Mekkanika klassika

Bil-frażi mekkanika klassika ġeneralment infissru, fil-fiżika u fil-matematika, il-ġabra ta' teoriji mekkaniċi (bil-formaliżmi tagħhom) żviluppati sal-1800.

Sikwit naqsmu l-mekkanika klassika f'żewġ teoriji distingwibbli sewwa: il-mekkanika newtonjana (jew sempliċement mekkanika), formulata għall-ewwel darba minn Newton fit-trattat famuż Philosophiae Naturalis Principia Mathematika ippubblikat fl-1687 (daż-żmien magħruf bħala Principia) u il-mekkanika analitika (li ngħidula wkoll mekkanika razzjonali) żviluppata minn Lagrange, Hamilton, Liouville, Jacobi u oħrajn bejn it-tieni nofs tal-1700 u l-aħħar tal-1800. Ta' min josserva li ż-żewġ teoriji, għalkemm joħorġu minn prinċìpji differenti (il-postulati ta' Newton fl-ewwel każ; il prinċipju ta' azzjoni minima fit-tieni) u jużaw metodi matematiċi sostanzjalment differenti (kalkulu sempliċi fl-ewwel, kalkulu tal-variazzjonijiet u elementi ta' analisi matematika ogħla fit-tieni), jaslu sostanzjalment għal riżultati ekwivalenti mill-punto di vista sperimentali.

Problemi li għalihom ma nistgħux napplikaw l-ipoteżi tal-kontinwu nistgħu nistudjawhom bil-liġijiet tal-mekkanika statistika. Biex inkunu nistgħu niddefinixxu l-kamp ta' validità ta' din l-ipoteżi, ġie definit in-numru ta' Knudsen. Problemi li għalihom dan-numru għandu ordni ta' kobor ta' wieħed jew iżjed ma jistgħux ikunu studjati bil-liġijiet tal-mekkanika tal-kontinwu.

Il-mekkanika klassika tiddeskrivi b'mod sostanzjalment preċiż il-biċċa kbira tal-fenomeni mekkaniċi li nosservaw direttament fil-ħajja ta' kuljum. Imma nsibu diskrepanza konsiderevoli bejn it-tbassir tal-mekkanika klassika u l-esperimenti għal sistemi fejn il-veloċità tkun paragunabbli mall-veloċità tad-dawl u għal sistemi ta' dimensjonijiet spazjali paragunabbli ma' dawk atomiċi jew molekulari (fejn il-kostanti fundamentali li niltaqgħu magħha hi l-kostanti ta' Planck). F'dawn il-każijiet hemm bżonn li minflok il-mekkanika klassikali nużaw rispettivament il-mekkanika relativistika u l-mekkanika kwantistika.

Bibljografija immodifika

Ħoloq esterni immodifika