Leman Altınçekiç

Leman Bozkurt Altınçekiç (twieldet fl-1932 – mietet fl-4 ta' Mejju 2001) kienet l-ewwel pilota tal-ġett mara fil-Forza tal-Ajru Torka u n-NATO .

Leman Altınçekiç
Ħajja
Isem propju Leman Bozkurt
Twelid Sarıkamış (en) Translate, 1932
Nazzjonalità Turkija
L-ewwel lingwa Tork
Mewt İzmir, 4 Mejju 2001
Post tad-dfin Paşaköprü Cemetery (en) Translate
Edukazzjoni
Alma mater Turkish Air Force Academy (en) Translate
Lingwi Tork
Okkupazzjoni
Okkupazzjoni bdot
Grad kurunell

Bijografija immodifika

Leman Bozkurt twieldet fl-1932 f'Sarıkamış, fil-Provinċja ta' Kars. Wara li ggradwat mill-skola sekondarja tal-bniet f'Istanbul, hija applikat fiċ-Ċentru għat-Taħriġ ta' İnönü tal-Assoċjazzjoni Aeronawtika Torka fid-distrett ta' Inönü tal-Provinċja ta' Eskişehir biex tkun imħarrġa bħala pilota tal-glider.[1]

Meta l-Forza tal-Ajru Torka ddeċidew li jħallu lin-nisa jinkitbu fl-1954, hija applikat għall-Forzi tal-Ajru. Hi kienet l-ewwel studenta mara fl-iskola militari f'İzmir. Kienet imħarrġa fuq l-ajruplani tal-iskrun bejn l-1955 u l-1957. F'intervista tgħid li fil-jiem bikrija l-iskola ma kellhiex faċilità fejn joqgħodu l-istudenti nisa u hi kellha toqgħod bħala mistiedna fid-dar ta' familja ta' uffiċċjal. Fit-30 ta' Awwissu 1957 hija ggradwat bħala pilota militari. Minkejja li aktar tard ħames studenti nisa oħra ġew aċċettati l-iskola, hija kienet l-unika studenta mara li ssiebħet fl-unità tal-avjazzjoni fil-bażi militari ta' Eskişehir.[2] Kienet imħarrġa f'Eskişehir bħala pilota tal-ġett u kisbet il-grad tat-tieni logutenent fit-22 ta' Novembru 1958.[3] Sal-1967 hija taret fir-Republic F-84 Thunderjet u Lockheed T-33. Lejn tmiem il-karriera tagħha serviet bħala kurunell tal-ajru.[1]

Ħajja privata immodifika

Fl-1959, Leman Bozkurt iżżewġet lil Tahir Altınçekiç, kollega f'Eskişehir.[4] Hi mietet fl-4 ta' Mejju 2001 f'İzmir[1] u tinsab midfuna fiċ-ċimiterju ta' Karabağlar.[5]

Fl-1 ta'Diċembru 1984, li kien jaħbat il-50 anniversarju mis-suffraġju għan-nisa Torok, hi ġiet mistiedna fil-Parlament Tork biex tirċievi plakka talli kienet l-ewwel mara f'din il-professjoni.[2]

Referenzi immodifika

  1. ^ a b ċ "Paġna uffiċjali ta' Leman Altınçekiç" (bit-Tork). Arkivjat minn l-oriġinal fl-2010-05-14.
  2. ^ a b "Interview in tayyareci page" (bit-Tork).
  3. ^ "First Jet Pilots and Jet Aircraft" (bl-Ingliż). Forza tal-Ajru Torka. Arkivjat minn l-oriġinal fl-2016-05-12.
  4. ^ "Paġna 4". Milliyet (bit-Tork). 1959-09-05.
  5. ^ "Albay Leman toprağa verildi" (bit-Tork). Türkiye. 2001-05-07.