Massimo Oddo (twieled fl-14 ta' Ġunju 1976) huwa kowċ u eks-plejer tal-futbol Taljan li kien jilgħab fl-irwol ta' difensur lemini. Mat-tim nazzjonali hu rnexxielu jirbaħ it-Tazza tad-Dinja.

Massimo Oddo
Informazzjoni personali
Isem sħiħMassimo Oddo
Twelid14 ta' Ġunju 1976 (1976-06-14) (47 sena)
Città Sant'Angelo, Italja
Tul1.82 m
RwolDifensur lemini
Mixtliet
1992–1993Renato Curi Angolana
1993–1995Milan
Karriera professjonali
SninKlabb
1995–1999Milan
1995–1996Fiorenzuola (self)
1996Monza (self)
1996–1997Prato (self)
1997–1998Lecco (self)
1998–1999Monza (self)
1999–2000Napoli
2000–2002Verona
2002–2007Lazio
2007–2012Milan
2008–2009Bayern Munich (self)
2011–2012Lecce (self)
Tim nazzjonali
2002–2008Italja

Karriera immodifika

Klabb immodifika

Massimo Oddo beda l-futbol professjonali mat-tim tas-Serie C1 Fiorenzuola, biex fis-snin ta' wara, dejjem fl-istess serje, lagħab ma' Monza, Prato u Lecco.

Id-debutt fis-Serie B wasal flimkien mat-tim ta' Monza, u ma' Verona lagħab l-ewwel żewġ kampjonati fis-Serie A. Wara ngħaqad mal-Lazio u hemmhekk hu sar kaptan tal-iskwadra u kien f'dan iż-żmien li ntgħażel għall-ewwel darba mat-tim nazzjonali tal-Italja fil-partita kontra s-Slovenja li kienet spiċċat f'telfa ta' 1–0 għat-Taljani.

F'Jannar tal-2007 ġie akkwistat mill-Milan għas-somma ta' 7.75 miljun flimkien mat-trasferiment permanenti ta' Pasquale Foggia li kien diġà jinsab f'self mat-tim Lazjali. L-ewwel logħba mar-Rossoneri wasal kontra t-tim ta' Parma fit-28 ta' Jannar 2007 fir-rebħa ta' 1–0, u skorja l-ewwel gowl mat-tim kontra Chievo fir-rebħa ta' 3–1. Oddo kien parti mit-tim Minalista li rebaħ ċ-Champions League f'rebħa ta' 2–1 fuq Liverpool, u kif ukoll is-Supercup Ewropea tat-tim f'Awwissu meta rebħu lit-tim ta' Sevilla.

Nhar it-28 ta' Awwissu 2008, Oddo ġie msellef għal sena lit-tim tal-Bundesliga Bayern Munich b'għażla li jiġi mixtri b'mod definittiv fl-aħħar tal-istaġun, għażla li ma ttieħditx mill-klabb Bavarjan.

Internazzjonali immodifika

Oddo għamel id-debutt tiegħu mat-tim nazzjonali Taljan fl-2002. Hu beda mal-ewwel ħdax fl-ewwel seba' partiti tal-logħob ta' kwalifika għall-Kampjonati Ewropej 2004. Matul il-kompetizzjoni fil-Portugall, huwa daħal bħala sostitut f'partita waħda kontra l-Bulgarija, u assista l-gowl li għen lill-Italja biex jirbħu l-logħba. Oddo kien parti mit-tim rebbieħ tat-Tazza tad-Dinja 2006. Huwa lagħab biss 23 minuta mill-partita kontra l-Ukrajna.

Oddo skorja l-ewwel gowl internazzjonali għall-Italja minn penalty fil-partita ta' kwalifikazzjoni għall-Kampjonati Ewropej 2008 fis-7 ta' Ottubru 2006 kontra l-Ukrajna.

Unuri immodifika

Klabb immodifika

Lazio
Milan

Nazzjonal immodifika

Ħoloq esterni immodifika