta' Jannar 1793.
  • Complots dévoilés des sociétaires du prétendu théâtre de la République, Pariġi, Jannar 1793.
  • Olympe de Gouges à Dumouriez, général des armées de la République française, Pariġi, 22 ta' Jannar 1793.
  • Avis pressant à la Convention, par une vraie républicaine, Pariġi, 20 ta' Marzu 1793.
  • Testament politique d’Olympe de Gouges, 4 ta' Ġunju 1793.
  • Œuvres de Madame de Gouges, 2 volumes, París, 1793 (kitba politika tal-1792 u l-1793).
  • Les Trois Urnes, par un voyageur aérien, 19 ta' Lulju 1793.
  • Une patriote persécutée, à la Convention nationale, Awwissu tal-1793
  • Olympe de Gouges au Tribunal révolutionnaire, 21 ta' Settembru 1793

Referenzi immodifika

  1. ^ a b ċ Vanpée Janie, Performing Justice: The Trials of Olympe de Gouges, Theatre Journal, 1999, vol. 51, ħarġa 1, pp. 47–65 [1]
  2. ^ Mousset Sophie, Women's Rights and the French Revolution: A Biography of Olympe de Gouges, 2007, Transaction Publishers, New Brunswick u Londra, ISNB 978-0-7658-0345-0
  3. ^ a b Blanc Olivier, Marie-Olympe de Gouges, Editions René Viénet, Pariġi, 2003