Il-Kemmun (Cuminum cyminum) huwa pjanta li twarrad fil-familja Apiaceae, nattiva f'territorju li jinkludi l-Lvant Nofsani u jasal fil-Lvant sal-Indja. Iż-żerriegħa tiegħu - kull waħda minnhom tkun fi frotta li titnixxef - hi wżata fil-kċejjen ta’ ħafna kulturi kemm fil-forma sħiħa kif ukoll midħuna. Għalkemm il-kemmun jintuża fil-mediċina tradizzjonali, m'hemm l-ebda xhieda soda li sejf jew effettiv bħala aġent terapewtiku.

Kemmun
Xitla tal-kemmun
Klassifikazzjoni xjentifika
Dominju: Eukaryota
Renju: Plantae
Diviżjoni: Magnoliophyta
Klassi: Magnoliopsida
Ordni: Apiales
Familja: Apiaceae
Ġeneru: Cuminum
Speċi: C. cyminum
Isem binominali
Cuminum cyminum

Etimoloġija immodifika

Il-kelma Maltija "kemmun" ġejja mill-Għarbi كمون (kammun).

Deskrizzjoni immodifika

Il-kemmun għandu zokk irqiq u ramifikat għoli bejn 20 u 30ċm. Il-weraq huma twal bejn 5 u 10cm twal, irranġati bħal moxt. Il-fjuri huma żgħar, bojod jew roża, u rranġati fl-umbrelel. Il-frott huwa akne laterali fusiformi ovojdi, twil xi 4-5 mm, li fih żerriegħa waħda. Iż-żerriegħa tal-kemmun tixbah lil dik tal-bużbież u l-ħlewwa, iżda hi iżgħar u ta' kulur skur. M'għandux jiġi konfuż mal-Karwija/Ħlewwa Ġermaniża, li għandha frott simili iżda b'aroma kompletament differenti.

Storja immodifika

Il-kemmun ilu jintuża minn żminijiet antiki. Iż-żerriegħa instabet fis-sit Sirjan ta’ Tell ed-Der, u ġiet segwita lura sat-tieni millenju QK Saru wkoll diversi sejbiet li għndhom x'jaqsmu mal-età tar-Renju l-Ġdid tal-Eġittu tal-Antik.

Oriġinarjament ikkultivata fl-Iran u fir-reġjuni tal-Mediterran, il-kemmun jissemma fil-Bibbja, kemm fit-Testment il-Qadim (Isaija 28:27) kif ukoll fit-Testment il-Ġdid (Mattew 23:23). Kien magħruf ukoll fil-Greċja antika u Ruma antika. Il-Griegi kienu jżommu l-kemmun fuq il-mejda, f'kontenituri speċifiku għalih (ftit jew wisq kif jintuża l-bżar illum), u din id-drawwa għadha sal-lum fil-Marokk. L-użu tal-kemmun sar inqas u inqas frekwenti, fl-Ewropa (bl-eċċezzjoni ta’ Spanja u Malta) li jibda mill-Medju Evu. Ġie introdott fil-kontinent Amerikan minn kolonizzaturi Spanjoli.

Folklor immodifika

Matul il-Medju Evu, is-superstizzjoni kienet tgħid li l-kemmun iżomm lura lit-tiġieġ, u lin-namrati, milli jaħarbu. Kienu jaħsbu wkoll li l-għarajjes li jieħdu magħhom żerriegħa tal-kemmun waqt iċ-ċerimonja tat-tieġ kien ikollhom ħajja ferħana. Il-kemmun huwa meqjus ukoll ta' għajnuna fit-trattament tal-irjiħat meta jitħallat mal-ħalib sħun.

Fl-Asja t'Isfel, it-te tal-kemmun (żerriegħa mnixxfa mgħollija fl-ilma) tintuża biex tiddistingwi nefħa fl-istonku minħabba l-gass minn tqala vera.

Fis-Sri Lanka, iż-żerriegħa nkaljata u mbagħad mgħallija tipproduċi tè li jintuża biex jikkalma problemi serji fl-istonku.

Kultivazzjoni u użu immodifika

 
Trab tal-kemmun fis-suq ta' Ortigia, Sirakuża

Iż-żerrieg]a tal-kemmun tintuża għat-taħwir tal-ikel minħabba l-aroma partikulari tagħha, speċjalment fil-kċina tal-Afrika ta' Fuq, tal-Lvant Nofsani, il-kċina tl-Xinjiang, Indjana, Kubana u fil-kċina tal-Messiku ta' Fuq.

Il-fwieħa partikolari u l-aroma qawwija u sħuna tal-kemmun huma dovuti għaż-żjut essenzjali li fih. Il-kostitwent ewlieni tiegħu u l-kontributur l-aktar importanti għall-aroma, huwa l-kuminaldejde. Bħala komponenti importanti oħra tal-aroma tal-kemmun inkaljat hemm l-pirazini sostitwiti: 2-etossi-3-isopropilpirażina, 2-metossi-3-sec-butilpirażina u 2-metossi-3-metilpirażina.

Jintuża bħala ingredjent fil-curry. Il-kemmun tista' ssibu f'xi ġobnijiet Olandiżi, bħall-ġobon ta' Leyden, u f'xi wħud fil-Valle d'Aosta (fil-Valle d'Aosta il-pjanta tikber selvaġġa) u f'xi tipi ta' ħobż Franċiż. Spiss jintuża fil-kċina tradizzjonali Brażiljana. Fil-mediċina tal-ħxejjex, il-kemmun huwa kklassifikat bħala stimulant, karminattiv u antimikrobjali. Il-kemmun huwa wkoll komponent importanti tat-trab taċ-chili, u jinstab f'taħlitiet ta' annatto, dawk moqlija bħal garam masala, curry, u baharat.

Il-kemmun jista' jintuża biex iħawwar ħafna platti, kemm fil-forma ta' trab kif ukoll ta' żerriegħa sħiħa, peress li anke minnha t-togħma ħelwa naturali tista' tiġi estratta, filwaqt li fiz-zlazi jista' jintuża biex iqawwi t-togħma. Il-kemmun intuża wkoll fuq il-laħam flimkien ma' ħwawar oħra. Il-kemmun kien jintuża ħafna fil-kċina ta' Ruma antika.

Il-koltivazzjoni taċ-ċumin teħtieġ sajf twil u sħun, li jdum bejn 3 u 4 xhur, b'temperaturi ta' binhar ta' madwar 30° C; jittollera n-nixfa, u huwa kkultivat prinċipalment fi klimi Mediterranji. Jinżera' matul ir-rebbiegħa u jeħtieġ ħamrija fertili u niexfa.

Kultivazzjoni f'Malta immodifika

Fis-snin 1600 Malta kienet tikkultiva u tesporta il-Kemmun. Dan kien isir permezz ta' dgħajjes magħrufa bhala 'Tartana'. Il-Kemmun ta' Malta kien jiġi esportat lejn Spanja.Kull sena kienu jinġabru 3000 qantar kemmun, u 100 qantar ħlewwa, skont kif ikkalkula Gian Frangisk Abela fil-ktieb tieghu Melitae Historica.[1]Jidher li l-bdiewa Maltin waqqfu jkabbru l-kemmun ftit wara l-aħħar Gwerra Dinjija. Dan minħabba li ma setawx jesportawh minħabba l-gwerra. Jingħad li l-gżira ta' Kemmuna ħadet isimha minħabba li kien jikber ħafna kemmun. [2]

  1. ^ miklem (2020-10-23). "L-ESPORTAZZJONI TAL-KEMMUN MINN MALTA". Il-Miklem (bl-Ingliż). Miġbur 2021-06-08.
  2. ^ "Comino, Malta, more than just a Blue Lagoon". Malta InsideOut (bl-Ingliż). 2010-03-08. Miġbur 2021-06-08.