Korfù

gżira Griega fil-Baħar Jonju

Korfù (miktuba wkoll Korfu; magħrufa wkoll bħala Kerkira, /korˈʧira/; bil-Grieg: Κέρκυρα o Κόρκυρα, Kérkyra; bil-Latin: Corcyra; bl-Ingliż: Corfu) hija gżira Griega, fil-Baħar Jonju, quddiem ix-xtajta t'Epiru, fil-konfini ta' bejn il-Greċja u l-Albanija.[1][2] Hija maqtugħa mill-Greċja kontinentali permezz ta' fliegu li jvarja fil-wisa' minn 3 sa 25 kilometru u tinkludi l-gżejriet kollha fil-qrib sew tagħha. Il-gżira hija parti mill-unità reġjonali ta' Korfù, u hija amministrata minn tliet muniċipalitajiet mal-gżejjer ta' Othonoi, Ereikoussa, u Mathraki.[3] F'Korfù hemm ukoll l-Università tal-Jonju. Il-gżira għandha erja ta' 613.6 kilometru kwadru, jiġifieri kważi d-doppju tal-erja ta' Malta. Il-belt ewlenija għandha l-istess isem tal-gżira, jiġifieri Korfù u n-nies tal-post isejħulha Kerkira.

Korfù
 Greċja
Amministrazzjoni
Stat sovranGreċja
Administrative territorial entityDecentralized Administration of Peloponnese, Western Greece and the Ionian Islands (en) Translate
Administrative region of GreeceReġjun tal-Gżejjer tal-Jonju
Prefecture of GreecePrefettura ta' Korfù
Ismijiet oriġinali Κέρκυρα
Kodiċi postali 490 82, 490 83, 490 84, 491 00
Ġeografija
Koordinati 39°36′N 19°52′E / 39.6°N 19.87°E / 39.6; 19.87Koordinati: 39°36′N 19°52′E / 39.6°N 19.87°E / 39.6; 19.87
Korfù is located in Greece
Korfù
Korfù
Korfù (Greece)
Superfiċjenti 626 kilometru kwadru
Demografija
Popolazzjoni 100,854 abitanti (2011)
Informazzjoni oħra
Żona tal-Ħin UTC+2u UTC+3
bliet ġemellati Verona, Latakia (en) Translate, La Baule-Escoublac (en) Translate, Gold Coast (en) Translate, Meissen (en) Translate, Troisdorf (en) Translate, Bariu Brindisi (en) Translate
kerkyra.gr

Il-gżira għandha rabta sfiqa mal-istorja tal-Greċja mill-bidu tal-mitoloġija Griega, b'bosta battalji u konkwisti. Il-belt antika ta' Korkyra ħadet sehem fil-Battalja ta' Sibota li kienet katalista għall-Gwerra Peloponniża, u skont Thucydides, kienet l-ikbar battalja navali bejn il-bliet-stati Griegi sa dak iż-żmien. Thucydides jirrapporta wkoll li Korkyra kienet waħda minn tliet qawwiet kbar tal-Greċja tas-seklu 5 Q.K., flimkien ma' Ateni u Korinzju.[4] Il-fdalijiet ta' tempji Griegi antiki u siti arkeoloġiċi oħra tal-belt antika ta' Korkyra nstabu f'Palaiopolis. Il-kastelli Medjevali fil-pożizzjonijiet strateġiċi madwar il-gżira huma legat tat-taqbid fil-Medju Evu minħabba l-invażjonijiet tal-pirati u tal-Ottomani. Tnejn minn dawn il-kastelli jiddefendu l-belt kapitali tal-gżira, li hija l-unika belt fil-Greċja b'difiża bħal dik. B'hekk, il-belt kapitali ta' Korfù ġiet uffiċjalment iddikjarata bħala Kastropolis ("belt tal-kastelli") mill-gvern Grieg.[5] Minn żmien il-Medju Evu u sas-seklu 17, il-gżira rnexxielha terreżisti lill-Ottomani matul diversi assedji, ġiet rikonoxxuta bħala post strateġiku tal-Istati Ewropej kontra l-Imperu Ottoman u saret wieħed mill-iżjed postijiet iffortifikati fl-Ewropa.[6] Il-fortifikazzjonijiet tal-gżira ntużaw mill-Venezjani bħala difiża kontra l-wasla tal-Ottomani fil-Baħar Adrijatiku. Eventwalment Korfu spiċċat taħt idejn il-Brittaniċi wara l-Gwerer Napoljoniċi, u mbagħad ġiet ċeduta lill-Greċja mill-gvern Brittaniku flimkien mal-kumplament tal-gżejjer tal-Istati Uniti tal-Gżejjer tal-Jonju. L-unifikazzjoni mal-Greċja moderna ntemmet fl-1864 taħt it-Trattat ta' Londra. F'Korfu oriġinat l-Akkademja tal-Jonju, l-ewwel università tal-istat tal-Greċja moderna, u ġie stabbilit in-Nobile Teatro di San Giacomo di Corfù, l-ewwel teatru Grieg u teatru tal-opri tal-Greċja moderna. L-ewwel gvernatur tal-Greċja indipendenti wara r-rivoluzzjoni tal-1821, il-fundatur tal-istat tal-Greċja moderna, u diplomatiku Ewropew ewlieni Ioannis Kapodistrias twieled f'Korfu.

Fl-2007, iċ-ċentru storiku tal-belt ta' Korfù tniżżel fil-lista tas-Siti ta' Wirt Dinji tal-UNESCO, fuq rakkomandazzjoni tal-ICOMOS.[7][8][9] Is-samit tal-1994 tal-Unjoni Ewropea sar f'Korfu.[10] Il-gżira hija destinazzjoni turistika popolari.[11][12]

Isem immodifika

L-isem bil-Grieg, Kerkyra jew Korkyra, huwa marbut ma' żewġ divinitajiet setgħana tal-ilma: Posejdone, l-alla tal-baħar, u Asopos, xmara Griega importanti tal-Greċja kontinentali.[13] Skont il-mitoloġija, Posejdone sar iħobb lin-ninfea sabiħa Korkyra, bint Asopos u n-ninfea tax-xmara Metope, u ħatafha. Posejdone ħa lil Korkyra fuq il-gżira ta' Korfu li dak iż-żmien kien għad ma għandhiex isem, u semmiha għaliha: Korkyra, li gradwalment evolviet għal Kerkyra (Doriku).[5] Kellhom wild imsejjaħ Phaiax, u l-abitanti tal-gżira ssemmew għalih Phaiakes, bil-Latin Phaeaciani. Fil-fatt Korfu ġiet imlaqqma bħala l-gżira tal-Phaeaciani.

L-isem ta' Korfù, verżjoni bit-Taljan tal-Biżantin Κορυφώ (Koryphō), li tfisser "il-belt tal-qċaċet", oriġina mill-Grieg Biżantin Κορυφαί (Koryphai), li tfisser qċaċet), b'referenza għaż-żewġ qċaċet ta' Palaio Frourio.[5]

Ġeografija immodifika

 
Mappa ta' Korfù. Il-gżejriet tal-madwar tagħha ta' Ereikoussa, Othoni u Mathraki, u Paxos u Antipaxos fix-Xlokk.

It-tarf tal-Grigal ta' Korfù tinsab ftit lil hinn mill-kosta ta' Sarandë, l-Albanija, isseparata minn stretti ta' bejn 3 u 23 km (2-14-il mil). In-naħa tax-Xlokk tal-gżira tinsab lil hinn mill-kosta ta' Thesprotia, il-Greċja. L-għamla tal-gżira hija simili għal minġell (drepanē, δρεπάνι), u ġiet deskritt b'dan il-mod fil-qedem: in-naħa konkava, bil-belt u l-port ta' Korfù fin-nofs, tinsab lejn in-naħa tal-kosta Albaniża. L-erja tal-gżira hija madwar 592.9 kilometru kwadru, b'tul ta' 64 kilometru (40 mil), u bl-ikbar wisa' ta' madwar 32 kilometru (20 mil).[14]

Żewġ ktajjen muntanjużi għoljin u ddefiniti sew jaqsmu l-gżira fi tliet distretti; dak tat-Tramuntana huwa muntanjuż, dak ċentrali huwa mmewweġ[15], u dak tan-Nofsinhar huwa baxx. L-iżjed importanti miż-żewġ ktajjen muntanjużi, Pantokrator (Παντοκράτωρ – is-Setgħan) testendi mil-Lvant għall-Punent mill-Kap ta' Falacro sal-Kap ta' Psaromita, u l-ikbar elevazzjoni tagħha hija l-quċċata bl-istess isem.

 
Il-Bajja ta' Agios Georgios fil-Majjistral ta' Korfù

It-tieni katina muntanjuża tilħaq il-qofol tagħha fil-muntanja ta' Santi Jeca, jew Santa Decca, kif tissejjaħ minħabba interpretazzjoni ħażina tad-deżinjazzjoni Griega Άγιοι Δέκα (Hagioi Deka), jiġifieri l-Għaxar Qaddisin. Il-gżira kollha, magħmula minn diversi formazzjonijiet tal-ġebla tal-ġir, fiha diversità kbira ta' wċuħ ġeoloġiċi. Il-bajjiet jinsabu f'Agios Gordis, il-Laguna ta' Korission, Agios Georgios, Marathia, Kassiopi, Sidari, Palaiokastritsa u bosta oħrajn. Korfù tinsab qrib il-formazzjoni ġeoloġika tal-qasma ta' Kefalonia; fil-fatt seħħew għadd ta' terremoti.[15]

Il-kosta ta' Korfù testendi għal 217-il kilometru (135 mil) u tinkludi l-kapi; l-ogħla punt hija l-muntanja Pantokrator (911-il metru (2,989 pied)); u t-tieni l-ogħla punt hija l-muntanja Stravoskiadi (849 metru (2,785 pied)). Fost il-kapi u l-promontorji hemm Agia Aikaterini, Drastis lejn it-Tramuntana, Lefkimmi u Asprokavos lejn ix-Xlokk, u Megachoro lejn in-Nofsinhar. Hemm ukoll żewġ gżejjer lejn il-punt ċentrali ta' Gouvia u l-Bajja ta' Korfù, li testendi tul il-biċċa l-kbira tax-xatt tal-Lvant tal-gżira; dawn huma magħrufa bħala l-Gżira ta' Lazzarett u Ptychia (jew Vido).

Gżejjer ta' Dijapontija immodifika

Il-Gżejjer ta' Dijapontija (bil-Grieg: Διαπόντια νησιά) jinsabu fil-Majjistral ta' Korfù, xi sitt kilometri 'l bogħod u madwar 40 kilometru mill-kosta tal-Italja. Il-gżejjer prinċipali huma Othonoi, Ereikoussa u Mathraki.

Gżira ta' Lazzarett immodifika

Il-Gżira ta' Lazzarett, li qabel kienet magħrufa bħala l-gżira ta' San Dimitri, tinsab 1.1 kilometru mill-kosta tax-Xlokk ta' Korfù; il-gżira għandha erja ta' 7.1 ettari u taqa' taħt l-amministrazzjoni tal-Organizzazzjoni Turistika Nazzjonali Griega. Matul it-tmexxija Venezjana fil-bidu tas-seklu 16, inbena monasteru fuq il-gżejra kif ukoll leprosarju jew lazzarett li ġie stabbilit iktar 'il quddiem, u li wassal għall-isem attwali. Fl-1798, matul l-okkupazzjoni Franċiża, il-gżejra ġiet okkupata mill-flotta Russa-Torka, li użawha bħala sptar militari. Matul il-perjodu tat-tmexxija Brittanika, fl-1814, il-lazzarett reġa' nfetaħ wara li sarulu xi rinnovazzjonijiet, u wara Enosis fl-1864 il-lazzarett reġa' beda jintuża okkażjonalment. Matul it-Tieni Gwerra Dinjija, l-Okkupazzjoni tal-Assi tal-Greċja stabbiliet kamp ta' konċentrament Nażista fuq il-gżejra għall-priġunieri tal-Moviment tar-Reżistenza Grieg, u llum il-ġurnata għad fadal il-binja ta' żewġ sulari li kienet tintuża bħala l-Kwartieri Ġenerali tal-armata Taljana, knisja żgħira, u l-ħajt li miegħu kienu jinqatlu b'tir dawk li kienu jiġu kkundannati għall-mewt.[16]

Klima immodifika

Korfu għandha klima Mediterranja bi sjuf sħan (Csa fil-klassifikazzjoni klimatika ta' Köppen).

Data klimatika ta' Korfu
Xahar Jan Fra Mar Apr Mej Ġun Lul Aww Set Ott Nov Diċ Sena
Temp. għolja rekord °C (°F) 20.5

(68.9)

22.4

(72.3)

26.0

(78.8)

28.0

(82.4)

33.8

(92.8)

38.0

(100.4)

43.0

(109.4)

40.0

(104.0)

37.4

(99.3)

31.0

(87.8)

25.0

(77.0)

22.0

(71.6)

43.0

(109.4)

Temp. għolja medja °C (°F) 13.9

(57.0)

14.2

(57.6)

16.0

(60.8)

19.0

(66.2)

23.8

(74.8)

28.0

(82.4)

30.9

(87.6)

31.3

(88.3)

27.6

(81.7)

23.2

(73.8)

18.7

(65.7)

15.3

(59.5)

21.8

(71.2)

Temp. medja ta' kuljum °C (°F) 9.7

(49.5)

10.3

(50.5)

12.0

(53.6)

14.9

(58.8)

19.6

(67.3)

23.9

(75.0)

26.4

(79.5)

26.3

(79.3)

22.7

(72.9)

18.4

(65.1)

14.3

(57.7)

11.1

(52.0)

17.5

(63.5)

Temp. baxxa medja °C (°F) 5.1

(41.2)

5.7

(42.3)

6.8

(44.2)

9.2

(48.6)

12.9

(55.2)

16.4

(61.5)

18.4

(65.1)

18.8

(65.8)

16.5

(61.7)

13.4

(56.1)

9.9

(49.8)

6.8

(44.2)

11.7

(53.1)

Temp. baxxa rekord °C (°F) −4.5

(23.9)

−4.2

(24.4)

−4.4

(24.1)

0.0

(32.0)

4.6

(40.3)

8.7

(47.7)

10.0

(50.0)

11.3

(52.3)

7.2

(45.0)

2.8

(37.0)

−2.2

(28.0)

−2.0

(28.4)

−4.5

(23.9)

Preċipitazzjoni medja f'mm (pulzieri) 136.6

(5.38)

124.6

(4.91)

98.1

(3.86)

66.7

(2.63)

37.0

(1.46)

14.1

(0.56)

9.2

(0.36)

19.0

(0.75)

81.3

(3.20)

137.7

(5.42)

187.4

(7.38)

185.6

(7.31)

1,097.3

(43.20)

Medja ta' jiem bix-xita 16.1 14.6 14.5 12.9 8.0 4.9 2.3 3.4 7.0 11.8 15.7 17.5 128.7
Umdità relattiva medja (%) 75.4 74.3 73.4 72.8 69.5 63.4 60.0 62.2 70.4 74.6 77.5 77.2 70.7
Medja ta' sigħat ta' xemx fix-xahar 117.7 116.8 116.0 206.5 276.8 324.2 364.5 332.8 257.1 188.9 133.5 110.9 2,545.7
Sors 1: Is-Servizz Meteoroloġiku Nazzjonali Elleniku[17]
Sors 2: NOAA (temperaturi estremi u sigħat ta' xemx fl-1961-1990)[18]

Sit ta' Wirt Dinji immodifika

 
Veduta panoramika ta' partijiet miċ-ċentru storiku tal-belt ta' Korfù mill-Fortizza l-Antika. Fuq ix-xellug hemm il-Bajja ta' Garitsa u l-port ta' Korfù jidher fuq nett lejn il-lemin. Fin-nofs lejn quddiem tidher il-Pjazza ta' Spianada.

Iċ-ċentru storiku tal-belt ta' Korfù ġie ddeżinjat bħala Sit ta' Wirt Dinji tal-UNESCO fl-2007.[9]

Il-valur universali straordinarju tas-sit ġie rrikonoxxut abbażi ta' kriterju tal-għażla wieħed tal-UNESCO: il-kriterju (iv) "Eżempju straordinarju ta' tip ta' bini, ta' grupp ta' siti jew ta' pajsaġġ arkitettoniku jew teknoloġiku li joħroġ fid-dieher stadju/i sinifikanti fl-istorja tal-bniedem".[9]

Referenzi immodifika

  1. ^ "The Complete Guide To: Corfu | The Independent | The Independent". web.archive.org. 2021-04-27. Arkivjat mill-oriġinal fl-2021-04-27. Miġbur 2022-06-24.Manutenzjoni CS1: BOT: url-oriġinali status mhux magħruf (link)
  2. ^ Trevor Webster (1994). Where to Go in Greece: A New Look. Vol. 1. Settle Press. p. 221. ISBN 9781872876207.
  3. ^ "Διάσπαση: Δείτε την Τροπολογία" (bil-Grieg). 2019-02-25. Miġbur 2022-06-24.
  4. ^ Thucydides, History of the Peloponnesian War 1.36.3
  5. ^ a b ċ "History of Corfu Island". web.archive.org. 2008-01-06. Arkivjat mill-oriġinal fl-2008-01-06. Miġbur 2022-06-24.Manutenzjoni CS1: BOT: url-oriġinali status mhux magħruf (link)
  6. ^ Johann Georg Keyssler (1760). Travels Through Germany, Bohemia, Hungary, Switzerland, Italy, and Lorrain: Giving a True and Just Description of the Present State of Those Countries …. G. Keith. p. 54.
  7. ^ "Unesco names World Heritage sites" (bl-Ingliż). 2007-06-28. Miġbur 2022-06-24.
  8. ^ "UNESCO Advisory Body ICOMOS report on Corfu History" (PDF).
  9. ^ a b ċ Centre, UNESCO World Heritage. "Old Town of Corfu". UNESCO World Heritage Centre (bl-Ingliż). Miġbur 2022-06-24.
  10. ^ "European Union Summit: Corfu summiteers ready to fudge key EU". The Independent (bl-Ingliż). 1994-06-23. Miġbur 2022-06-24.
  11. ^ Duncan Garwood, Mediterranean Europe, 2009.
  12. ^ Russell King, John Connell, Small worlds, global lives: islands and migration, 1999.
  13. ^ "CORCYRA (Korkyra) - Corcyran Naiad Nymph of Greek Mythology". www.theoi.com. Miġbur 2022-06-24.
  14. ^ National Statistical Service of Greece. "Population & housing census 2001 (incl. area and average elevation)" (PDF). Arkivjat mill-oriġinal fl-2015-09-21. Miġbur 2022-06-24.Manutenzjoni CS1: BOT: url-oriġinali status mhux magħruf (link)
  15. ^ a b Corfu. 7. Miġbur 2022-06-24.
  16. ^ "LAZARETTO ISLET - CORFU CORFU GREECE". www.travel-to-corfu.com. Miġbur 2022-06-24.
  17. ^ "HNMS". web.archive.org. 2015-01-24. Arkivjat minn l-oriġinal fl-2015-01-24. Miġbur 2022-06-24.
  18. ^ "Kekira Climate Normals 1961–1990".