Miriam Spiteri Debono

nutar Maltija

In-Nutar Miriam Spiteri Debono (Rabat (Għawdex), 1952) kienet Speaker tal-Parlament bejn l-1996 u l-1998.

Miriam Spiteri Debono
Ħajja
Twelid 1952 (71/72 sena)
Nazzjonalità Malta
Okkupazzjoni
Okkupazzjoni nutar

Politika immodifika

Miriam Spiteri Debono kkontestat f'isem il-Partit Laburista f'erba' elezzjonijiet ġenerali fl-1981, fl-1987, fl-1992, u fl-1996. Wara din l-aħħar elezzjoni tagħha, il-Prim Ministru Alfred Sant kien ħatarha Speaker tal-Parlament.

Bejn l-1993 u l-1996, Miriam Spiteri Debono kienet ukoll President tal-Għaqda Nisa Laburisti.

L-isem tagħha ssemma sa mill-2013 bħala l-President tar-Repubblika li tissuċċedi lil George Abela.

Speaker immodifika

Fil-ftuħ tas-Seba' Parlament, fil-5 ta' Diċembru 1996, Miriam Spiteri Debono nħatret Speaker.

Din hija silta mill-minuti tal-laqgħa meta nħatret:

  ONOR. ALFRED SANT (Prim Ministru):  Nipproponi l-ħatra tan-Nutar Myriam Spiteri Debono bħala Speaker ta' din il-Kamra.

  SKRIVAN TAL-KAMRA:  Min jissekonda?

  ONOR. EDDIE FENECH ADAMI (Kap tal-Oppożizzjoni):  Nissekonda.

  SKRIVAN TAL-KAMRA:  Il-mistoqsija hi l-elezzjoni tan-Nutar Myriam Spiteri Debono bħala Speaker tal-Kamra tad-Deputati.  Dawk favur? (Onor. Membri:  Iva)  Dawk kontra? Għaddiet.

Il-mozzjoni għaddiet nem. con.

L-Onor. Myriam Spiteri Debono twasslet sas-Sedja mill-Prim Ministru, mill-Kap tal-Oppożizzjoni u mill-Iskrivan tal-Kamra.

   SINJURA SPEAKER (Onor. Myriam Spiteri Debono):  Bil-permess tal-Kamra naħseb li jkun xieraq illi ngħid kelmtejn ta’ ringrazzjament. L-ewwel nett nixtieq nirringrazzja lill-Onor. Prim Ministru li pproponieni u lill-Onor. Kap tal-Oppożizzjoni li għoġbu jissekondani għal din il-ħatra. L-għażla tiegħi, maqbula bejnietkom, hija xhieda tal-impenn kemm tal-Gvern u kemm tal-Oppożizzjoni biex f’pajjiżna l-preżenza attiva tan-nisa fl-ogħla istituzzjonijiet tal-pajjiż tkompli tinħass u tikber.  Ta' dan nirringrazzjahom b'mod speċjali. (Applaws)

Nirringrazzja wkoll lill-Kamra kollha talli għoġobha tafdani b’din il-kariga ta’ responsabbiltà kbira li bl-għajnuna t’Alla u tal-Membri kollha tal-Kamra se nfittex li naqdi b’fedeltà u lealtà sħiħa lejn pajjiżi u lejn il-poplu tagħna.  Inħoss li lkoll kemm aħna f’dan il-Parlament l-ewwel u qabel kollox għandu jkollna l-ħakma fuqna nfusna biex neżerċitaw awtodixxiplina u nkunu rappreżentanti denji tal-poplu.

Hawn fostna min hu żgħir fl-età, hawn min hu aktar matur u ta’ esperjenza, iżda nħoss li l-operat tagħna lkoll għandu jkun imnebbaħ mis-sinċerità u mill-ġenwinità li sfortunatament ħafna minna nitilfu meta ma nibqgħux tfal.

Għalhekk filwaqt li nitlob lil Alla biex iżomm idejh fuqna u lill-Ispirtu s-Santu biex jiggwidana, nistieden lill-Kamra biex tkompli bix-xogħol tagħha skont kif indikat fl-aġenda. (Applaws)

Predeċessur
Lawrence Gonzi
Speaker tal-Parlament
1996-1998

Suċċessur
Anton Tabone