Incadelphys huwa ġeneru ta' mammiferi marsupjali estinti, eżattament l-opossumi. Dan il-ġeneru qiegħed klassifikat fil-klassi Mammalia, fis-sottoklassi Theria, fl-infraklassi Metatheria (il-marsupjali), fis-superordni Ameridelphia (il-marsupjali Amerikani minnbarra l-kolokolo), fl-ordni Didelphimorphia, fis-superfamilja Didelphoidea u fil-familja Didelphidae.

Incadelphys huwa ġeneru li jiġbor fih speċi waħda biss estinta u għalkemm qiegħed fil-familja Didelphidae, il-mammoloġisti għadhom mhumiex ċerti f'liema jew ma' liema sottofamilja ta' opossumi dan huwa relatat l-aktar fil-qrib.

Speċi tal-ġeneru immodifika

  • Ġeneru Incadelphys (Marshall & De Muizon, 1988) (estint)

Ħoloq esterni immodifika