Kapitali Ewropea tal-Kultura

Il-Kapitali Ewropea tal-Kultura hija belt magħżula mill-Unjoni Ewropea (UE) għal perjodu ta' sena li matulha jiġu organizzati numru ta' avvenimenti kulturali. Huma ħafna l-bliet li sfruttaw dan iż-żmien sabiex ikebbsu l-patrimonju kulturali tagħhom biex b'hekk jerġgħu jtellgħu l-profil tagħhom fuq skala internazzjonali.

Rijeka (il-Kroazja) hija l-Kapitali Ewropea tal-Kultura għall-2020
Galway (l-Irlanda) hija l-Kapitali Ewropea tal-Kultura għall-2020

Għas-sena 2020, Galway u Rijeka huma l-bliet magħżula għal dan it-titlu.

Storja immodifika

 
Melina Mercouri (1985)

L-idea tal-Belt Ewropea tal-Kultura tnediet nhar il-13 ta' Ġunju 1985 mill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea fuq inizzjativa ta' Melina Mercouri, li kienet tkopri l-inkarigu ta' Ministru tal-Kultura fil-gvern Grieg, bħala mezz biex jingħaqdu ċ-ċittadini Ewropej. L-ewwel belt magħżula filfatt kienet Ateni fl-1985. Minn dak iż-żmien, l-inizjattiva kellha iktar suċċess u l-impatt kulturali u soċjo-ekonomiku kiber grazzi għan-numru ta' viżitaturi li żaru l-bliet magħżula. Oriġinarjament, it-titlu ta' dan l-avveniment kien il-Belt Ewropea tal-Kultura, sakemm dan inbidel matul il-presidenza Ġermaniża tal-1999.[1]

Sal-2004, il-kandidati kienu jiġu magħżula fuq bażi intergovernattiv fejn l-istati membri jagħżlu b'mod unanimu l-bliet l-iktar adattati biex itellgħu l-avveniment u l-Kummissjoni Ewropea tiggarantixxi sussidju għall-bliet magħżula kull sena. Mill-2005, l-istituzzjonijiet Ewropej bdew jieħdu sehem fil-proċedura tal-għażla.

Skont studju mħarreġ mill-Kummissjoni fl-2004, dawn wera li l-għażla tal-Kapitali Ewropea tal-Kultura sservi ta' katalist għall-iżvilupp kulturali u t-trasformazzjoni tal-belt.[2] B'hekk, il-benefiċċji soċjo-ekonomiċi u l-impatt fuq il-belt magħżula huma kkunsidrati fl-għażla tal-ibliet.

Lista immodifika

Sena Belt Pajjiż
1985 Ateni   Greċja
1986 Firenze   Italja
1987 Amsterdam   Pajjiżi l-Baxxi
1988 Berlin   Ġermanja tal-Lvant
1989 Pariġi   Franza
1990 Glasgow   Renju Unit
1991 Dublin   Irlanda
1992 Madrid   Spanja
1993 Antwerp   Belġju
1994 Liżbona   Portugall
1995 Lussemburgu   Lussemburgu
1996 Kopenħagen   Danimarka
1997 Thessaloniki   Greċja
1998 Stokkolma   Żvezja
1999 Weimar   Ġermanja
2000 Avignon   Franza
Bergen   Norveġja
Bologna   Italja
Brussell   Belġju
Ħelsinki   Finlandja
Kraków   Polonja
Praga   Repubblika Ċeka
Rejkjavik   Iżlanda
Santiago de Compostela   Spanja
2001 Rotterdam   Pajjiżi l-Baxxi
Porto   Portugall
2002 Bruges   Belġju
Salamanca   Spanja
2003 Graz   Awstrija
2004 Genoa   Italja
Lille   Franza
2005 Cork   Irlanda
2006 Patras   Greċja
2007 Sibiu   Rumanija
Lussemburgu   Lussemburgu
2008 Liverpool   Renju Unit
Stavanger   Norveġja
2009 Vilnius   Litwanja
Linz   Awstrija
2010 Essen   Ġermanja
Istanbul   Turkija
Pécs   Ungerija
2011 Turku   Finlandja
Tallinn   Estonja
2012 Guimarães   Portugall
Maribor   Slovenja
2013 Marsilja   Franza
Košice   Slovakkja
2014 Riga   Latvja
Umeå   Żvezja
2015 Mons   Belġju
Plzeň   Repubblika Ċeka
2016 San Sebastián   Spanja
Wrocław   Polonja
2017 Aarhus   Danimarka
Paphos   Ċipru
2018 Leeuwarden   Pajjiżi l-Baxxi
Valletta   Malta
2019 Matera   Italja
Plovdiv   Bulgarija
2020 Rijeka   Kroazja
Galway   Irlanda
2021 Timișoara   Rumanija
Eleusis   Greċja
Novi Sad   Serbja
2022 Kaunas   Litwanja
Esch-sur-Alzette   Lussemburgu
2023 Veszprém   Ungerija
2024 Tartu   Estonja
Bad Ischl   Awstrija
Bodø   Norveġja

Referenzi immodifika

  1. ^ Kiran Klaus Patel, ed., The Cultural Politics of Europe: European Capitals of Culture and European Union since the 1980s (Londra: Routledge, 2013)
  2. ^ Palmer, Robert (2004). Kummissjoni Ewropea (ed.). "The Palmer Report on the Capitals of Culture from 1995-2004".

Ħoloq esterni immodifika