Elena Alexandra Apostoleanu, magħrufa professjonalment bħala Inna (twieldet fis-16 ta' Ottubru 1986) hija kantanta u liriċista Rumena.

Inna
Informazzjoni ġenerali
Isem sħiħ Elena Alexandra Apostoleanu
Twieldet 16 ta' Ottubru 1986 (1986-10-16) (37 sena)
Oriġini Mangalia, Rumanija
Ġeneru Mużika elettronika, Dance
Snin ta' attività 2008–preżent
Artisti relatati Play & Win
Sit uffiċjali innaofficial.com YouTube InnaRomania

Karriera immodifika

Inna iddebuttat fix-xena mużikali fl-2008 meta ħarġet l-album Hot, prodott mill-grupp Play & Win. Il-kanzunetta prinċipali minn dan l-album kienet "Hot", li laħqet l-ewwel post f'numru ta' pajjiżi fosthom ir-Rumanija, il-Portugall, il-Moldova, il-Bulgarija, Malta, il-Polonja, Spanja, ir-Russja, l-Ungerija u l-Greċja. It-tieni kanzunetta minn dan l-istess album, li ġġib l-isem ta' "Love", waslet san-numru 16 fil-klassifika Fresh Top 40 ta' Kiss FM fl-ewwel ġimgħa tagħha. Barra minn hekk ġiet nominata fl-Eska Awards fil-Polonja fil-kategorija tal-aqwa kantanta u dik tal-aqwa kanzunetta għal "Love".

Flimkien ma' Bob Taylor (Fizz), Inna ħarġet ukoll "Deja Vu", li għamlet suċċessun f'numru ta' pajjiżi, speċjalment fil-pajjiżi Baltiċi fuq il-Lvant tal-Ewropa. L-istess suċċess wasal għar-raba' kanzunetta mill-istess album, "Amazing", bil-filmat ta' din il-kanzunetta jiġi miġbud ġewwa l-Portugall.

Is-sena 2009 kompliet timmarka s-suċċess ta' Inna, meta "Hot" baqgħet tiela' sal-ewwel post fil-klassifika tad-Dance tal-Billboard ġewwa l-Amerika, fost l-aktar klassifiki mużikali ċelebri fid-dinja. Nhar is-26 ta' Ġunju, 2010, ġie pubblikat fuq l-istazzjon uffiċjali tagħhom fuq il-YouTube il-filmat mużikali tal-ħames kanzunetta mir-repertorju tagħha, "10 Minutes". Dan il-filmat inġibed ġewwa Londra, l-Ingilterra, u huwa stmat li l-ispejjeż għalih laħqu mas-€70,000.

Diskografija immodifika

Albums immodifika

Sena Dettalji tal-album Pożizzjonijiet fil-klassifika Bejgħ Ċertifikazzjonijiet
SWI POL CZE FRA NL ESP POR
2009 Hot[1]
  • Pubblikazzjoni: 4 ta' Awwissu, 2009
  • Ditta: Roton, Ultra Records
  • Format: CD, download diġitali
57 28 7 9 68 77 27
  • FRA: 100,000
  • NED: 25,000
  • POL: 21,000[1]
  • RO: 5,000
  • FRA: Platinu
  • NED: Deheb
2011 I Am The Club Rocker
  • Pubblikazzjoni: Lulju 2011
  • Ditta: Roton, Ultra Records
  • Format: CD, download diġitali
Għad irid joħroġ

Kanzunetti immodifika

Sena Kanzunetta L-aqwa pożizzjonijiet fil-klassifika Ċertifikazzjonijiet Album
RO BUL AUT FR NL RUS SPA SWI UK EUR
2009 "Hot" 5 3 6 2 2 1 17 6 10
  • SPA: Platinu[2]
Hot
"Love" 4 2 12 144 31 1
"Deja Vu" (feat. Bob Taylor) 7 8 25 6 7 4 15 27 60 23
"Amazing" 1 1 53 2 14 3 10 14 10
2010 "10 Minutes" (feat. Play & Win) 18 12 8 18 85 83
"Sun Is Up" 2 1 2 11 3 3 19
2011 "Got Me Goin'" Għad trid toħroġ I Am The Club Rocker

Gallerija immodifika

Referenzi immodifika

  1. ^ a b "Sales of „Hot"". acharts.us (bl-Ingliż). Miġbur 2009-10-24.
  2. ^ "NEW: INNA a luat discul de platină în Spania !!". inna.ro (bir-Rumen). Arkivjat minn l-oriġinal fl-2012-04-23. Miġbur 2009-09-06.

Ħoloq esterni immodifika