Kirurgu

tabib speċjalizzat fil-kirurġija li jwettaq l-operazzjonijiet

Fil-mediċina moderna, kirurgu huwa tabib li jwettaq l-operazzjonijiet kirurġiċi. Hemm ukoll kirurgi fil-podjatrija, fid-dentistrija, fl-ortodontika u fil-mediċina veterinarja.

Kirurgi waqt operazzjoni

Storja immodifika

L-ewwel persuna li ddokumentat operazzjoni kien it-tabib-kirurgu Indjan tas-seklu 6 Q.K., Sushruta jew Suśruta. Huwa speċjalizza fil-kirurġija plastika kożmetika u saħansitra ddokumenta operazzjoni rinoplastika miftuħa.[1] Il-magnum opus tiegħu Suśruta-saṃhitā huwa wieħed mill-iktar dokumenti antiki dwar il-mediċina li waslu sa żminijietna u huwa meqjus bħala test fundamentali tal-Ayurveda u l-kirurġija. Id-dokument jindirizza l-aspetti kollha tal-mediċina ġenerali, iżda t-traduttur G. D. Singhal irrefera għal Sushruta bħala “l-missier tal-interventi kirurġiċi” abbażi tar-rakkonti dettaljati u tassew preċiżi tal-kirurġija.[2]

 
Il-pittura The Gross Clinic, 1875

Wara d-deklin eventwali tal-Iskola tal-Mediċina ta’ Sushruta fl-Indja, il-kirurġija ġiet injorata sal-era tad-deheb Iżlamika meta l-kirurgu Al-Zahrawi (936-1013) stabbilixxa mill-ġdid il-kirurġija bħala prattika medika effettiva. Huwa meqjus bħala l-ikbar kirurgu Medjevali li qatt tfaċċa mid-dinja Iżlamika, u ġie deskritt ukoll bħala l-missier tal-kirurġija.[3] L-ikbar kontribut tiegħu għall-mediċina huwa l-Kitab al-Tasrif, enċiklopedija ta’ wieħed u tletin volum ta’ prattiki mediċi.[4] Huwa kien l-ewwel tabib li ddeskriva t-tqala ektopika, u l-ewwel tabib li identifika n-natura ereditarja tal-emofilija.[5]

 
Al-Zahrawi, meqjus bħala wieħed mill-missirijiet tal-kirurġija moderna

Il-kontributi pijuniera tiegħu fil-qasam tal-operazzjonijiet u l-istrumenti kirurġiċi kellhom impatt enormi fuq il-kirurġija iżda ma kienx qabel is-seklu 18 li l-kirurġija feġġet bħala dixxiplina medika distinta fl-Ingilterra.[5]

Fl-Ewropa, il-kirurġija kienet assoċjata l-iktar mal-barbiera-kirurgi li kienu jużaw ukoll l-għodod tagħhom tal-qtugħ tax-xagħar għall-operazzjonijiet kirurġiċi, spiss fiż-żoni fejn kienu jseħħu l-battalji kif ukoll għal min kien iħaddimhom.[6] Bl-avvanzi fil-mediċina u fil-fiżjoloġija, il-professjonijiet tal-barbiera u tal-kirurgi saru distinti; sas-seklu 19 il-barbiera-kirurgi kienu għebu prattikament għalkollox, u l-kirurgi kienu kważi kollha tobba kkwalifikati li kienu speċjalizzaw fil-kirurġija. It-titlu ta’ Kirurgu, madankollu, baqa’ jintuża bħala t-titlu għall-uffiċjali mediċi militari sal-aħħar tas-seklu 19, u t-titlu ta’ Kirurgu Ġeneral għadu jeżisti kemm għall-uffiċjali mediċi militari għoljin kif ukoll għall-uffiċjali għoljin tas-saħħa pubblika tal-gvern.

Titli fil-Commonwealth immodifika

 
Sala operatorja moderna

Fl-1950, il-Kulleġġ Irjali tal-Kirurgi fl-Ingilterra (bl-Ingliż: Royal College of Surgeons of England (RCS)) f’Londra beda joffri lill-kirurgi status formali permezz ta’ sħubija fl-RCS. It-titlu ta’ Mister (Sur/Sinjur) sar titlu tal-unur, u llum, f’bosta pajjiżi tal-Commonwealth, tabib ikkwalifikat li wara mill-inqas erba’ snin ta’ taħriġ jikseb kwalifika kirurġika (fl-imgħoddi Sieħeb tal-Kulleġġ Irjali tal-Kirurgi, iżda issa anke Membru tal-Kulleġġ Irjali tal-Kirurgi jew għadd ta’ diplomi oħra), jingħata l-unur li jitħalla jissejjaħ bit-titlu Sur/Sinjur, Sinjorina jew Sinjura tul il-prattika professjonali tiegħu/tagħha, iżda b’tifsira differenti minn kif nafuha llum. Xi kultant jingħad li l-bidla fit-titlu timplika status ta’ konsulent (u wħud bi żball jaħsbu li l-konsulenti mhux kirurġiċi jissejħu bit-titlu Sur/Sinjur ukoll), iżda t-tul tat-taħriġ medika postgradwatorju ’l barra mill-Amerka ta’ Fuq jaf jimplika li kirurgu kkwalifikat ikun fadallu s-snin biex jilħaq dik il-kariga: ħafna tobba qabel kienu jiksbu dawn il-kwalifiki u kienu jibqgħu f’dak il-livell sa ma jibdew it-taħriġ ta’ qabel l-ispeċjalizzazzjoni. It-titli msemmija hawn fuq jintużaw ukoll għall-kirurgi fir-Repubblika tal-Irlanda, f’xi stati tal-Awstralja, fil-Barbados, f’New Zealand, fl-Afrika t’Isfel, fiż-Żimbabwe, u f’xi pajjiżi oħra tal-Commonwealth.[7]

Titli militari immodifika

F’bosta pajjiżi fejn jiġi mitkellem l-Ingliż, it-titlu militari ta’ kirurgu jintuża għal kull prattikant mediku, minħabba l-evoluzzjoni storika tat-terminu. Il-Korp Mediku tal-Armata tal-Istati Uniti għandu diversi kodiċijiet okkupazzjonali militari għall-kirurgi fost l-uffiċjali jew il-persunal militari eżistenti li jwettaq operazzjonijiet kirurġiċi fuq is-suldati midruba.

 
Nikolay Pirogov

Speċjalizzazzjonijiet immodifika

  • Kirurġija kardijaka (fl-Istati Uniti titqies bħala parti mill-kirurġija kardjotoraċika)
  • Kirurġija tal-musrana l-ħoxra u tar-rektum
  • Kirurġija kranjofaċċali
  • Kirurġija dentali
  • Kirurġija endokrinali
  • Kirurġija ġenerali
  • Kirurġija newroloġika
  • Ostetrija u ġinekoloġija
  • Oftalmoloġija
  • Kirurġija orali u maksillofaċċali
  • Kirurġija ortopedika
  • Otorinolaringoloġija
  • Kirurġija pedjatrika
  • Kirurġija plastika
  • Kirurġija podjatrika
  • Kirurġija onkoloġika
  • Kirurġija toraċika (fl-Istati Uniti titqies bħala parti mill-kirurġija kardjotoraċika)
  • Kirurġija tat-trapjanti
  • Kirurġija tat-trawmi
  • Kirurġija gastrointestinali superjuri
  • Uroloġija
  • Kirurġija vaskolari

Xi tobba li huma prattikanti ġenerali jew speċjalisti fil-mediċina tal-familja jew fil-mediċina ta’ emerġenza jistgħu jagħmlu firxa limitata ta’ operazzjonijiet kirurġiċi minuri, komuni jew ta’ emerġenza. Il-loppju sikwit jakkumpanja l-kirurġija, u l-anestetisti u l-infermiera anestetisti jaf jieħdu ħsieb dan l-aspett tal-kirurġija. L-assistenti kirurgi, l-infermiera kirurgi u t-teknologi kirurġiċi huma professjonisti mħarrġa li jappoġġaw lill-kirurgi.

Fl-Istati Uniti, id-Dipartiment tax-Xogħol jiddeskrivi lill-kirurgu bħala “tabib li jittratta l-mard, il-feriti, u l-malformazzjonijiet permezz ta’ metodi kirurġiċi invażivi, minimament invażivi, jew mhux invażivi, permezz tal-użu ta’ strumenti u apparati, jew bl-idejn”.[8]

Kirurgi pijuniera immodifika

 
Victor Horsley

Organizzzazzjonijiet u sħubijiet immodifika

Referenzi immodifika

  1. ^ a b Ira D. Papel, John Frodel, Facial Plastic and Reconstructive Surgery.
  2. ^ Singhal, G. D. (1972). Diagnostic considerations in ancient Indian surgery: (based on Nidāna-Sthāna of Suśruta Saṁhitā). Varanasi: Singhal Publications.
  3. ^ Ahmad, Z. (St Thomas' Hospital) (2007), "Al-Zahrawi - The Father of Surgery", ANZ Journal of Surgery, 77 (Suppl. 1): A83.
  4. ^ Al-Zahrāwī, Abū al-Qāsim Khalaf ibn ʻAbbās; Studies, Gustave E. von Grunebaum Center for Near Eastern (1973). Albucasis on surgery and instruments. University of California Press. ISBN 978-0-520-01532-6.
  5. ^ a b Cosman, Madeleine Pelner; Jones, Linda Gale (2008). Handbook to Life in the Medieval World. Handbook to Life Series. 2. Infobase Publishing. pp. 528–530. ISBN 0-8160-4887-8.
  6. ^ "Surgeons and surgical spaces". Science Museum (bl-Ingliż). Miġbur 2021-07-10.
  7. ^ "Surgical Staff & Regulation". Royal College of Surgeons (bl-Ingliż). Miġbur 2021-07-10.
  8. ^ "Surgeons, Except Ophthalmologists". www.bls.gov (bl-Ingliż). Miġbur 2021-07-10.
  9. ^ A. Martin-Araguz, C. Bustamante-Martinez, Ajo V. Fernandez-Armayor, J. M. Moreno-Martinez (2002).
  10. ^ "Neurosociety India" (PDF).
  11. ^ Privattiva tal-Istati Uniti Nru 4,840,175, "METHOD FOR MODIFYING CORNEAL CURVATURE", mogħtija fl-20 ta’ Ġunju 1989.
  12. ^ "A Look at LASIK Past, Present and Future". American Academy of Ophthalmology (bl-Ingliż). 2009-06-01. Miġbur 2021-07-10.
  13. ^ "Ophthalmology Management". web.archive.org. 2006-09-09. Arkivjat minn l-oriġinal fl-2006-09-09. Miġbur 2021-07-10.