Lorine Zineb Nora Talhaoui, magħrufa wkoll bħala Loreen (Stokkolma, 16 ta' Ottubru 1983) hija kantanta pop u produttriċi tal-mużika Żvediża ta' dixxendenza Marokkina. Hi rebħet id-dritt li tirrapreżenta lill-Iżvezja fil-Festival tal-Eurovision 2012 bil-kanzunetta "Euphoria".

Loreen
Informazzjoni ġenerali
Isem sħiħ Lorine Zeineb Nora Talhaoui
Twieldet 16 ta' Ottubru 1983 (1983-10-16) (40 sena)
Oriġini Stokkolma, Żvezja
Ġeneru Mużika trance, Dance
Snin ta' attività 2004–preżent
Artisti relatati Warner Music Sweden
Sit uffiċjali www.loreen.se

Billi kienet interessata li sir mużiċista, ħadet parti f' Idol 2004, kompetizzjoni tat-televiżjoni, u spiċċat fir-4 post ġenerali. Il-sena ta' wara ħarġet l-ewwel kanzunetta tagħha, "The Snake", mal-banda Rob'n'Raz u saret preżentatriċi televiżiva fuq TV400. Hija taħdem bħala produttriċi u direttriċi għal diversi wirjiet tat-televiżjoni Żvediża. Fl-2011 ħarġet diska "My Heart Is Refusing Me" b'suċċess kummerċjali fl-Iżvezja.

Ħoloq esterni immodifika