L-Imqabba huwa raħal żgħir li jinsab fin-nofsinhar ta' Malta u li fih jgħixu madwar 3,200 resident. Għalkemm l-Imqabba huwa raħal żgħir ħafna, huwa uniku minħabba li l-biċċa l-kbira tal-ġebla tal-franka li tinsab f'Malta ġejja mir-raħal tal-Imqabba. Għaldaqstant dan il-raħal huwa speċjali għax huwa mogħni bl-uniku riżorsi naturali misjuba fuq din il-gżira. Il-maġġoranza tad-djar li hawn Malta huma mibnija bil-ġebla tal-franka li hija l-karatteristika ewlenija Maltija fil-kostruzzjoni tad-djar u bini ieħor. Il-fattur ġeografiku sawwar il-ħajja soċjo-ekonomika tar-raħal li l-biċċa l-kbira tal-ħaddiema tiegħu li jaħdmu fil-barrieri huma ħaddiema mill-Imqabba u mill-viċinanzi tal-Qrendi, Żurrieq, Siġġiewi, Kirkop, Safi u Luqa.

L-Imqabba
 Malta
Amministrazzjoni
Stat sovranMalta
Reġjuni ta’ MaltaWestern Region (Punent) (en) Translate
Kodiċi postali MQB
Ġeografija
Koordinati 35°50′39″N 14°28′01″E / 35.8442°N 14.4669°E / 35.8442; 14.4669Koordinati: 35°50′39″N 14°28′01″E / 35.8442°N 14.4669°E / 35.8442; 14.4669
Mqabba is located in Malta
Mqabba
Mqabba
Mqabba (Malta)
Superfiċjenti 2.6 kilometru kwadru
Għoli 95 m
Fruntieri ma' Ħal Luqa
Demografija
Popolazzjoni 3,315 abitanti (31 Marzu 2014)
mqabba.gov.mt

Koordinati: 35°50′39″N 14°28′1″E / 35.84417°N 14.46694°E / 35.84417; 14.46694

Postijiet Interessanti immodifika

  • Il-Knisja Parrokkjali
  • Il-Knisja ta' Santa Katerina
  • Il-Knisja tad-Duluri
  • Il-Knisja ta' San Bazilju
  • Il-Knisja ta' San Mikiel
  • It-Torri Vinċenti
  • L-istatwa ta' San Franġisk
  • Il-Katakombi tal-Mentna

Niċeċ immodifika

  • Il-Kunċizzjoni - Triq il-Parroċċa
  • Il-Kunċizzjoni/Qalb ta' Santa Marija - Triq Santa Katerina
  • Madonna tal-Karmnu - Triq il-Karmnu
  • San Ġużepp - Pjazza tal-Knisja
  • San Ġużepp - Triq San Bazilju
  • San Ġużepp - Triq Valletta
  • San Mikiel - Triq id-Duluri
  • San Mikiel - Triq il-Langasa
  • San Pawl - Pjazza Ġublew tad-Djamanti
  • San Pawl - Triq it-Torri Vincenti

Żoni fl-Imqabba immodifika

  • Ħajt tal-Matla
  • Ħal Millieri
  • Mintna
  • Ta' Kandja
  • Tal-Ħaġra
  • Tal-Landier
  • Tal-Wilġa
  • Tas-Sejba
  • Tax-Xantin
  • Tax-Xatba l-Ħamra

Ara wkoll immodifika

Ħoloq esterni immodifika