Leonardo Nascimento de Araújo (twieled fil-5 ta' Settembru 1969), magħruf aktar bħala Leonardo, huwa eks-plejer, kowċ u eżekuttiv tal-futbol Brażiljan. Attwalment, jinsab ikopri l-irwol ta' direttur sportiv ta' Paris Saint-Germain.

Leonardo
Informazzjoni personali
Isem sħiħLeonardo Nascimento de Araújo
Twelid5 ta' Settembru 1969 (1969-09-05) (54 sena)
NiteróiBrażil
Tul1.75 m
RwolDifensur xellugi / Midfilder offensiv
Mixtliet
1984–1987Flamengo
Karriera professjonali
SninKlabb
1987–1990Flamengo
1990–1991São Paulo
1991–1993Valencia
1993–1994São Paulo
1994–1996Kashima Antlers
1996–1997Paris Saint-Germain
1997–2001Milan
2001–2002São Paulo
2002Flamengo
2002–2003Milan
Tim nazzjonali
1990–2002Brażil
Timijiet ikkowċjati
2009–2010Milan
2010–2011Inter
2017Antalyaspor

Bijografija immodifika

Leonardo twieled u trabba f'Niterói, ġewwa l-Brażil. Hu għandu tliet itfal mal-ewwel mara tiegħu, u hu miżżewweġ lil Anna Billó, preżentatriċi fuq Sky Italia, li magħha għandu tifel.[1]

Karriera immodifika

Plejer immodifika

Leonardo beda l-karriera tiegħu mal-klabb Brażiljan ta' Flamengo fl-1987; fl-età ta' sbatax-il sena ngħata l-opportunità li jilagħab mal-eroj tiegħu Zico flimkien ma' Leandro, Bebeto u Renato Gaúcho, u kien ta sehmu fir-rebħ tal-ewwel kampjonat Brażiljan personali. Fl-1990, Leonardo iffirma ma São Paulo, u fl-1991, Leonardo, Raí, u talenti żgħażagħ oħra ffurmaw parti mill-iskwadra taħt il-gwida tal-leġġenda Brażiljana Telê Santana, imsejħa bħala esquadrão tricolor ("skwadra ta' tliet kuluri") li rebħu l-kampjonat Brażiljan.

Aktar tard dik is-sena, huwa ffirma mal-klabb Spanjol ta' Valencia. Wara żewġ staġuni, irritorna lejn il-Brażil għal perjodu qasir ma' São Paulo fl-1993, li matulu t-tim rebaħ diversi titli, inkluż il-Copa Libertadores u t-Tazza Interkontinentali.

Fl-1994, wara t-Tazza tad-Dinja, Leonardo iffirma mal-klabb Ġappuniż ta' Kashima Antlers fil-kampjonat ġdid iffurmat tal-J. League. Ma' Kashima reġa' ssieħeb mal-idolu tiegħu Zico, sakemm fl-1996, irritorna fl-Ewropa ma' Paris Saint-Germain (PSG).

F'dan il-punt fil-karriera tiegħu, Leonardo kien waqaf milli jilgħab bħala difensur xellugi u inbidel għal pożizzjonijiet iktar offensivi f'nofs il-grawnd u fl-attakk, fosthom bħala midfilder offensiv jew bħala t-tieni attakkant. Fis-sajf tal-1997, iffirma mat-tim Taljan ta' Milan, għas-somma ta' 8.5 miljun ewro mingħand PSG. Mal-Milan sar figura prominenti tat-tim kif ukoll mal-partitarji. Magħhom lagħab erba' staġuni sħaħ u skorja 22 gowl f'177 logħba, qabel ma rritorna lejn il-Brażil ma' São Paulo u Flamengo. Aktar tard, reġa' ngħaqad mal-Milan u spiċċa l-karriera tiegħu magħhom fl-2003.

Internazzjonali immodifika

Leonardo għamel id-debutt internazzjonali tiegħu fl-1990 mat-tim nazzjonali Brażiljan. Huwa kien magħżul bħala d-difensur xellugi tat-tim għat-Tazza tad-Dinja 1994 fejn ħa post iż-żagħżugħ Roberto Carlos. Leonardo lagħab tajjeb fl-ewwel logħbiet iżda mbagħad ġiet mogħti sospensjoni ta' erba' logħbiet minħabba li ta daqqa ta' minkeb lil midfilder Amerikan Tab Ramos. Is-sospensjoni ta' Leonardo ma ħallitux jipparteċipa għall-bqija tal-kompetizzjoni; din kienet it-tieni l-itwal sospensjoni fl-istorja tat-Tazza tad-Dinja, wara t-tmien logħbiet li ngħata Mauro Tassotti wara li kiser imnieħer Luis Enrique fl-istess turnew.

Fl-1997, Leonardo ifforma parti essenzjali tat-tim li rebaħ il-Copa América u t-Tazza tal-Konfederazzjonijiet. Fit-tieni parteċipazzjoni tiegħu fit-Tazza tad-Dinja, fl-edizzjoni tal-1990, Leonardo lagħab is-seba' logħbiet u għen lill-Brażil jispiċċaw bħala finalisti telliefa. Hu temm il-karriera internazzjonali fl-2002 wara 60 logħba u tmien gowls.

Kowċ immodifika

Milan immodifika

Kmieni fl-2008 inħatar direttur tekniku tal-klabb preċedenti tiegħu tal-Milan. Aktar tard fl-istess sena huwa kiseb iċ-ċittadinanza Taljana, wara tnax-il sena fl-Italja bħala resident.[2]

Wara t-tluq ta' Carlo Ancelotti minn mal-Milan biex issir kowċ ta' Chelsea fl-aħħar ta' Mejju tal-2009, Leonardo issemma kowċ ta' Milan[3][4] minkejja li kellu neqsin il-kwalifiki meħtieġa. Minkejja dan, huwa kien eżentat milli jeħtieġ il-liċenzja professjonali tal-UEFA, li hija mandatorja għall-kowċis tas-Serie A, minħabba li preċedentament kien rebaħ it-Tazza tad-Dinja bħala plejer. Leonardo ma ħela l-ebda żmien u ddikjara li ried li t-tim jixtiequ li jilgħab futbol attraenti.[5]

Wara bidu kemmxejn fqir tal-istaġun, fosthom telfa ta' 4–0 kontra r-rivali tal-Inter, ir-riżultati bdew jirpiljaw grazzi għall-bidla fil-formazzjoni ta' 4–2–1–3. Din it-tattika, li kienet pjuttost mhux tas-soltu għall-futbol Taljan, iffokat fuq il-plejers kreattivi bħal Ronaldinho, Andrea Pirlo u Clarence Seedorf, u għenet lill-Milan biex itejbu r-riżultati kemm fis-Serie A u anke fil-UEFA Champions League, fosthom rebħiet notevoli ta' 3–2 kontra Real Madrid u 3–0 kontra Juventus, li din tal-aħħar poġġiet lill-Milan sitt punti wara l-Inter fit-tieni post tal-klassifika wara nofs staġun. Il-passaġġ għall-finali tal-UEFA Champions League twaqqaf bikri hekk kif il-Milan ġew eliminati fl-ewwel fażi eliminatorja minn Manchester United f'telfa aggregata ta' 2–7 (2–3, 0–4).

Fil-ġimgħat qabel it-tmiem tal-istaġun, kien hemm għajdut li Leonardo jista' jħalli lil Milan. F'April tal-2010, Leonardo ikkonferma d-diverġenzi mas-sid tal-klabb u l-Prim Ministru Taljan Silvio Berlusconi.[6] Aktar tard ġie kkonfermat li Leonardo kien se jħalli lill-Milan wara l-aħħar logħba kontra Juventus.[7]

Inter immodifika

Fl-24 ta' Diċembru 2010, wara ġranet ta' spekulazzjoni, ġie kkonfermat li Leonardo se jieħu f'idejh il-kariga ta' kowċ ta' Inter, fejn ħa post Rafael Benítez, f'pass kemmxejn kontroversjali minħabba r-rivalità bejn Inter u Milan. Hu ffirma kuntra ta' tmintax-il xahar bi skadenza fit-30 ta' Ġunju 2012.[8] Leonardo beda tajjeb ħafna u kiseb 30 punt minn tnax-il logħba, b'medja ta' 2.5 punti għal kull logħba, rata aħjar minn dik tal-predeċessuri tiegħu Benítez u José Mourinho. Fis-6 ta' Marzu 2011, Leonardo kiser rekord fis-Serie A billi ġabar 33 punt fi tlettax-il logħba, fejn ir-rekord preċedenti kien dak ta' 32 punt mill-istess numru ta' logħbiet miksub minn Fabio Capello fl-istaġun 2004–05.

Fil-15 ta' Marzu 2011, Leonardo wassal lill-Inter għal rebħa memorabbli ta' 3–2 kontra Bayern Munich fl-Allianz Arena fl-aħħar sittax tal-UEFA Champions League wara li tilfu l-ewwel leg f'darhom. Fit-2 ta' April 2011, Inter tilfu 3–0 kontra r-rivali tal-Milan, u ġimagħtejn wara, reġgħu tilfu 2–0 kontra Parma li sa dak iż-żmien kienu qed jiġġieldu biex iżommu posthom fl-ogħla kampjonat. B'din it-telfa, l-aspirazzjonijiet għat-titlu ntemmu. Fid-29 ta' Mejju 2011, Internazionale għelbu lil Palermo 3–1 biex jagħtu l-ewwel u l-unika tazza lil Leonardo bħala kowċ ta' Inter, il-Coppa Italia. Huwa rriżenja minn ma' Inter fit-18 ta' Ġunju 2011.

Statistika tal-karriera immodifika

Klabb immodifika

Staġun Klabb Kampjonat Kampjonat Tazza Kkontinentali Oħrajn Total
Preż Gowls Preż Gowls Preż Gowls Preż Gowls Preż Gowls
1987 Flamengo Série A 18 0 - - - - - - 18 0
1988 18 0 - - - - ? 0 18+? 0
1989 16 0 8 0 ? 0 - - 24+? 0
1990 São Paulo Série A 22 0 4 3 - - - - 26 3
1991 22 1 - - - - - - 22 1
1991–92 Valencia La Liga 37 3 ? ? - - - - 37+? 3+?
1992–93 34 3 ? ? - - - - 34+? 3+?
1993 São Paulo Série A 12 3 - - ? 2 2 0 14+? 5
1994 - - - - - - 1 1 1 1
1994 Kashima Antlers J. League 9 7 1 0 - - - - 10 7
1995 28 17 3 1 - - - - 31 18
1996 12 6 10 5 - - - - 22 11
1996–97 Paris Saint-Germain Diviżjoni 1 32 7 2 0 9 3 - - 43 10
1997–98 2 0 - - 1 0 - - 3 0
1997–98 Milan Serie A 27 3 5 1 - - - - 32 4
1998–99 27 12 2 0 - - - - 29 12
1999–00 20 4 1 1 5 1 - - 26 6
2000–01 22 3 5 2 5 1 - - 32 6
2001 São Paulo Série A 13 0 - - - - - - 13 0
2002 Flamengo Série A 0 0 - - - - - - 0 0
2002–03 Milan Serie A 1 0 4 2 - - - - 5 2
Total tal-karriera 372 69 45+? 15+? 20+? 7 2+? 1 439+? 92+?

Internazzjonali[9] immodifika

  Brażil
Sena Preż Gowls
1990 2 0
1991 3 0
1992 0 0
1993 2 0
1994 9 0
1995 7 2
1996 3 0
1997 17 4
1998 8 0
1999 2 1
2000 0 0
2001 2 0
Total 55 7

Statistika maniġerjali immodifika

Tim Minn Sa Kompetizzjoni Rekord
G R D T Rebħ % GF GK DG
Milan 1 ta' Ġunju 2009 16 ta' Mejju 2010 Serie A 700138000000000000038 700120000000000000020 700110000000000000010 70008000000000000008 700152630000000000052.63 60 39 +21
Coppa Italia 70002000000000000002 70001000000000000001 50000000000000000000 70001000000000000001 700150000000000000050.00 2 2 0
Ewropa 70008000000000000008 70002000000000000002 70003000000000000003 70003000000000000003 700125000000000000025.00 10 14 –4
Total &0000000000000048.00000048 &0000000000000023.00000023 &0000000000000013.00000013 &0000000000000012.00000012 &0000000000000047.92000047.92 72 55 +17
Internazionale 29 Diċembru 2010 1 ta' Lulju 2011 Serie A 700123000000000000023 700117000000000000017 70002000000000000002 70004000000000000004 700173910000000000073.91 49 18 +31
Coppa Italia 70005000000000000005 70003000000000000003 70002000000000000002 50000000000000000000 700160000000000000060.00 8 4 +4
Ewropa 70004000000000000004 70001000000000000001 50000000000000000000 70003000000000000003 700125000000000000025.00 6 10 –4
Total &0000000000000032.00000032 &0000000000000021.00000021 &0000000000000004.0000004 &0000000000000007.0000007 &0000000000000065.63000065.63 63 32 +31
Totali tal-karriera Kampjonat &0000000000000061.00000061 &0000000000000037.00000037 &0000000000000012.00000012 &0000000000000012.00000012 &0000000000000060.66000060.66 109 57 +52
Tazza &0000000000000007.0000007 &0000000000000004.0000004 &0000000000000002.0000002 &0000000000000001.0000001 &0000000000000057.14000057.14 10 6 +4
Ewropa &0000000000000012.00000012 &0000000000000003.0000003 &0000000000000003.0000003 &0000000000000006.0000006 &0000000000000025.00000025.00 16 24 –8
Total &0000000000000080.00000080 &0000000000000044.00000044 &0000000000000017.00000017 &0000000000000019.00000019 &0000000000000055.00000055.00 135 87 +48

Unuri immodifika

Plejer immodifika

Flamengo
São Paulo
Kashima Antlers
Milan
Tim nazzjonali

Kowċ immodifika

Inter

Referenzi immodifika

  1. ^ "Leonardo proposes to presenter girlfriend live on Italian television" (bl-Ingliż). Yahoo Sports. 2013-03-15. Miġbur 2013-03-15.
  2. ^ "Leonardo è cittadino italiano" (bit-Taljan). La Gazzetta dello Sport. 2008-12-17. Miġbur 2009-05-31.
  3. ^ "Ancelotti leaves job at AC Milan" (bl-Ingliż). BBC Sport. 2009-06-01.
  4. ^ "ARRIVEDERCI CARLETTO!" (bit-Taljan). AC Milan. 2009-06-02.
  5. ^ "Leonardo Wants Milan To Play Attacking Football" (bl-Ingliż). Goal.com. 2009-06-02. Arkivjat minn l-oriġinal fl-2012-08-29. Miġbur 2013-08-03.
  6. ^ "Coach Leonardo unsure over his future with A.C. Milan" (bl-Ingliż). BBC Sport. 2010-04-30. Miġbur 2010-05-01.
  7. ^ "Leonardo Confirms He Will Leave Milan – OFFICIAL" (bl-Ingliż). Goal.com. 2010-05-14.
  8. ^ "Benvenuto!: Leonardo allenatore dell'Inter" (bit-Taljan). FC Internazionale Milano. 2010-12-24. Arkivjat minn l-oriġinal fl-2010-12-27. Miġbur 2010-12-24.
  9. ^ Leonardo Araújo fuq National-Football-Teams.com