Il-Kulleġġ Malti tal-Arti, Xjenza u Teknoloġija (MCAST) huwa tip ta' kulleġġ postsekondarju f'Malta fejn l-istudenti jmorru biex ikomplu l-istudji tagħhom qabel jidħlu fid-dinja tax-xogħol.[1]

Il-Kampus tal-MCAST

Istituti jew Ċentri immodifika

Il-Kampus Prinċipali tal-MCAST jinsab fit-Telgħa ta' Kordin, Raħal Ġdid. Hemm istituti oħra tal-MCAST mifruxin ma' Malta u Għawdex, fosthom il-Kalkara, Tas-Sliema, l-Imsida, Ħal Qormi, in-Naxxar u l-Mosta f'Malta, u f'Għawdex hemm ċ-Ċentri fix-Xagħra u x-Xewkija.

B'kollox insibu ħdax-il istitut jew ċentru. Dawn huma:

  • L-Istitut tal-Inġinerija Mekkanika (Raħal Ġdid)
  • L-Istitut tal-Inġinerija Elettrika u Elettronika (Raħal Ġdid)
  • L-Istitut tal-Inġinerija tal-Bini u l-Kostruzzjoni (In-Naxxar)
  • L-Istitut tat-Teknoloġija tal-Informatika u l-Komunikazzjoni (Raħal Ġdid)
  • L-Istitut tan-Negozju u l-Kummerċ (Raħal Ġdid)
  • L-Istitut tal-Arti u d-Disinn (Il-Mosta)
  • L-Istitut Marittimu (Il-Kalkara)
  • L-Istitut għas-Servizzi fil-Komunità (Tas-Sliema u l-Imsida)
  • L-Istitut tal-Agrikummerċ (Ħal Qormi)
  • Iċ-Ċentri tal-MCAST f'Għawdex (Ix-Xagħra u x-Xewkija)

Referenzi immodifika

  1. ^ nocilla_d3oqqe (2019-04-01). "My Calendar" (bl-Ingliż). Miġbur 2022-05-04.